EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0046

Kawża T-46/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 30 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Environmental Management Consultants ( Klawżola ta' arbitraġġ — Rimborż ta' somom imħallsa — Imgħaxijiet għal ħlas tardiv — Proċedura in absentia )

ĠU C 64, 8.3.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Environmental Management Consultants

(Kawża T-46/05) (1)

(“Klawżola ta' arbitraġġ - Rimborż ta' somom imħallsa - Imgħaxijiet għal ħlas tardiv - Proċedura in absentia’)

(2008/C 64/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Environmental Management Consultants (Nikosija, Ċipru)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 238 KE bl-għan li jinkiseb ir-rimborż ta' l-ammont ta' EUR 31 965,28 li hija ħallset fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tal-kuntratt IC18-CT98-0273, bl-imgħaxijiet legali.

Dispożittiv

1)

Environmental Management Consultants Ltd hija kkundannata tirrimborża lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta' EUR 31 965,28, bl-imgħaxijiet:

b'rata ta' 9,26 % fis-sena mill-1 sal-31 ta' Awwissu 2001;

b'rata ta' 8,62 % fis-sena mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru 2001;

b'rata ta' 10,57 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2002;

b'rata ta' 10,47 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2002;

b'rata ta' 9,97 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2003;

b'rata ta' 9,22 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2003;

b'rata ta' 9,14 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2004;

b'rata ta' 9,13 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2004;

b'rata ta' 9,21 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2005;

b'rata legali, ikkalkulata skond l-Artikolu 288 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (kodiċi ċivili Ġermaniż), mingħajr ma' din ir-rata tista' taqbeż 9,21 %, mill-1 ta' Frar 2005 sal-ħlas kollu tad-dejn.

2)

Environmental Management Consultants hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


Top