Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0501

    Kawża T-501/07: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Diċembru 2007 — RS Arbeitsschutz vs L-UASI — RS Components (RS)

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/53


    Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2007 — RS Arbeitsschutz vs L-UASI — RS Components (RS)

    (Kawża T-501/07)

    (2008/C 64/84)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: R.S. Arbeitsschutz Bedarfshandesgesellschaft mbH (Kaltenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Ivens, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: RS Components Ltd (Corby, ir-Renju Unit)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tas-16 ta' Ottubru 2007, innotifikata lir-rikorrent fis-26 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża R 531/2007-2 u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tat-13 ta' Frar 2007 dwar l-Oppożizzjoni Nru B 902 660.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva Komunitarja komposta minn rappreżentazzjoni stilizzata ta' id jew ingwanta u ta' l-ittri majjuskoli “RS” għal prodotti fil-klassi 9, 17 u 25 — rikors Nru 4 113 981

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: RS Components Ltd

    Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark figurattiva “RS” Komunitarja għal prodotti fil-klassi 9, 17 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-appell

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.


    Top