Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0064

    Kawża T-64/07 sa T-66/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350, 250 u 150) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 350, 250 u 150 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

    ĠU C 11, 16.1.2010, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350, 250 u 150)

    (Kawża T-64/07 sa T-66/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 350, 250 u 150 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

    2010/C 11/42

    Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto et K. Zajfert, aġenti)

    Suġġett

    Tliet rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Diċembru 2006 (Każijiet R 1033/2006-4, R 1034/2006-4 u R 1035/2006-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 350, 250 u 150 bħala trade marks Komunitarji.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    (2)

    Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 95, 28.04.2007


    Top