EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0348

Kawża T-348/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2010 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PBSK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Rikors għal annullament — Aġġustament tat-talbiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Kundizzjonijiet għall-implementazzjoni ta’ miżuri tal-Unjoni ta’ ffriżar ta’ fondi” )

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Al-Aqsa vs Il-Kunsill

(Kawża T-348/07) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PBSK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Rikors għal annullament - Aġġustament tat-talbiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Kundizzjonijiet għall-implementazzjoni ta’ miżuri tal-Unjoni ta’ ffriżar ta’ fondi)

(2010/C 288/61)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Al-Aqsa (Heerlen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Pauw, G. Pulles, A. M. van Eik u M. Uiterwaal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, G.-J. Van Hegelsom u B. Driessen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels, M. de Mol u Y. de Vries, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, essenzjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/62/KE, tas-26 ta’ Jannar 2009, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009, tal-15 ta’ Ġunju 2009, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/62, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Stichting Al-Aqsa.

(2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Stichting Al-Aqsa.

(4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


Top