Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0237

    Kawża T-237/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Ġunju 2010 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni ( “Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti rigward proċedura ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi — Regolament (KE) Nru 4064/89 — Regolament (KE) Nru 139/2004 — Regolament (KE) Nru 802/2004 — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ attivitajiet ta’ investigazzjoni u ta’ verifiki — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta’ interessi kummerċjali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-pariri legali” )

    ĠU C 209, 31.7.2010, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-237/05) (1)

    (Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti rigward proċedura ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi - Regolament (KE) Nru 4064/89 - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Regolament (KE) Nru 802/2004 - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ attivitajiet ta’ investigazzjoni u ta’ verifiki - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta’ interessi kummerċjali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-pariri legali)

    2010/C 209/45

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment W. van Weert u O. Fréget, sussegwentement O. Fréget, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, P. Costa de Oliveira u O. Beynet, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Lagardère SCA (rappreżentanti: inizjalment A. Winckler, S. Sorinas Jimeno u I. Girgenson, sussegwentement A. Winckler, F. de Bure u J. B. Pinçon, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2005 li tiċħad parzjalment applikazzjoni tar-rikorrenti intiża sabiex jinkiseb l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar proċedura ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP).

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx lok iktar li tingaħta deċiżjoni dwar il-legalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (2005) 3286, tas-7 ta’ April 2005, sa fejn hija tirrrifjuta l-aċċess, sħiħ u parzjali, għad-dokumenti msemmija fil-punt 1(a) sa (ċ) ta’ din is-sentenza, u fil-punt 2(h) u (j) ta’ din is-sentenza.

    (2)

    Id-Deċiżjoni D (2005) 3286 hija annullata sa fejn hija tirrifjuta l-aċċess sħiħ għad-dokumenti msemmija fil-punt 1(d), (e), (g) u (h), u fil-punt 2(b) sa (d), (f), (g) u (i) ta’ din is-sentenza, bl-eċċezzjoni tal-parir tad-dipartiment legali tal-Kummissjoni msemmi fil-punt 1(g) ta’ din is-sentenza.

    (3)

    Id-Deċiżjoni D (2005 3286 ġiet annullata sa fejn hija tirrifjuta l-aċċess parzjali għad-dokumenti msemmija fil-punt (d), (e), (g) u (h) ta’ din is-sentenza u fil-punt 2(b) sa (d), (f),(g) u (i) ta’ din is-sentenza.

    (4)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (5)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll disgħin fil-mija ta’ dawk ta’ Editions Odile Jacob SAS.

    (6)

    Lagardère SCA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 205, 20.08.2005.


    Top