EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0113

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012.
Marine Harvest Norway AS, anciennement Fjord Seafood Norway AS et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Dumping — Importazzjonijiet ta’ salamun li joriġina min-Norveġja — Definizzjoni tal-industrija Komunitarja — Prodott simili — Kompożizzjoni tal-kampjun tal-produtturi Komunitarji.
Kawża T-113/06.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2012:135





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012 —
Marine Harvest Norway u Alsaker Fjordbruk vs Il-Kunsill

(Kawża T-113/06)

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ salamun li joriġina min-Norveġja — Definizzjoni tal-industrija Komunitarja — Prodott simili — Kompożizzjoni tal-kampjun tal-produtturi Komunitarji”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Entità assorbita minn persuna ġuridika oħra — Tmiem ta’ din l-entità — Sostituzzjoni tal-aventi kawża b’titolu universali fl-azzjonijiet legali tal-predeċessur tagħha (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 27, 28)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping — Dazji differenti imposti fuq impriżi differenti — Ammissibbiltà limitata għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw kull impriża individwalment (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96) (ara l-punti 34-37)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Evalwazzjoni tal-impatt li jirriżulta mill-importazzjonijiet fuq il-produzzjoni Komunitarja — Żball fid-definizzjoni tal-prodott simili — Assenza ta’ rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi Komunitarji — Ksur tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 384/96 (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 3(1) u (2), 4 u 21) (ara l-punti 46-48, 52, 53, 58-63, 71-74)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tas-salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 334M, p. 699).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006, tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tas-salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Marine Harvest Norway AS, aventi kawża ta’ Fjord Seafood Norway AS, għad-dazji antidumping applikati għall-importazzjonijiet li joriġinaw minn din tal-aħħar sat-18 ta’ Settembru 2007, u Alsaker Fjordbruk AS.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Marine Harvest Norway, aventi kawża ta’ Fjord Seafood Norway, u Alsaker Fjordbruk.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top