Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TO0257(01)

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ottubru 2008.
ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Saħħa tal-annimali - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi.
Kawża T-257/07 R II.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:467





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ottubru 2008 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/07 R II)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Saħħa tal-annimali – Regolament (KE) Nru 999/2001 – Eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered – Regolament (KE) Nru 746/2008 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti –“Fumus boni juris” – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ regolament li jikkonċerna l-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered – Ammissibbiltà (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 746/2008) (ara l-punti 120, 124-126)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008, tas-17 ta’ Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), sa fejn dan jintroduċi, fil-Kapitolu A ta’ dan l-anness VII, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4.

Dispożittiv

1)

L-applikazzjoni tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, hija sospiża sakemm tingħata deċiżjoni fil-proċedura prinċipali, u dan sa fejn jintroduċi, fil-Kapitolu A tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, tat-22 ta’ Mejju 2001, il-punt 2.3(b)(iii), il-punt 2.3(d) u l-punt 4.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

Top