Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0362

Kawża T-362/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Settembru 2012 — Ballast Nedam Infra vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Prova tal-ksur — Gravità tal-ksur — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Drittijiet tad-difiża — Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-kawża — Ġurisdizzjoni sħiħa” )

ĠU C 355, 17.11.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Ballast Nedam Infra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Prova tal-ksur - Gravità tal-ksur - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża - Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-kawża - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2012/C 355/37

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ballast Nedam Infra BV (Nieuwegein, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bosman u J. van de Hel, sussegwentement minn A. Bosman u E. Oude Elferink, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, sussegwentement minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, min-naħa waħda, talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni msemmija u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament parzjali ta’ din l-istess deċiżjoni sa fejn din tiffissa t-tul tal-ksur fir-rigward tagħha u talba għat-tnaqqis korrelattiv tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], huwa annullat sa fejn jikkonċerna l-parteċipazzjoni ta’ Ballast Nedam Infra BV fil-ksur bejn il-21 ta’ Ġunju 1996 u t-30 ta’ Settembru 2000.

(2)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Ballast Nedam Infra fl-Artikolu 2(a) tad-deċiżjoni msemmija fil-punt (1) iktar ’il fuq hija limitata għal EUR 3,45 miljuni.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


Top