This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CB0450
Joined Cases C-450/07 and C-451/07: Order of the Court (Seventh Chamber) of 9 November 2009 (References for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (Italy)) — Roche SpA (C-450/07), Federazione nazionale unitaria dei Titolari di Farmacia italiani (Federfarma) (C-451/07) v Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute (First subparagraph of Article 104(3) of the Rules of Procedure — Directive 89/105/EEC — Transparency of measures regulating the prices of medicinal products for human use — Article 4 — Price freeze — Price reduction)
Kawżi magħquda C-450/07 u C-451/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad- 9 ta’ Novembru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Roche SpA (C-450/07), Federazione nazionale unitaria dei Titolari di Farmacia italiani (Federfarma) (C-451/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 89/105/KEE — Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Artikolu 4 — Iffriżar tal-prezzijiet — Tnaqqis tal-prezzijiet)
Kawżi magħquda C-450/07 u C-451/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad- 9 ta’ Novembru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Roche SpA (C-450/07), Federazione nazionale unitaria dei Titolari di Farmacia italiani (Federfarma) (C-451/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 89/105/KEE — Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Artikolu 4 — Iffriżar tal-prezzijiet — Tnaqqis tal-prezzijiet)
ĠU C 51, 27.2.2010, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/12 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Roche SpA (C-450/07), Federazione nazionale unitaria dei Titolari di Farmacia italiani (Federfarma) (C-451/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute
(Kawżi magħquda C-450/07 u C-451/07) (1)
(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 89/105/KEE - Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 4 - Iffriżar tal-prezzijiet - Tnaqqis tal-prezzijiet)
2010/C 51/19
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Roche SpA
Konvenuta: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345)
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jkunu osservati, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jadottaw miżuri ta’ portata ġenerali li jikkonsistu fit-tnaqqis fil-prezzijiet fuq il-prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali, anki jekk l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri ma tkunx ippreċeduta b’iffriżar ta’ dawn il-prezzijiet. |
(2) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jkunu osservati, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis fil-prezzijiet fuq il-prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali hija possibbli diversi drabi fis-sena, u dan matul diversi snin. |
(3) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżuri intiżi li jikkontrollaw il-prezzijiet fuq il-prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali jkunu adottati fuq il-bażi ta’ stimi ta’ nefqa, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jkunu osservati u li dawn l-istimi jkunu fondati fuq elementi oġġettivi u verifikabbli. |
(4) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, fl-osservanza tal-għan ta’ trasparenza segwit minn din id-direttiva kif ukoll minn rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni, il-kriterji li fuq il-bażi tagħhom hemm lok li jsir stħarriġ tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi msemmija f’din id-dispożizzjoni u li dawn il-kriterji jistgħu jikkonsistu f’nefqa farmaċewtika biss, fin-nefqa fis-saħħa totali jew ukoll f’tip ta’ nefqa oħra. |
(5) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|