EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0355

Kawżi magħquda T-355/04 u T-446/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Jannar 2010 — Co-Frutta vs Il-Kummissjoni ( Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jikkonċernaw is-suq Komunitarju ta’ importazzjoni tal-banana — Rifjut impliċitu segwit minn rifjut espliċitu ta’ aċċess — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terza persuna — Osservanza tat-termini — Ftehim minn qabel tal-Istat Membru — Obbligu ta’ motivazzjoni )

ĠU C 51, 27.2.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2010 — Co-Frutta vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-355/04 u T-446/04) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw is-suq Komunitarju ta’ importazzjoni tal-banana - Rifjut impliċitu segwit minn rifjut espliċitu ta’ aċċess - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terza persuna - Osservanza tat-termini - Ftehim minn qabel tal-Istat Membru - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

2010/C 51/57

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Co-Frutta Soc. coop. (Padova, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment L. Visaggio u P. Aalto, sussegwentement P. Aalto u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Fil-kawża T-355/04, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2004 li tiċħad applikazzjoni inizjali ta’ aċċess għad-data relatata mal-operaturi rreġistrati fil-Komunità għall-importazzjoni tal-banana u talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess kif ukoll, fil-Kawża T-446/04, talba għall-annullament tad-deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2004 li tiċħad l-aċċess għal din id-data.

Dispożittiv

(1)

M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-kawża T-355/04.

(2)

Ir-rikors fil-kawża T-446/04 huwa miċħud.

(3)

Co-Frutta Soc. coop. għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.


Top