EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0277

Kawża T-277/07: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Lulju 2007 — Secure Computing vs L-UASI — Investronica (SECUREOS)

ĠU C 235, 6.10.2007, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/14


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Lulju 2007 — Secure Computing vs L-UASI — Investronica (SECUREOS)

(Kawża T-277/07)

(2007/C 235/25)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Secure Computing (Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Investronica, SA.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-25 ta' April 2007 fil-każ R 1063/2006-1;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Secure Computing

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SECUROS” għal prodotti fil-klassi 9 (applikazzjoni Nru 2659944)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: Investronica, SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “SECURERO” (trade mark Komunitajra Nru 2 126 290) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 35, 36, 37 u 42 kif ukoll it-trade mark figurattiva “secureuro” (trade mark Komunitarja Nru 2 418 135) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 35 u 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad ir-reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1), ta' l-Artikolu 73 u tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).


Top