This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TA0252
Joined Cases T-252/07, 271/07, 272/07: Judgment of the General Court (Eighth Chamber) of 20 January 2010 — Sungro and Others v Council and Commission (Non-contractual liability — Common agricultural policy — Amendment of the Community support scheme for cotton — Chapter 10a of Title IV of Regulation (EC) No 1782/2003, inserted by Article 1(20) of Regulation (EC) No 864/2004 — Annulment of the provisions in question by a judgment of the Court — Causal link)
Kawża T-252/07, T-271/07 u T-272/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Jannar 2010 — Sungro et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ( Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika agrikola komuni — Bidla fl-iskema ta’ għajnuna Komunitarja fil-qasam tal-qoton — Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, introdott bil-punt 20 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 64/2004 — L-annullament tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rabta kawżali )
Kawża T-252/07, T-271/07 u T-272/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Jannar 2010 — Sungro et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ( Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika agrikola komuni — Bidla fl-iskema ta’ għajnuna Komunitarja fil-qasam tal-qoton — Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, introdott bil-punt 20 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 64/2004 — L-annullament tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rabta kawżali )
ĠU C 51, 27.2.2010, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2010 — Sungro et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-252/07, T-271/07 u T-272/07) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika agrikola komuni - Bidla fl-iskema ta’ għajnuna Komunitarja fil-qasam tal-qoton - Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, introdott bil-punt 20 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 64/2004 - L-annullament tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rabta kawżali”)
2010/C 51/58
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sungro, SA (Cordoue, Spanja) (T-252/07); Eurosemillas, SA (Cordoue, Spanja) (T-271/07); u Surcotton, SA (Cordoue, Spanja) (T-272/07) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore, A. De Gregorio Merino u A. Westerhof Löfflerova, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti, assistit minn E. Díaz-Bastien Lopez, L. Divar Bilbao u J. Magdalena Anda, avukati)
Suġġett
Rikorsi għad-danni, ibbażat fuq l-Artikolu 235 KE u fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, intiżi sabiex jiksbu kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti bl-adozzjoni u bl-applikazzjoni, matul is-sena ta’ bejgħ kummerċjali 2006/2007, tal-Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ [għajnuna] fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269), introdott bil-punt 20 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004, tad-29 ta’ April 2004 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 136) u annullat bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-7 ta’ Settembru 2006, Spanja vs Il-Kunsill (C-310/04, Ġabra p. I-7285)
Dispożittiv
(1) |
Il-Kawżi T-252/07, T-271/07 u T-272/07 huma maqgħuda għall-finijiet ta’ din is-sentenza. |
(2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
(3) |
Sungro, SA, Eurosemillas, SA, u Surcotton, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, in solidum, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea. |