Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0164

    Kawża C-164/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 5 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nantes — Commission d'Indemnisation des Victimes d'infractions — Franza) — James Wood vs Fonds de Garantie des victimes des actes de Terrorisme et d'autres Infractions (Artikolu 12 KE — Diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità — Kumpens mogħti mill-Fonds de garantie des victimes des actes de terrorisme et d'autres infractions — Esklużjoni)

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nantes — Commission d'Indemnisation des Victimes d'infractions — Franza) — James Wood vs Fonds de Garantie des victimes des actes de Terrorisme et d'autres Infractions

    (Kawża C-164/07) (1)

    (Artikolu 12 KE - Diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità - Kumpens mogħti mill-Fonds de garantie des victimes des actes de terrorisme et d'autres infractions - Esklużjoni)

    (2008/C 183/05)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de grande instance — Commission d'Indemnisation des Victimes d'infractions

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: James Wood

    Konvenut: Fonds de Garantie des victimes des actes de Terrorisme et d'autres Infractions

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance — Commission d'Indemnisation des Victimes d'infractions — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu [12] tat-Trattat KE — Kompatibbiltà, fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta' non-diskriminazzjoni, ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lil ċittadin ta' Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni li huwa residenti legalment fi Franza u missier wild ta' nazzjonalità Franċiża li miet barra mit-territorju nazzjonali mill-benefiċċju ta' kumpens mogħti minn Fond ta' Garanzija, abbażi biss taċ-ċittadinanza tiegħu

    Dispożittiv

    Id-dritt Komunitarju jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teskludi ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri l-oħra, li jaħdmu u jirrisjedu fit-territorju tiegħu, mill-benefiċċju ta' kumpens għal danni kkawżati minn offiżi fuq il-persuna b'riżultat ta' reat li ma jkunux seħħ f'dan l-Istat, unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom.


    (1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


    Top