Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0369

    Kawża T-369/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Marzu 2011 — Il-Latvja vs Il-Kummissjoni ( “Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għal-Latvja għall-perijodu bejn l-2008 sal-2012 — Terminu ta’ tliet xhur — Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87” )

    ĠU C 139, 7.5.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2011 — Il-Latvja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-369/07) (1)

    (Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għal-Latvja għall-perijodu bejn l-2008 sal-2012 - Terminu ta’ tliet xhur - Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87)

    2011/C 139/29

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: iniżjalment E. Balode-Buraka u K. Bārdiņa, sussegwentement L. Ostrovska u fl-aħħar L. Ostrovska u K. Drēviņa, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: U. Wölker, E. Kalnins u I. Rubene, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, aġent); u Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: iniżjalment J. Čorba, sussegwentement B. Ricziová, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Britttanja u L-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: iniżjalment minn Z. Bryanston-Cross, sussegwentement S. Behzadi-Spencer, I. Rao u F. Penlington, aġenti, assistiti minn J. Maurici, barrister)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3409, tat-13 ta’ Lulju 2007, dwar il-bidla fil-pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubbblika tal-Latvja għall-perijodu bejn l-2008 sal-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631)

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3409, tat-13 ta’ Lulju 2007, dwar il-bidla fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubbblika tal-Latvja għall-perijodu bejn l-2008 sal-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE hija annullata.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Latvja.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 269, 10.11.2007


    Top