EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0025

Kawża T-25/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Frar 2009 — Iride u Iride Energia vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Settur tal-enerġija — Kumpens għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Obbligu għall-impriża benefiċjarja li tirrimborsa minn qabel għajnuna preċedenti ddikjarata bħala illegali — Riżorsi tal-Istat — Vantaġġ — Obbligu ta' motivazzjoni )

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Frar 2009 — Iride u Iride Energia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/07) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-enerġija - Kumpens għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Obbligu għall-impriża benefiċjarja li tirrimborsa minn qabel għajnuna preċedenti ddikjarata bħala illegali - Riżorsi tal-Istat - Vantaġġ - Obbligu ta' motivazzjoni’)

(2009/C 69/82)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Iride SpA (Turin, l-Italja); u Iride Energia SpA (Turin) (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola, C. Bazoli, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/941/KE, tat-8 ta' Novembru 2006, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat C 11/06 (ex N 127/05) li r-Repubblika Taljana għandha l-intenzjoni timplementa favur AEM Torino (ĠU L 366, p. 62), permezz ta' sussidji intiżi li jirrimborżaw l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati fis-settur tal-enerġija, safejn din id-deċiżjoni, minn naħa, tipprovdi li din hija għajnuna mill-Istat u safejn, min-naħa l-oħra, tissuġġetta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni għall-kundizzjoni li AEM Torino tirrimborża l-għajnuna illegali preċedenti li ngħatat fil-kuntest ta' skema favur impriżi denominati “municipalizzate”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Iride SpA u Iride Energia SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69 24.3.2007.


Top