This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0256
Judgment of the Court (Second Chamber) of 19 March 2009.#Mitsui & Co. Deutschland GmbH v Hauptzollamt Düsseldorf.#Reference for a preliminary ruling: Finanzgericht Düsseldorf - Germany.#Community Customs Code - Repayment of customs duties - Article 29(1) and (3)(a) - Value for customs purposes - Regulation (EEC) No 2454/93 - Article 145(2) and (3) - Taking into account, for customs valuation purposes, of payments made by the seller in performance of a warranty obligation provided for in the contract of sale - Temporal application - Substantive rules - Procedural rules - Retroactive application of a rule - Validity.#Case C-256/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-19 ta' Marzu 2009.
Mitsui & Co. Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Finanzgericht Düsseldorf - il-Ġermanja.
Kodiċi Doganali Komunitarju - Rifużjoni ta’ dazji doganali - Artikolu 29(1) u (3)(a) - Valur għal skopijiet doganali - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 145(2) u (3) - Teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur doganali, tal-ħlasijiet li jkunu saru mill-bejjiegħ b’applikazzjoni ta’ obbligu ta’ garanzija previst mill-kuntratt ta’ bejgħ - Applikazzjoni fiż-żmien - Regoli sostantivi - Regoli proċedurali - Retroattività ta’ regola - Validità.
Kawża C-256/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-19 ta' Marzu 2009.
Mitsui & Co. Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Finanzgericht Düsseldorf - il-Ġermanja.
Kodiċi Doganali Komunitarju - Rifużjoni ta’ dazji doganali - Artikolu 29(1) u (3)(a) - Valur għal skopijiet doganali - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 145(2) u (3) - Teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur doganali, tal-ħlasijiet li jkunu saru mill-bejjiegħ b’applikazzjoni ta’ obbligu ta’ garanzija previst mill-kuntratt ta’ bejgħ - Applikazzjoni fiż-żmien - Regoli sostantivi - Regoli proċedurali - Retroattività ta’ regola - Validità.
Kawża C-256/07.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:167
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
19 ta’ Marzu 2009 ( *1 )
“Kodiċi Doganali tal-Komunità — Rimbors ta’ dazji doganali — Artikolu 29(1) u (3)(a) — Valur doganali — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 145(2) u (3) — Teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur doganali, tal-ħlasijiet li jkunu saru mill-bejjiegħ skont l-obbligu ta’ garanzija previst mill-kuntratt ta’ bejgħ — Applikazzjoni ratione temporis — Regoli sostantivi — Regoli proċedurali — Retroattività ta’ regola — Validità”
Fil-Kawża C-256/07,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), permezz ta’ Deċiżjoni tas-16 ta’ Mejju 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-, fil-proċedura
Mitsui & Co. Deutschland GmbH
vs
Hauptzollamt Düsseldorf,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn C. W. A. Timmermans, President tal-Awla, K. Schiemann, J. Makarczyk, P. Kūris (Relatur) u C. Toader, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Mazák,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-12 ta’ Ġunju 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Mitsui & Co. Deutschland GmbH, minn H. Nehm, Rechtsanwalt, |
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u C. Schulze-Bahr, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn S. Schønberg u F. Hoffmeister, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-21 ta’ Ottubru 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tittratta, minn naħa, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 29(1) u (3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali”), kif ukoll l-Artikolu 145(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002, tal- (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol 12, p. 209, iktar ’il quddiem ir-“regolament ta’ implementazzjoni”). Min-naħa l-oħra, it-talba tittratta l-validità tal-Artikolu 145(2) u (3) tar-regolament ta’ implementazzjoni. |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata mill-Finanzgericht Düsseldorf fil-kuntest ta’ kawża bejn Mitsui & Co. Deutschland GmbH (iktar ’il quddiem “Mitsui”) u Hauptzollamt Düsseldorf (uffiċċju prinċipali doganali ta’ Düsseldorf, iktar ’il quddiem il-“Hauptzollamt”) fir-rigward ta’ talba għar-rifużjoni tad-dazji doganali. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
3 |
Skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali: “1. Il-valur doganali ta’ merkanzija importata għandu jkun il-valur ta’ transazzjoni, jiġifieri, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tinbiegħ għall-esportazzjoni lit-territorju doganali tal-Komunità, aġġustat, fejn ikun meħtieġ, skond l-Artikoli 32 u 33, sakemm:
u
[…]
[…]” |
4 |
L-Artikolu 67 tal-Kodiċi Doganali jipprovdi: “Ħlief fejn espressament ipprovdut mod ieħor, id-data li għandha tintuża għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw il-proċeduri doganali li għalihom il-merkanzija tkun dikjarata għandha tkun id-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni mill-awtoritajiet doganali.” |
5 |
L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali jipprovdi: “1. Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur ta’ l-Artikolu 220(2). […] 2. Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jintbagħtu malli tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien tliet snin mid-data li fiha l-ammont ta’ dawk id-dazji kien ġie kkomunikat lid-debitur. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż jekk il-persuna interessata tipprovdi evidenza li ma kenitx tħalliet tippreżenta l-applikazzjoni tagħha fil-perjodu msemmi b'riżultat ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew ta’ forza maġġuri. Fejn l-awtoritajiet doganali stess jiskopru matul dan il-perjodu li sitwazzjoni jew oħra deskritta fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 jeżistu, għandhom iħallsu lura jew jibagħtu l-flus fuq inizjattiva tagħhom stess.” |
6 |
Il-ħames u s-sitt premessi tar-Regolament Nru 444/2002 jgħidu li:
|
7 |
Ir-Regolament Nru 444/2002, fis-seħħ mid-19 ta’ Marzu 2002, introduċa verżjoni ġdida tal-Artikolu 145 tar-regolament ta’ implementazzjoni. |
8 |
Dan l-Artikolu 145(2) u (3) jipprovdi: “2. Wara r-rilaxx ta’ l-oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni libera, aġġustament magħmul mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli għall-oġġetti jistgħu ikunu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana skond l-Artikolu 29 tal-Kodiċi [Doganali], jekk jintwera għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtoritajiet tad-dwana li:
3. Il-prezz attwalment mħallas jew pagabbli għall-oġġetti, aġġustat skond il-paragrafu 2, jista’ jitqies biss jekk dak l-aġġustament sar f’perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għad-dħul f’ċirkolazzjoni libera ta’ l-oġġetti.” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
9 |
It-tieni ktieb tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (Bürgerliches Gesetzbuch, iktar ’il quddiem il-“BGB”) jirregola d-dritt tal-obbligi. It-Titolu I tas-Sezzjoni VIII tiegħu jipprovdi d-dispożizzjonijiet fuq il-kuntratt ta’ bejgħ. |
10 |
Jekk l-oġġett ikun difettuż, l-Artikolu 437 tal-BGB jagħti d-drittijiet li ġejjin lix-xerrej: “Meta l-oġġett ikun difettuż, ix-xerrej jista’, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet li ġejjin, u sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor:
|
11 |
Jekk ix-xerrej jagħżel l-eżekuzzjoni ulterjuri tal-kuntratt, l-Artikolu 439(1) tal-BGB jagħtih id-drittijiet li ġejjin: “Fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ulterjuri, ix-xerrej jista’, skont ix-xewq tiegħu, jitlob jew it-tneħħija tad-difett, jew il-provvista ta’ oġġett mingħajr difett.” |
12 |
Jekk ix-xerrej jagħżel it-tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ, l-Artikolu 441 tal-BGB jipprovdi dan li ġej: “1. Minflok ix-xoljiment tal-kuntratt, ix-xerrej jista’ jitlob tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ permezz ta’ dikjarazzjoni lill-bejjiegħ. […] […] 3. Fil-każ ta’ tnaqqis, il-prezz tal-bejgħ għandu jitnaqqas bi proporzjoni li fiha, meta ġie konkluż il-kuntratt, kien jinsab il-valur tal-oġġett li kieku kellu jitqies mingħajr difett, ipparagunat mal-valur reali tiegħu. It-tnaqqis għandu, fejn neċessarju, jiġi stabbilit permezz ta’ stima.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
13 |
Skont il-qorti tar-rinviju, Mitsui timporta vetturi ġodda tal-marka Subaru mill-Ġappun, li huma kkumerċjalizzati fl-Unjoni Ewropea permezz ta’ distributuri. Il-bejjiegħ-manifattur jagħti, għal dawn il-vetturi, garanzija ta’ tliet snin fil-każ ta’ difett tekniku jew difetti oħrajn. Fil-kuntest ta’ din il-garanzija, il-bejjiegħ-manifattur jirrimborsa lil Mitsui l-ispejjeż sostnuti minnha fil-konfront ta’ terzi persuni bħala miżuri ta’ garanzija, b’mod partikolari dawk relatati mal-implementazzjoni ta’ dawn il-miżuri mid-distributuri minħabba difett fil-merkanzija. F’kull l-aħħar tax-xahar, Mitsuui tinforma lill-bejjiegħ-manifattur dwar is-servizzi mogħtija taħt il-garanzija u tirċievi rimbors matul ix-xahar ta’ wara. |
14 |
Fit-13 ta’ Ġunju 2003, Mistui talbet ir-rimbors tad-dazji doganali relatati mas-servizzi mogħtija taħt il-garanzija fuq vetturi li hija kienet rilaxxat matul ix-xahar ta’ Lulju 2000. |
15 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Mejju 2004, il-Hauptzollamt tagħat rimbors lil Mitsui kkalkolat fuq is-servizzi mogħtija taħt il-garanzija ffatturati minnha lill-bejjiegħ manifattur sax-xahar ta’ Frar 2002. Min-naħa l-oħra, it-talba għal rimbors għas-servizzi mogħtija taħt il-garanzija li saru bejn ix-xahar ta’ Marzu 2002 u x-xahar ta’ Ġunju 2003 ġiet miċħuda. |
16 |
Il-Hauptzollamt indikat f’dan ir-rigward li, skont l-Artikolu 145(3) tar-regolament ta’ implementazzjoni, l-ispejjeż abbażi tal-garanzija jistgħu jitqiesu li jnaqqsu l-valur doganali biss jekk il-prezz tal-merkanzija importata ġie aġġustat f’terminu ta’ tnax-il xahar mid-data tar-rilaxx tal-merkanzija. Hemm lok li tiġi applikata din id-dispożizzjoni wkoll għall-iżdoganar magħmul qabel id-dħul fis-seħħ, fid-19 ta’ Marzu 2002, tar-Regolament Nru 444/2002. Għall-merkanzija rilaxxata matul ix-xahar ta’ Lulju 2002, jistgħu jittieħdu biss inkunsiderazzjoni l-aġġustamenti fil-prezz magħmulin sax-xahar ta’ Frar 2002 inkluż. |
17 |
Mistui ippreżentat ilment kontra din id-deċiżjoni. Hija ssostni li l-Artikolu 145 tar-regolament ta’ implementazzjoni ma kienx japplika għat-talba tagħha ta’ rimbors peress li, fil-każijiet ta’ garanziji, dan ma jirrigwardax bidla fil-prezz a posteriori fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, iżda fl-iffissar tal-ammont ta’ obbligu ta’ garanzia kuntrattwali. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni, kif emendata bir-Regolament Nru 444/2002, ma tistax tkun applikabbli fil-konfront ta’ merkanzija importata u rilaxxata qabel id-19 ta’ Marzu 2002, jiġifieri qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 444/2002. Id-dritt Komunitarju fil-fatt jikkomporta projbizzjoni tal-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-atti Komunitarji, projbizzjoni li tapplika preċiżament għad-dispożizzjonijiet sostantivi bħall-Artikolu 145(2) u (3) tar-regolament ta’ implementazzjoni. |
18 |
Peress li kellha dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali kif ukoll fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-validità tal-Artikolu 145(2) u (3) tar-regolament ta’ implementazzjoni, il-Finanzgericht Düsseldorf iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel u t-tieni domandi
19 |
Permezz tal-ewwel żewġ domandi tagħha, li jistgħu jiġu diskussi flimkien, il-qorti tar-rinviju ssaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 29(1) u (3)(a) tal-Kodiċi Doganali kif ukoll l-Artikolu 145(2) tar-regolament ta’ implementazzjoni għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta difetti li jaffettwaw merkanzija, skoperti wara r-rilaxx ta’ din il-merkanzija iżda fejn ġie pprovat li dawn kienu jeżistu qabel ir-rilaxx, jagħtu lok, bis-saħħa ta’ obbligu kuntrattwali ta’ garanzija, għal rimborsi ulterjuri tal-bejjiegħ-manifattur favur ix-xerrej, liema rimborsi jikkorrispondu għall-ispejjeż ta’ tiswija ffatturati mid-distributuri nfushom ta’ dan tal-aħħar, dawn ir-rimborsi jistgħu jagħtu lok għal tnaqqis fil-valur ta’ tranżazzjoni ta’ din il-merkanzija u, b’konsegwenza ta’ dan, tal-valur doganali tagħhom, liema valur hu dikjarat abbażi tal-prezz inizzjalment miftiehem bejn il-bejjiegħ-manifattur u x-xerrej. |
20 |
Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, għandu jiġi mfakkar, qabel kollox, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-evalwazzjoni doganali hija intiża sabiex tistabbilixxi sistema ekwa, uniformi u newtrali li teskludi l-użu ta’ valuri doganali arbitrarji jew fittizji (sentenzi tas-6 ta’ Ġunju 1990, Unifert, C-11/89, Ġabra p. I-2275, punt 35, u tad-, Sommer, C-15/99, Ġabra p. I-8989, punt 25). Il-valur doganali għandu għaldaqstant jirrifletti l-valur ekonomiku reali ta’ merkanzija importata u għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha ta’ din il-merkanzija li jippreżentaw valur ekonomiku (ara s-sentenza tas-, Compaq Computer International Corporation, C-306/04, Ġabra p. I-10991, punt 30). |
21 |
Kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju, il-bejjiegħ-manifattur Ġappuniż kien ibigħ vetturi ġodda lil Mitsui. Il-valur doganali tal-merkanzija importata li ġie ddikjarat kien jikkorrispondi, fil-kawża prinċipali, għall-prezz inizzjalment miftiehem bejn il-bejjiegħ-manifattur, minn naħa, u Mitsui, min-naħa l-oħra. Peress li l-bejjiegħ-manifattur ta garanzija ta’ tliet snin fil-każ ta’ difett tekniku jew difetti oħrajn fuq il-vetturi ġodda mibjugħin, kellu barra minn hekk jirrimborsa lil Mitsui tal-ispejjeż li din kienet eventwalment issostni fil-konfront ta’ terzi persuni fil-kuntest ta’ din il-garanzija. |
22 |
Jekk kien jidher, wara d-data tal-importazzjoni ta’ vettura li din kienet difettuża fil-mument tal-importazzjoni tagħha, il-valur ekonomiku reali tagħha huwa, bħal ma osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 21 tal-konklużjonijiet tiegħu, inferjuri għall-valur ta’ tranżazzjoni ddikjarat fil-mument tar-rilaxx tagħha. |
23 |
L-Artikolu 29(1) u (3) tal-Kodiċi Doganali ċertament ma jispeċifikax il-kundizzjonijiet li fihom għandhom jiġu ttrattati l-aġġustamenti ulterjuri tal-valur ta’ tranżazzjoni, il-bażi ta’ kalkolu tal-valur doganali. |
24 |
Madankollu, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas huwa fattur li għandu eventwalment jiġi aġġustat ladarba din it-tranżazzjoni hija neċessarja biex tiġi evitata d-determinazzjoni ta’ valur doganali arbitrarju jew fittizju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-12 ta’ Ġunju 1986, Repenning, 183/85, Ġabra p. 1873, punt 16). |
25 |
B’mod partikolari l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li għandu jiġi ammess li fil-każ fejn il-merkanzija li għandha tiġi evalwata, mingħajr difetti meta din inxtrat, kellhiex ħsara qabel ir-rilaxx tagħha, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għandu jkun is-suġġett ta’ tnaqqis proporzjonali għad-dannu subit meta dan jirrigwarda tnaqqis mhux previst tal-valur kummerċjali tal-merkanzija (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Repenning, punt 18, u Unifert, punt 35). |
26 |
Bl-istess mod, fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rikonoxxut li l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jista’ jkun is-suġġett ta’ tnaqqis proporzjonali għat-tnaqqis fil-valur kummerċjali tal-merkanzija minħabba difett moħbi fejn jiġi pprovat li dan id-difett kien preżenti qabel ir-rilaxx tagħha u li ta lok għal rimborsi ulterjuri bis-saħħa ta’ obbligu kuntrattwali ta’ garanzija, u, sussegwentement, tista’ twassal għal tnaqqis ulterjuri tal-valur doganali ta’ din il-merkanzija. |
27 |
Kif jirriżulta mill-kliem tal-ħames u sitt premessi tar-Regolament Nru 444/2002, l-Artikolu 145(2) tar-regolament ta’ implementazzjoni ippreċiża, fuq dan il-punt, soluzzjoni diġà indikata mill-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali nnifsu. Dan l-Artikolu 145(2) jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom aġġustament mill-bejjiegħ favur ix-xerrej tal-prezz effettivament imħallas għall-merkanzija rilaxxata jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-valur doganali. Dawn il-kundizzjonijiet kumultattivi huma tlieta. Dawn jiġu ssodisfati ladarba tista’ tiġi pprovata n-natura difettuża tal-merkanzija fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet doganali, li l-aġġustament fil-prezz jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ garanzija previst mill-kuntratt ta’ bejgħ konkluż qabel ir-rilaxx tal-merkanzija u li n-natura difettuża tal-merkanzija ma tteħditx inkunsiderazzjoni fil-kuntratt ta’ bejgħ. |
28 |
Bl-istess mod, il-ħlasijiet magħmula minn bejjiegħ favur xerrej skont ftehim ta’ garanzija, li bih dan ix-xerrej jiġi kkumpensat l-ispejjeż ta’ tiswija ffatturati mix-xerrejja tiegħu stess jikkostitwixxu “aġġustament” tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas, peress li l-kliem “aġġustament […] tal-prezz” skont l-imsemmi Artikolu 145 tar-regolament ta’ implementazzjoni jiġbru realtajiet differenti fosthom dik ta’ tnaqqis fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas. |
29 |
B’hekk ir-risposta għall-ewwel żewġ domandi għandha tkun li l-Artikolu 29(1) u (3)(a) tal-Kodiċi Doganali kif ukoll l-Artikolu 145(2) tar-regolament ta’ implementazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li, ladarba difetti li jaffettwaw merkanzija, li jirriżultaw wara r-rilaxx ta’ din il-merkanzija iżda fejn jiġi pprovat li dawn id-difetti kienu jeżistu qabel ir-rilaxx, jagħtu lok, bis-saħħa ta’ obbligu kuntrattwali ta’ garanzija, għal rimborsi ulterjuri mill-bejjiegħ-manifattur favur ix-xerrej, liema rimborsi jikkorrispondu għall-ispejjeż ta’ tiswija ffatturati mid-distributuri tiegħu stess, dawn ir-rimborsi jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-valur ta’ tranżazzjoni ta’ din il-merkanzija u, b’hekk, tal-valur doganali tagħhom, valur iddikjarat abbażi tal-prezz inizzjalment miftiehem bejn il-bejjiegħ-manifattur u x-xerrej. |
Fuq it-tielet domanda
30 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju ssaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 145(2) u (3) tar-regolament ta’ implementazzjoni japplikax għal importazzjonijiet li d-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom ġew aċċettat mill-awtoritajiet doganali qabel id-19 ta’ Marzu 2002, data li fiha r-Regolament Nru 444/2002 li jemenda dan l-Artikolu 145 daħal fis-seħħ. |
31 |
F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-prinċipji tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali jagħmlu parti mis-sistema ġuridika Komunitarja. Għaldaqstant, dawn għandhom jiġu osservati mill-istituzzjonijiet Komunitarji (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-26 ta’ April 2005, “Goed Wonen”, C-376/02, Ġabra p. I-3445, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
32 |
Għalkemm, bħala regola ġenerali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi l-portata ratione temporis ta’ att Komunitarju tibda tiddekorri minn data li tkun preċedenti għal dik tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-att, madankollu jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet meta għan ta’ interess ġenerali jeżiġi dan jew meta l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati jiġu debitament osservati (ara, b’mod partikolari, is-sentenza “Goed Wonen”, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33) u, sa fejn jirriżulta kjarament mill-kliem, mill-għan jew mill-istruttura tar-regoli Komunitarji kkonċernati, li dan l-effett għandu jiġi attribwit lilhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2006, Beemsterboer Coldstore Services, C-293/04, Ġabra p. I-2263, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
33 |
Għandu jingħad ukoll li, la l-kliem tad-dispożizzjonijiet jew tal-premessi tar-Regolament Nru 444/2002 u lanqas ix-xogħolijiet ta’ tħejjija ta’ dan l-att ma jinkludu xi tip ta’ indikazzjoni għandu jiġi attribwit effett retroattiv lill-Artikolu 145 tar-regolament ta’ implementazzjoni. |
34 |
Bil-kontra, jirriżulta mill-minuti tal-kumitat tal-Kodiċi Doganali (sezzjoni tal-valur doganali) (sinteżi tal-konklużjonijiet deċiżi fis-seduta tas-26 ta’ Ottubru 2001; TAXUD/906.2001, EN, p. 3) li din id-“dispożizzjoni […] ma kinitx tipprovdi applikazzjoni retroattiva u li ma kienx previst li din tiġi inkluża, sakemm il-Kumitat ma kienx jesprimi xewqa espressa f’dan is-sens”. Issa, dan ma kienx il-każ. |
35 |
F’kull każ, kif jirriżulta mill-punti 31 u 32 ta’ din is-sentenza, l-effett rikonoxxut ta’ dispożizzjoni ta’ dritt Komunitarju m’għandux jikkomprometti l-prinċipji fundamentali tal-Komunità, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi. |
36 |
Għandu jingħad li, filwaqt li l-Artikolu 145 tar-regolament ta’ implementazzjoni itejjeb iċ-ċertezza legali sa fejn idaħħal b’mod espress it-teħid inkunsiderazzjoni tal-aġġustament fil-prezz tal-merkanzija meta din tkun difettuża fil-mument tal-importazzjoni tagħha, l-applikazzjoni tagħha, bħal fil-kawża prinċipali, għandha madankollu bħala konsegwenza li tpoġġi f’dubju ċ-ċertezza legali tal-operaturi ekonomiċi Ġermaniżi sa fejn, bħal ma osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi japplikaw it-terminu ġenerali ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali fil-każ ta’ aġġustament, wara l-importazzjoni, tal-valur ta’ tranżazzjoni tal-merkanzija minħabba n-natura difettuża tagħha, sabiex jiġi ddeterminat il-valur doganali tagħha. |
37 |
B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 145(2) u (3) tar-regolament ta’ implementazzjoni ma japplikax għal sitwazzjonijiet li jibdew qabel id-19 ta’ Marzu 2002. |
38 |
Jirriżulta minn dak li jippreċedi li r-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 145(2) u (3) tar-regolament ta’ implementazzjoni ma japplikax għall-importazzjonijiet li d-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom ġew aċċettati qabel id-19 ta’ Marzu 2002. |
Fuq ir-raba’ domanda
39 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tielet domanda, m’hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda. |
Fuq l-ispejjeż
40 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.