EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TB0385(01)

Kawża T-385/05 TO: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2010 — Il-Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni ( “Oppożizzjoni minn terzi — Possibbiltà li t-terz li jopponi jipparteċipa fil-kawża prinċipali — Nuqqas ta’ preġudizzju għad-drittijiet tat-terz li jopponi — Inammissibbiltà” )

ĠU C 301, 6.11.2010, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2010 — Il-Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/05 TO) (1)

(Oppożizzjoni minn terzi - Possibbiltà li t-terz li jopponi jipparteċipa fil-kawża prinċipali - Nuqqas ta’ preġudizzju għad-drittijiet tat-terz li jopponi - Inammissibbiltà)

2010/C 301/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Terz li jopponi: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, A. C. Santos, J. Gomes u P. Rocha, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, D. Ortigão Ramos, P. Carmona Botana, M. T. López Garrido u P. Vidal Matos, avukati); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, avukati)

Suġġett

Talba mressqa minn terz li jopponi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-23 ta’ Settembru 2009, Transnáutica vs Il-Kummissjoni (T-385/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra).

Dispożittiv

(1)

It-talba mressqa minn terz li jopponi hija miċħuda bħala inammissibbli.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Transnáutica — Transportes e Navegação, SA, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 330, 24.12.2005.


Top