EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0006

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007.
Cofradía de pescadores "San Pedro" de Bermeo et. vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Prinċipji ta’ stabbiltà relattiva, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi - Ammissibbiltà - Appell in parti infondat u in parti inammissibbli - Appell inċidentali - Talba għat-tħassir ta’ parti mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li fih iddikjarat li mhux meħtieġ li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma fil-konfront ta’ rikors li ġie miċħud bħala infondat - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Res judicata.
Kawża C-6/06 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:702





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Novembru 2007 – Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill

(Kawża C-6/06 P)

“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Prinċipji ta’ stabbiltà relattiva, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi – Ammissibbiltà – Appell in parti infondat u in parti inammissibbli – Appell inċidentali – Talba għat-tħassir ta’ parti mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li fih iddikjarat li mhux meħtieġ li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma fil-konfront ta’ rikors li ġie miċħud bħala infondat – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Res judicata”

1.                     Appell – Ammissibbiltà – Deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ appell (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 56) (ara l-punti 21-22)

2.                     Appell – Aggravji – Sempliċi ripetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ l-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà – Kontestazzjoni ta’ l-interpretazzjoni jew ta’ l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju mwettqa mill-Qorti tal-Prim’Istanza – Ammissibbiità (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-punt (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 112(1)( c)) (ara l- punti 34-36, 60)

3.                     Appell – Aggravji – Aggravju kontra kunsiderazzjoni tas-sentenza li mhijiex neċessarja sabiex ikun iġġustifikat id-dispożittiv tas-sentenza – Aggravju inoperanti (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58(1)) (ara l- punt 51)

4.                     Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evlawazzjoni ta’ l-elementi ta’ informazzjoni – Talba għal perizja ppreżentata minn waħda mill-partijiet wara l-għeluq tal-proċedura orali (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 62) (ara l-punti 69-71)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill għat-trasferiment lir-Repubblika Franċiża ta’ parti mill-kwota ta’ sajd ta’ l-inċova allokata lir-Repubblika Portugiża.

Dispożittiv

 

L-appell prinċipali, magħmul mill-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u l-appellanti l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta’ Novembru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), huwa miċħud.

 

L-appell inċidentali, magħmul mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, huwa miċħud.

 

Il-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u l-appellanti l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta’ Ottubru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03) u l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

 

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top