Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0375

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Ottubru 2008.
    Azienda Agricola "Le Canne" Srl vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Agrikoltura - Għajnuna finanzjarja Komunitarja - Irregolarità finanzjarja fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ - Deċiżjoni għat-tnaqqis tal-għajnuna - Skadenza tat-terminu ta' preskrizzjoni - Rikors għal annullament u għad-danni.
    Kawża T-375/05.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:441





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008 – Le Canne vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-375/05)

    “Agrikoltura – Għajnuna finanzjarja Komunitarja – Irregolarità finanzjarja fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ – Deċiżjoni għat-tnaqqis tal-għajnuna – Skadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Rikors għal annullament u għad-danni”

    1.                     Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità – Irregolarità – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 1(2), 4 u 5)

    2.                     Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità – Proċeduri legali kontra irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 3 u 4(1))

    3.                     Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità – Proċeduri legali kontra irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1116/88, Artikolu 8)

    4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2005) 2939, tas-26 ta’ Lulju 2005, li tnaqqas il-bilanċ li għadu dovut minn għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lir-rikorrenti għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-impjanti tagħha tal-akwakultura, kif ukoll talba għad-danni li jirriżultaw minn dan it-tnaqqis.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 2939, tas-26 ta’ Lulju 2005, hija annullata sa fejn tnaqqas l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lil Azienda Agricola “Le Canne” Srl għall-proġett IT/0016/90/02 minħabba li l-qligħ magħmul minn Girardello SpA għat-twettiq tax-xogħlijiet marbuta ma’ dan il-proġett ġie rreġistrat bħala nefqa eliġibbli għal din l-għajnuna.

    2)

    Ir-rikors għad-danni huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top