Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0409

Kawża C-409/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tal- 15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju ta’ apparat militari)

ĠU C 51, 27.2.2010, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-409/05) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju ta’ apparat militari)

2010/C 51/06

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: C. Cattabriga, D. Triantafyllou, H. Støvlbæk u G. Wilms, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika [rappreżentanti: A. Samoni-Rantou, E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti]

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju ta’ Danimarka (rappreżentant: J. Bering Liisberg, aġent), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. De Bellis, avvocato dello Stato), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: C. Guerra Santos, L. Inez Fernandes u J. Gomes, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u A. Guimaraes-Purokoski, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989 li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L155, p. 1) u, għall-perjodu ta’ wara l-31 ta’ Mejju 2000, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 169 — 180) — Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju fuq materjal tal-gwerra.

Dispożittiv

(1)

Billi rrifjutat li tikkalkola u tħallas lill-Kummissjoni Ewropea r riżorsi proprji li ma nġabrux fil-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2002, fir-rigward tal-importazzjoni ta’ materjal militari b’eżenzjoni mid-dazji doganali kif ukoll billi rrifjutat tħallas l-interessi moratorji konessi man-nuqqas ta’ ħlas tal imsemmija riżorsi proprji lill-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, rispettivament, l-Artikoli 2 u 9 sa 11 tar-Regolament tal Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni (Euratom) 88/376/KEE, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, sal 31 ta’ Mejju 2000, kif ukoll minn din l-istess data, l-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal Komunitajiet.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

(3)

Ir Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Taljana, ir Repubblika Portugiża u r-Repubblika tal-Finlandja, li intervjenew fil-kawża, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 10, 14.01.2006.


Top