EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0006

Kawża C-6/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 22 Novembru 2007 — Cofradía de pescadores San Pedro de Bermeo et vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Franċiża (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Prinċipji ta' stabbiltà relattiva, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi — Ammissibbiltà — Appell in parti infondat u in parti ammissibbli — Appell inċidentali — Talba għat-tħassir ta' parti mis-sentenza tal-Prim'Istanza fejn iddikjarat li mhux meħtieġ li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma fil-konfront ta' rikors li ġie miċħud bħala infondat — Nuqqas ta' interess ġuridiku — Res judicata)

ĠU C 64, 8.3.2008, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 Novembru 2007 — Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Franċiża

(Kawża C-6/06 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Prinċipji ta' stabbiltà relattiva, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi - Ammissibbiltà - Appell in parti infondat u in parti ammissibbli - Appell inċidentali - Talba għat-tħassir ta' parti mis-sentenza tal-Prim'Istanza fejn iddikjarat li mhux meħtieġ li tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma fil-konfront ta' rikors li ġie miċħud bħala infondat - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Res judicata)

(2008/C 64/05)

Lingwa tal-proċedura: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et (rappreżentant: M. Troncoso Ferrer, abogado)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent) u r-Repubblika Franċiża

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tielet Awla) tad-19 ta' Ottubru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill għat-trasferiment lir-Repubblika Franċiża ta' parti mill-kwota ta' sajd ta' l-inċova allokata lir-Repubblika Portugiża

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali, imressaq mill-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u r-rikorrenti l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Novembru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), huwa miċħud.

2)

L-appell inċidentali, imressaq mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, huwa miċħud.

3)

Il-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u r-rikorrent l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Novembru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03) u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbatu l-ispejjeż tagħhom.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


Top