EUR-Lex Přístup k právu Evropské unie

Zpět na úvodní stránku EUR-Lex

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 62006CB0421

Kawża C-421/06: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 8 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato — l-Italja) — Fratelli Martini & C. SpA, Cargill Srl vs Ministero delle Politiche Agricole e Forestali, Ministero della Salute, Ministero delle Attività Produttive (L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-invalidità ta' att Komunitarju — Obbligi ta' l-istituzzjonijiet — Awtorità tas-saħħa — Għalf kompost — Indikazzjoni, fuq it-tikketta, tal-perċentwali fil-piż ta'materjal prima użat fl-għalf b'tolleranza ta' ± 15 % tal-valur iddikjarat — Projbizzjoni ta' tqarriq bil-konsumatur)

ĠU C 64, 8.3.2008, s. 13—13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato — l-Italja) — Fratelli Martini & C. SpA, Cargill Srl vs Ministero delle Politiche Agricole e Forestali, Ministero della Salute, Ministero delle Attività Produttive

(Kawża C-421/06) (1)

(L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-invalidità ta' att Komunitarju - Obbligi ta' l-istituzzjonijiet - Awtorità tas-saħħa - Għalf kompost - Indikazzjoni, fuq it-tikketta, tal-perċentwali fil-piż ta'materjal prima użat fl-għalf b'tolleranza ta' ± 15 % tal-valur iddikjarat - Projbizzjoni ta' tqarriq bil-konsumatur)

(2008/C 64/19)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fratelli Martini & C. SpA, Cargill Srl

Konvenuti: Ministero delle Politiche Agricole e Forestali, Ministero della Salute, Ministero delle Attività Produttive

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Effetti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04 (ABNA et) li tikkonstata l-invalidità parzjali tad-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta' Jannar 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-għalf kompos[t] u li tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/357/KEE (ĠU L 63, p. 23) — Obbligu ta' l-istituzzjonijiet li jadottaw att ġdid

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta' Jannar 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-għalf kompos[t] u li tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/357/KEE, li jistipula l-obbligu li, fuq it-tikketti ta' l-għalf kompost, tiġi indikata l-perċentwali fil-piż ta' materjal prima użat fl-għalf b'tolleranza ta' ± 15 % tal-valur iddikjarat f'dak li jirrigwarda din il-perċentwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li mhuwiex in kontradizzjoni ma' l-Artikoli 8 u 16 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-28 ta' Jannar 2002, li jistab[b]ilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistab[b]ilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel, li l-għan tagħhom huwa, partikolarment, li jimpedixxu li l-ittikkettjar u l-preżentazzjoni ta' l-għalf iqarrqu bil-konsumatur.

2)

Peress li l-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2002/2 jistipula obbligu awtonomu mingħajr rabta ma' l-obbligi stipulati fid-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva, id-dikjarazzjoni ta' invalidità ta' din id-dispożizzjoni, mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-6 ta' Diċembru 2005, ABNA et (C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04) ma ħolqotx sitwazzjoni ta' lakuna ġuridika jew ta' inkoerenza li tobbliga lill-istituzzjonijiet jadottaw emendi ta' sustanza tad-Direttiva 2002/2.

Fi kwalunkwe każ, l-invalidità ta' dispożizzjoni Komunitarja tirriżulta direttament mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li qed tikkonstataha u huma l-awtoritajiet kif ukoll il-qrati ta' l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-konsegwenzi tagħha fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Nahoru