Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0491

    Kawża C-491/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet (Direttiva 91/628/KEE — Protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport — Traspożizzjoni — Marġni ta' diskrezzjoni — Annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali — Vjaġġi li jeċċedu tul ta' tmien siegħat — Għoli minimu ta' kull livell tal-vettura — Densità ta' tagħbija)

    ĠU C 158, 21.6.2008, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 158/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — Danske Svineproducenter vs Justitsministeriet

    (Kawża C-491/06) (1)

    (Direttiva 91/628/KEE - Protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport - Traspożizzjoni - Marġni ta' diskrezzjoni - Annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali - Vjaġġi li jeċċedu tul ta' tmien siegħat - Għoli minimu ta' kull livell tal-vettura - Densità ta' tagħbija)

    (2008/C 158/06)

    Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Vestre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Danske Svineproducenter

    Konvenut: Justitsministeriet

    Partijiet intervenjenti: Den Europæiske Dyre- og Kødhandelsunion (UECBV)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-punt 2(b), punt 47, Titolu D, u tat-tielet inċiż tal-punt 48(3) ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, p. 17), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 148, p. 52) — Għoli minimu u densità ta' tagħbija ġewwa kull sular fil-vetturi li jittrasportaw il-ħnieżer meta l-vjaġġ jieħu iżjed minn tmien sigħat

    Dispożittiv

    1)

    Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinkludi data ċċifrata f'dak li jirrigwarda l-għoli tal-kompartamenti ta' l-annimali sabiex it-trasportaturi jkunu jistgħu jirreferu għal regoli iktar preċiżi minn dawk stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad-29 ta' Ġunju 1995, tista' tidħol fil-marġini ta' diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri mill-Artikolu 249 KE, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni, li tirrispetta l-għan ta' protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport imfittex minn din id-direttiva, kif emendata, ma tostakolax, bi ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità, it-twettiq ta' l-għanijiet ta' eliminazzjoni ta' l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta' l-annimali ħajjin u sabiex l-organizzazzjonijiet tas-suq ikunu jistgħu joperaw bla xkiel li l-imsemmija direttiva, kif emendata, trid tilħaq wkoll. Hija l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk l-imsemmija leġiżlazzjoni tirrispettax dawn il-prinċipji.

    2)

    Il-Kapitolu VI, punt 47, Titolu D, ta' l-Anness tad-Direttiva 91/628, kif emendata bid-Direttiva 95/29/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa awtorizzat jistabbilixxi sistema nazzjonali skond liema, fil-każ ta' trasport ta' tul ta' iktar minn tmien siegħat, l-erja disponibbli għal kull annimal hija ta' għallinqas 0,50 m2 għall-ħnieżer ta' 100 kg.


    (1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


    Top