EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0227

Kawża C-227/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 28 KE u 30 KE — Miżuri b'effett ekwivalenti — Prodotti għall-bini — Direttiva 89/106/KEE — Nuqqas ta' armonizzazzjoni tal-liġijiet — Marki tal-konformità nazzjonali — Preżunzjoni ta' konformità)

ĠU C 116, 9.5.2008, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 116/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-227/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Miżuri b'effett ekwivalenti - Prodotti għall-bini - Direttiva 89/106/KEE - Nuqqas ta' armonizzazzjoni tal-liġijiet - Marki tal-konformità nazzjonali - Preżunzjoni ta' konformità)

(2008/C 116/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u B. Stromsky, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Wimmer, A. Hubert, L. Van den Broeck, aġenti u F. de Montpellier u G. Block, avukati)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 28 u 30 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga de facto lill-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jikkummerċjalizzaw, fil-Belġju, prodotti għall-bini legalment prodotti u/jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, jiksbu marki tal-konformità Belġjani għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn il-prodotti fil-Belġju.

Dispożittiv

1)

Billi jinkoraġġixxi lill-operaturi ekonomici li jixtiequ jikkumerċjalizzaw, fil-Belġju, prodotti għall-bini legalment prodotti u/jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor sabiex jiksbu l-marki tal-konformita' Belġjani, ir-Renju Belġjan naqas mill-obbligu tiegħu skond l-Artikoli 28 KE u 30 KE.

2)

Ir-Renju tal-Belgju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


Top