Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0372

Kawża C-372/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Importazzjoni ħielsa mid-dazju doganali ta’ apparat militari)

ĠU C 51, 27.2.2010, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-372/05) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni ħielsa mid-dazju doganali ta’ apparat militari)

2010/C 51/04

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga, G. Wilms, D. Triantafyllou u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, aġent, C. von Donat, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: J. Bering Liisberg, aġent), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna, A. Samoni-Rantou u K. Boskovits, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: E. Bygglin u A. Guimaraes-Purokoski, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L155, p. 1) u, għall-perijodu ta’ wara l-31 ta’ Mejju 2000, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169) — Importazzjoni ħielsa mid-dazju doganali ta’ apparat militari

Dispożittiv

(1)

Billi rrifjutat li tikkalkula, tiddikjara u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea r-riżorsi proprji marbuta mal-importazzjoni ta’ materjal militari matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2002, kif ukoll billi rrifjutat li tħallas l-imgħaxijiet moratorji dovuti wara li naqset milli tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea l-imsemmija riżorsi proprji, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 u l-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1152/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, u taħt l-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.


Top