Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0384

    Kawża T-384/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2011 — IBP u International Building Products France vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur — Multi — Ċirkustanzi aggravanti” )

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — IBP u International Building Products France vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-384/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Multi - Ċirkustanzi aggravanti)

    2011/C 145/33

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: IBP Ltd (Tipton, ir-Renju Unit); u International Building Products France SA (Sartrouville, Franza) (rappreżentanti: M. Clough, QC, u A. Aldred, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F 1/38.121 — Attrezzaturi), u sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    IBP Ltd u International Building Products France SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 80 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Huma għandhom ibatu wkoll l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    (3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 20, 27.1.2007.


    Top