Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FO0070(01)

    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Novembru 2009.
    Luigi Marcuccio vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Servizz pubbliku - Uffiċjali - Inammissibbiltà manifesta.
    Kawża F-70/07.

    Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2009 I-A-1-00423; II-A-1-02293

    ECLI identifier: ECLI:EU:F:2009:148

    DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

    (L-Ewwel Awla)

    10 ta’ Novembru 2009

    Kawża F-70/07

    Luigi Marcuccio

    vs

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    “Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Eċċezzjoni ta’ rimedju parallel – Inammissibbiltà manifesta ”

    Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob, b’mod partikolari, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tikkumpensa d-dannu subit minnu minħabba r-rifjut tagħha li tirrimborsah l-ispejjeż li jistgħu jinġabru allegatament sostnuti fil-Kawża T‑176/04.

    Deċiżjoni: L-ewwel, it-tieni, it-tielet u s-sitt kapijiet tat-talbiet tar-rikors għandhom jiġu miċħuda bħala manifestament inammissibbli. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fir-rigward tal-ewwel, it-tieni, it-tielet u s-sitt kapijiet tat-talbiet tar-rikors tar-rikorrent, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura T‑176/04 DEP.

    Sommarju

    Proċedura – Spejjeż – Tassazzjoni – Suġġett

    (Artikolu 236 KE; Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 92(1); Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

    Il-leġiżlatur stabbilixxa proċedura speċifika ta’ tassazzjoni tal-ispejjeż meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-ammont u n-natura tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru wara sentenza jew digriet li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali temmet kawża u ddeċidiet dwar l-oneru tal-ispejjeż. Barra minn hekk, din il-proċedura speċifika, prevista fl-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dwar l-intaxxar tal-ispejjeż, teskludi talbiet għall-istess somom, jew somom imħallsa għall-istess għanijiet, fil-kuntest ta’ azzjoni li tpoġġi fid-dubju r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità. B’hekk, rikorrent ma jistax jippreżenta, fuq il-bażi tal-Artikolu 236 KE u tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, rikors li għandu, fir-realtà, l-istess suġġett ta’ talba għall-intaxxar tal-ispejjeż.

    (ara l-punti 16, 17)

    Referenza:

    Il‑Qorti tal-Prim’Istanza: 11 ta’ Lulju 2007, Schneider Electric vs Il‑Kummissjoni, T‑351/03, Ġabra p. II‑2237, punt 297

    Top