EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0314

Kawża T-314/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2010 — Whirlpool Europe vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti friġġ-freezers magħquda li joriġinaw mill-Korea t’Isfel — Definizzjoni ta’ prodott ikkonċernat — Drittijiet tad-difiża — Kumitat konsultattiv — Obbligu ta’ motivazzjoni — Għażla tal-metodu ta’ definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Artikolu 15(2) u Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009)” )

ĠU C 301, 6.11.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Whirlpool Europe vs Il-Kunsill

(Kawża T-314/06) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti friġġ-freezers magħquda li joriġinaw mill-Korea t’Isfel - Definizzjoni ta’ prodott ikkonċernat - Drittijiet tad-difiża - Kumitat konsultattiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Għażla tal-metodu ta’ definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Artikolu 15(2) u Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2010/C 301/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whirlpool Europe Srl (Comerio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Bronckers u F. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, agent, assistit minn G. Berrisch, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Albenzio, avvocato dello Stato); u l-Kunsill Ewropew għall-kostruzzjoni ta’ apparat Domestiku (CECED) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Desmedt u A. Verheyden, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); u LG Electronics, Inc. (Seul, Korea t’Isfel) (rappreżentanti: inizjalment L. Ruessmann u P. Hecker, sussegwentement L. Ruessmann u A. Willems, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1289/2006, tal-25 ta’ Awwissu 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju antidumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti friġġijiet “side-by-side” li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 236, p. 11).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Whirlpool Europe Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u LG Electronics, Inc.

(3)

Ir-Repubblika Taljana, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew għall kostruzzjoni ta’ apparat Domestiku (CECED) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top