Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0460

    Kawża T-460/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Jannar 2010 — Nokia vs UASI — Medion (LIFE BLOG) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIFE BLOG — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIFE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment )

    ĠU C 51, 27.2.2010, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2010 — Nokia vs UASI — Medion (LIFE BLOG)

    (Kawża T-460/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIFE BLOG - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIFE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment”)

    2010/C 51/59

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nokia Oyj (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Tanhuanpää, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Medion AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P.-M. Weisse, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 141/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Medion AG u Nokia Oyj.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Nokia Oyj hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 51, 23.2.2008


    Top