Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TA0442

    Kawża T-442/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 26 ta' Ġunju 2008 — SIC vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Miżuri meħuda mir-Repubblika Portugiża favur ix-xandar pubblika RTP biex tiffinanzja l-missjoni tagħha ta' servizz pubbliku — Deċiżjoni li tiddikjara li ċertu miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u li l-oħrajn huma kompatibbli mas-suq komuni — Kwalifika bħala għajnuna mill-Istat — Kompatibbiltà mas-suq komuni — Obbligu ta' eżami diliġenti u imparzjali )

    ĠU C 197, 2.8.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 197/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — SIC vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-442/03) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mir-Repubblika Portugiża favur ix-xandar pubblika RTP biex tiffinanzja l-missjoni tagħha ta' servizz pubbliku - Deċiżjoni li tiddikjara li ċertu miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u li l-oħrajn huma kompatibbli mas-suq komuni - Kwalifika bħala għajnuna mill-Istat - Kompatibbiltà mas-suq komuni - Obbligu ta' eżami diliġenti u imparzjali’)

    (2008/C 197/33)

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: SIC — Sociedade Independente de Comunicação, SA (Carnaxide, Il-Portugall) (rappreżentanti: C. Botelho Moniz, E. Maia Cadete u M. Rosado da Fonseca, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel M. Balta u F. Florindo Gijón, wara M. Niejahr, J. Buendía Sierra u G. Braga da Cruz, u fl-aħħar B. Martenczuk u G. Braga da Cruz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/406/KE tal-15 ta' Ottubru 2003, dwar l-implementazzjoni ta' miżuri ad hoc mill-Portugall favur RTP (ĠU 2005, L 142, p. 1), safejn din id-deċiżjoni tiddikjara li wħud minn dawn il-miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat filwaqt li l-oħrajn huma kompatibbli mas-suq komuni.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/406/KE tal-15 ta' Ottubru 2003, dwar l-implementazzjoni ta' miżuri ad hoc mill-Portugall favur RTP, huwa annullat.

    2)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/406 huwa annullat safejn jikkonkludi li l-eżenzjoni mill-ispejjeż notarili u ta' reġistrazzjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

    3)

    Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u 80 % ta' l-ispejjeż tas-SIC — Sociedade Independente de Comunicação, SA.

    5)

    Is-SIC — Sociedade Independente de Comunicação, SA, għandha tbati 20 % ta' l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 71, 20.3.2004.


    Top