Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TO0199

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Mejju 2007.
Laura Gnemmi vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kawża T-199/05.

Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2007 I-A-2-00125; II-A-2-00851

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:137

DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla)

14 ta’ Mejju 2007

Kawża T-199/05

Laura Gnemmi

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2003 – Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi ġuridika”

Suġġett: Rikors intiż għall-annullament, prinċipalment, tal-proċedura ta’ evalwazzjoni 2003, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti, u b’mod sussidjarju, tar-rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għal din il-proċedura.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament nieqes minn kull bażi ġuridika. Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Invokazzjoni ta’ argumenti identiċi u preżentazzjoni ta’ elementi ta’ prova identiċi jew ta’ l-istess natura bħal dawk ta’ rikorsi oħra preċedentement miċħuda bħala inammissibbli u infondati – Rikors manifestament inammissibbli u infondat

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 111; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)

Top