EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0489

Kawża T-489/07: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Diċembru 2007 — Insight Direct USA vs L-UASI — Net Insight (Insight)

ĠU C 64, 8.3.2008, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/44


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Insight Direct USA vs L-UASI — Net Insight (Insight)

(Kawża T-489/07)

(2008/C 64/74)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Insight Direct USA, Inc. (Tempe, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Gilbert u M. Moore, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Net Insight AB (Stokkolma, L-Iżvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-20 ta' Settembru 2007, fil-Kawża R 1428/2006-2, l-annullament taċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni għas-servizzi kollha fil-klassijiet 37 u 42 u s-servizzi miċħuda fil-klassi 35 kif ukoll l-awtorizzazzjoni ta' l-applikazzjoni fir-rigward tas-servizzi kollha li għalihom ġiet ippreżentata l-applikazzjoni.

tikkundanna lill-UASI u lill-partijiet l-oħra jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Insight” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 37 u 42 — applikazzjoni Nru 3 309 002

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Net Insight AB

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali “NET INSIGHT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa u parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Skond ir-rikorrenti, il-Bord ta' l-Appell wettaq żball meta identifika l-elementi dominanti u distintivi tat-trade mark preċedenti u ma ħax in kunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha fl-evalwazzjoni tax-xebħ tal-prodotti u servizzi in kwistjoni. Barra minn hekk, il-Bord ta' l-Appell naqas milli jikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha fir-rigward ta' l-evalwazzjoni globali fid-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.


Top