This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0233
Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 8 May 2008.#Commission of the European Communities v Portuguese Republic.#Failure of a Member State to fulfil obligations - Environment - Directive 91/271/EEC - Urban waste water treatment - Decision 2001/720/EC - Derogation regarding urban waste water treatment for the agglomeration of the Estoril coast - Infringement of Articles 2, 3 and 5 of Decision 2001/720/EC.#Case C-233/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Deċiżjoni 2001/720/KE - Deroga dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril - Ksur tal-Artikoli 2, 3 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni.
Kawża C-233/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Deċiżjoni 2001/720/KE - Deroga dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril - Ksur tal-Artikoli 2, 3 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni.
Kawża C-233/07.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2008:271
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C-233/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Deċiżjoni 2001/720/KE – Deroga dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril – Ksur tal-Artikoli 2, 3 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 31)
2. Stati Membri – Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet tekniċi – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 33)
3. Ambjent – Trattament tal-ilma urban mormi – Direttiva 91/271 – Derogi (Direttiva tal-Kunsill 91/271; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/720, Artikoli 2, 3 u 5) (ara l-punti 41, 47-56)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 2, 3 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Ottubru 2001, li tagħti deroga lill-Portugall dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril (ĠU L 269, p. 14). |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-Repubblika Portugiża, |
|
2) |
billi ma ssuġġettatx, matul l-istaġun tal-għawm, l-ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril għall-inqas għal trattament primarju avvanzat u għal proċess ta’ diżinfezzjoni qabel ma jintrema fil-baħar, skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/720/KE, li tagħti deroga lill-Portugall dwar it-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjoni tal-kosta ta’ Estoril; |
|
3) |
billi ma ssuġġettatx, barra mill-istaġun tal-għawm, l-ilma urban mormi mill-imsemmija agglomerazzjoni, għall-inqas għal trattament primarju qabel ma jintrema, skont l-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni, u |
|
4) |
billi ppermettiet li l-iskariki ta’ ilma urban mormi minn din l-agglomerazzjoni jikkawżaw ħsara lill-ambjent, |
|
5) |
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3 u 5 ta’ din id-deċiżjoni. |
|
6) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |