EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0308

Kawża C-308/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Frar 2009 – Koldo Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament Ewropew (Appell — Regoli dwar l-ispejjeż u l-indennizzi tal-membri parlamentari Ewropej — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament permezz ta’ kumpens — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza — Dritt għal qorti imparzjali — Res judicata — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

ĠU C 90, 18.4.2009, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 – Koldo Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-308/07 P) (1)

(Appell - Regoli dwar l-ispejjeż u l-indennizzi tal-membri parlamentari Ewropej - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament permezz ta’ kumpens - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Dritt għal qorti imparzjali - Res judicata - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

2009/C 90/03

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Koldo Gorostiaga Atxalandaso (rappreżentant: D. Rouget, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, C. Karamarcos u D. Moore, aġenti)

Suġġett

Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ April 2007, Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament (T-132/06), li permezz tiegħu, il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat ir-rikors tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2006, adottata sabiex timplementa s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Diċembru 2005, Gorostiaga Atxalandabaso vs Il-Parlament (T-146/04) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza u tal-prinċipju ta’ imparzjalità – Interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż u l-indennizz tal-membri parlamentari tal-Parlament Ewropew

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Gorostiaga Atxalandabaso huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


Top