Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0456

    Kawża T-456/05 u T-457/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 28 ta’ April 2010 — Gütermann u Zwicky vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ħajt industrijali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE — Multi — Gravità tal-ksur — Impatt reali fuq is-suq — Tul tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi” )

    ĠU C 148, 5.6.2010, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 148/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010 — Gütermann u Zwicky vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-456/05 u T-457/05) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħajt industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE - Multi - Gravità tal-ksur - Impatt reali fuq is-suq - Tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

    2010/C 148/44

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gütermann AG (Gutach-Breisgau, il-Ġermanja) (Kawża T-456/05); u Zwicky & Co. AG (Wallisellen, L-Iżvezja) (Kawża T-457/05) (rappreżentanti: J. Burrichter, B. Kasten u S. Orlikowski-Wolf, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, M. Schneider u K. Mojzesowicz, sussegwentement F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3452, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.337 PO/Ħajt), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 3765, tat-13 ta’ Ottubru 2005, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    (2)

    Gütermann AG u Zwicky & Co. AG huma kkundannati għall ispejjeż.


    (1)  ĠU C 60, 11.03.2006.


    Top