Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0073

Kawża C-73/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 13 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour constitutionnelle — Il-Belġju) — Nicolas Bressol, Anthony Wolf, Cédric Helie, Valérie Jabot, Claude Keusterickx, Denis Wilmet, Charlène Meurou, David Bacquart, Ayhar Gabriel Arslan, Yves Busegnies, Serge Clement, Sabine Gelaes, Etienne Dubuisson, Caroline Kinet, Dominique Peeters, Robert Lontie, Yannick Homerin, Isabelle Pochet, Walid Salem, Karin Van Loon, Olivier Leduc, Annick Van Wallendael, Dorothée Van Eecke, Olivier Ducruet, Céline Hinck, Nicole Arpigny, Eric De Gunsch, Thibaut De Mesmaeker, Mikel Ezquer, Constantino Balestra, Philippe Delince, Madeleine Merche, Jean-Pierre Saliez, Véronique de Mahieu, Muriel Alard, Danielle Collard, Pierre Castelein, Dominique De Crits, André Antoine, Christine Antierens, Brigitte Debert, Véronique Leloux, Patrick Parmentier, M. Simon, Céline Chaverot, Marine Guiet, Floriane Poirson, Laura Soumagne, Elodie Hamon, Benjamin Lombardet, Julie Mingant, Anne Simon, Anaïs Serrate, Sandrine Jadaud, Patricia Barbier, Laurence Coulon, Renée Hollestelle, Jacqueline Ghion, Pascale Schmitz, Sophie Thirion, Céline Vandeuren, Isabelle Compagnion vs Gouvernement de la Communauté française (Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18 u 21 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24(1) — Libertà ta’ residenza — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Aċċess għall-edukazzjoni terzjarja — Studenti ċittadini ta’ Stat Membru li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex isegwu edukazzjoni — Limitazzjoni tar-reġistrazzjonijiet ta’ studenti mhux residenti għal korsijiet universitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità — Riskju għall-kwalità tal-edukazzjoni tas-suġġetti mediċi u paramediċi — Riskju ta’ nuqqas ta’ studenti li jiksbu diploma fis-setturi professjonisti tas-saħħa pubblika)

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour constitutionnelle — Il-Belġju) — Nicolas Bressol, Anthony Wolf, Cédric Helie, Valérie Jabot, Claude Keusterickx, Denis Wilmet, Charlène Meurou, David Bacquart, Ayhar Gabriel Arslan, Yves Busegnies, Serge Clement, Sabine Gelaes, Etienne Dubuisson, Caroline Kinet, Dominique Peeters, Robert Lontie, Yannick Homerin, Isabelle Pochet, Walid Salem, Karin Van Loon, Olivier Leduc, Annick Van Wallendael, Dorothée Van Eecke, Olivier Ducruet, Céline Hinck, Nicole Arpigny, Eric De Gunsch, Thibaut De Mesmaeker, Mikel Ezquer, Constantino Balestra, Philippe Delince, Madeleine Merche, Jean-Pierre Saliez, Véronique de Mahieu, Muriel Alard, Danielle Collard, Pierre Castelein, Dominique De Crits, André Antoine, Christine Antierens, Brigitte Debert, Véronique Leloux, Patrick Parmentier, M. Simon, Céline Chaverot, Marine Guiet, Floriane Poirson, Laura Soumagne, Elodie Hamon, Benjamin Lombardet, Julie Mingant, Anne Simon, Anaïs Serrate, Sandrine Jadaud, Patricia Barbier, Laurence Coulon, Renée Hollestelle, Jacqueline Ghion, Pascale Schmitz, Sophie Thirion, Céline Vandeuren, Isabelle Compagnion vs Gouvernement de la Communauté française

(Kawża C-73/08) (1)

(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18 u 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 24(1) - Libertà ta’ residenza - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Aċċess għall-edukazzjoni terzjarja - Studenti ċittadini ta’ Stat Membru li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex isegwu edukazzjoni - Limitazzjoni tar-reġistrazzjonijiet ta’ studenti mhux residenti għal korsijiet universitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità - Riskju għall-kwalità tal-edukazzjoni tas-suġġetti mediċi u paramediċi - Riskju ta’ nuqqas ta’ studenti li jiksbu diploma fis-setturi professjonisti tas-saħħa pubblika)

2010/C 148/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nicolas Bressol, Anthony Wolf, Cédric Helie, Valérie Jabot, Claude Keusterickx, Denis Wilmet, Charlène Meurou, David Bacquart, Ayhar Gabriel Arslan, Yves Busegnies, Serge Clement, Sabine Gelaes, Etienne Dubuisson, Caroline Kinet, Dominique Peeters, Robert Lontie, Yannick Homerin, Isabelle Pochet, Walid Salem, Karin Van Loon, Olivier Leduc, Annick Van Wallendael, Dorothée Van Eecke, Olivier Ducruet, Céline Hinck, Nicole Arpigny, Eric De Gunsch, Thibaut De Mesmaeker, Mikel Ezquer, Constantino Balestra, Philippe Delince, Madeleine Merche, Jean-Pierre Saliez, Véronique de Mahieu, Muriel Alard, Danielle Collard, Pierre Castelein, Dominique De Crits, André Antoine, Christine Antierens, Brigitte Debert, Véronique Leloux, Patrick Parmentier, M. Simon, Céline Chaverot, Marine Guiet, Floriane Poirson, Laura Soumagne, Elodie Hamon, Benjamin Lombardet, Julie Mingant, Anne Simon, Anaïs Serrate, Sandrine Jadaud, Patricia Barbier, Laurence Coulon, Renée Hollestelle, Jacqueline Ghion, Pascale Schmitz, Sophie Thirion, Céline Vandeuren, Isabelle Compagnion

Konvenuta: Gouvernement de la Communauté française

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle (li qabel kienet Cour d’arbitrage) il-Belġju — Interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE, u tal-Artikolu 18(1) KE, moqrija flimkien mal-Artikoli 49 u 150 KE — Kwoti tar-reġistrazzjonijiet ta’ istudenti mhux residenti għall-korsijiet mogħtija mill-universitajiet u minn istituzzjonijiet terzjarji fil-qasam tas-saħħa pubblika — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ġustifikazzjoni u proporzjonalità tal-miżuri restrittivi — Żamma ta’ aċċess wiesa’ u demokratiku għall-edukazzjoni terzjarja ta’ kwalità għall-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat — Riskju ta’ nuqqas ta’ gradwati Universitarji fis-settur professjonali kkonċernat, li jippreġudika s-saħħa pubblika

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 18 u 21 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tillimita n-numru ta’ studenti mhux residenti li jistgħu jirreġistraw rwieħhom għall-ewwel darba fil-korsijiet mediċi u paramediċi ta’ stabbilimenti ta’ edukazzjoni terzjarja, sakemm il-qorti tar-rinviju, wara li tkun evalwat l-elementi kollha rilevanti ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti, ma tikkonstatax li din il-leġiżlazzjoni tirriżulta li hija ġustifikata fir-rigward tal-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(2)

L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jinvokaw l-Artikolu 13(2)(ċ) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-16 ta’ Diċembru 1966, jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata li d-Digriet tas-16 ta’ Ġunju 2006 ma jkunx kompatibbli mal-Artikoli 18 u 21 TFUE.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008


Top