This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0188
Case C-188/08: Judgment of the Court (Second Chamber) of 29 October 2009 — Commission of the European Communities v Ireland (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 75/442/EEC — Waste — Domestic waste waters discharged through septic tanks in the countryside — Waste not covered by other legislation — Failure to transpose)
Kawża C-188/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 75/442/KEE — Skart — Ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi fil-kampanja — Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra — Nuqqas ta’ traspożizzjoni)
Kawża C-188/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 75/442/KEE — Skart — Ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi fil-kampanja — Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra — Nuqqas ta’ traspożizzjoni)
ĠU C 312, 19.12.2009, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-188/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 75/442/KEE - Skart - Ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi fil-kampanja - Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra - Nuqqas ta’ traspożizzjoni)
2009/C 312/09
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, D. Lawunmi u M. Wilderspin, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, (ĠU L 78 p. 32) — Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra
Dispożittiv
(1) |
Billi ma adottatx, ħlief fil-kontea ta’ Cavan, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, f’dak li jirrigwarda ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi fil-kampanja u minn sistemi individwali oħra ta’ trattament tal-ilma, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
(2) |
L-Irlanda hija kkundannata għal tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha. |