Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0313

Kawża C-313/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas- 16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Kirtruna SL, Elisa Vigano vs Red Elite de Electrodomésticos SA, Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Electro Calbet SA (Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Trasferiment ta' impriża — Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati — Proċeduri ta' falliment — Suċċessjoni fir-rigward tal-kuntratt tal-kera)

ĠU C 313, 6.12.2008, pp. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Kirtruna SL, Elisa Vigano vs Red Elite de Electrodomésticos SA, Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Electro Calbet SA

(Kawża C-313/07) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta' impriża - Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati - Proċeduri ta' falliment - Suċċessjoni fir-rigward tal-kuntratt tal-kera)

(2008/C 313/13)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kirtruna SL, Elisa Vigano

Konvenuti: Red Elite de Electrodomésticos SA, Cristina Delgado Fernández de Heredia, Sergio Sabini Celio, Miguel Oliván Bascones, Electro Calbet SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16)

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23 KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ma jirrikjedix, fil-każ ta' trasferiment ta' impriża, iż-żamma tal-kuntratt tal-kera ta' fond kummerċjali konkluż minn min jagħmel it-trasferiment tal-impriża ma' terz minkejja li t-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt tista' twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratti ta' impjieg ittrasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


Top