This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62004TO0149
Order of the General Court (Fifth Chamber) of 14 May 2007.#Imre Czigàny and Others v European Commission.#Case T-149/04.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Mejju 2007.
Imre Czigàny et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kawża T-149/04.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Mejju 2007.
Imre Czigàny et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kawża T-149/04.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2007 I-A-2-00121; II-A-2-00825
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:135
DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla)
14 ta’ Mejju 2007
Kawża T-149/04
Imre Czigàny et
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002 – Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi ġuridika”
Suġġett: Rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament, prinċipalment, tal-proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002, f’dak li jikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, tar-rapporti ta’ l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għal din il-proċedura.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud in kwantu parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament mingħajr bażi ġuridika. Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
Sommarju
Uffiċjali – Rikors – Invokazzjoni ta’ argumenti identiċi u preżentazzjoni ta’ elementi ta’ prova identiċi jew ta’ l-istess natura bħal dawk ippreżentati f’rikorsi oħra preċedentement miċħuda bħala inammissibbli u infondati – Rikors manifestament inammissibbli u infondat
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 111; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)