Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0081

Kawża C-81/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2000/59/KE — Pjanijiet għall-akkoljenza u t-trattament ta' l-iskart tal-bastimenti)

ĠU C 116, 9.5.2008, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 116/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-81/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/59/KE - Pjanijiet għall-akkoljenza u t-trattament ta' l-iskart tal-bastimenti)

(2008/C 116/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u K. Simonsson, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Chala u I. Pouli, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 332, p. 81)

Dispożittiv

1)

Billi naqqset milli tistabbilixxi, tadotta u tapprova l-pjanijiet għall-akkoljenza u t-trattament ta' l-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija, ir-Repubblika Ellenika naqqset li twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


Top