Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0500

    Kawża C-500/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 25 ta' Novembru 2008 — Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata tal-appell — Punt ta' tluq — Rikors sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni ratione personae ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni — Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni)

    ĠU C 69, 21.3.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/11


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Novembru 2008 — Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-500/07 P) (1)

    (Appell - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata tal-appell - Punt ta' tluq - Rikors sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni ratione personae ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni - Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni)

    (2009/C 69/18)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) (rappreżentanti: E. Coffrini u F. Tesauro, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)

    Suġġett

    Appell imressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Settembru 2007, Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) vs Il-Kummissjoni (T-175/07) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba sabiex jiġi kkonstatat prinċipalment li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE tal-5 ta' Ġunju 2002, dwar għajnuna mogħtija mill-Istat fil-forma ta' eżenzjonijiet fiskali u self b'kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b'kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21) ma tapplikax għar-rikorrenti u, sussidjarjament, li r-rikorrenti ma bbenefikatx minn għajnuna illegali u b'konsegwenza, sabiex tikseb l-annullament, sa fejn huwa neċessarju, ta' din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 37, 9.2.2008.


    Top