This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52026XC01048
Publication of the communication of an approved standard amendment to a product specification of a geographical indication in accordance with Article 5(4) of Commission Delegated Regulation (EU) 2025/27
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27

PUB/2025/1388
ĠU C, C/2026/1048, 19.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1048/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1048 |
19.2.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/1048)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“La Mancha”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0045-AM07 — 20.11.2025
1. Isem il-prodott
La Mancha
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Spanja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel. Id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel. Is-Subdirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità u l-Laboratorji Agroalimentari.
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtorità kompetenti tikkunsidra din l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP La Mancha bħala emenda standard fl-intier tagħha; ma tistax titqies bħala emenda tal-Unjoni peress li ma tikkorrispondi għall-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi. Speċifikament, ma: tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika; tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Intestatura
INTRODUZZJONI TA’ TIP ĠDID TA’ NBID
Deskrizzjoni
L-inklużjoni ta’ nbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa fl-inbejjed fil-kategorija 1, li diġà hija inkluża fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Saru l-bidliet li ġejjin fl-ispeċifikazzjoni bħala riżultat tal-inklużjoni ta’ dan it-tip ta’ nbid:
|
— |
Fil-punt 2 Deskrizzjoni tal-inbejjed, inkluż il-punt 2.1 fejn huma stabbiliti l-qawwa alkoħolika effettiva minima u l-qawwa alkoħolika totali minima. |
|
— |
Fir-rigward tad-deskrizzjoni organolettika ta’ dan it-tip ta’ nbid (il-punt 2.2.1 Inbid ġdid jew mhux imqaddem, u l-punt 2.2.2 Inbid tradizzjonali), żdiedu l-paragrafi (xi) u (xii), rispettivament. |
|
— |
Fil-punt 3 Prattiki enoloġiċi speċifiċi, speċifikament fil-punti 3.2.1 Inbid ġdid jew mhux imqaddem, u l-punt 3.2.2 Inbid tradizzjonali, żdiedu l-paragrafi (vii) u (viii), rispettivament. |
|
— |
Il-punti 6 u 7.1 tad-dokument uniku ġew emendati. |
|
☑ |
Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Intestatura
INKLUŻJONI TA’ METODU ĠDID TA’ PRODUZZJONI TAL-INBEJJED BOJOD
Deskrizzjoni
L-inklużjoni tal-produzzjoni tal-inbejjed bojod minn għeneb aħmar.
Saru l-bidliet li ġejjin fl-ispeċifikazzjoni bħala riżultat tal-inklużjoni ta’ dan it-tip ta’ nbid:
|
— |
Fil-punt 2.2 Deskrizzjoni organolettika (il-punti 2.2.1 Inbid ġdid jew mhux imqaddem, u l-punt 2.2.2 Inbid tradizzjonali), żdiedu l-paragrafi (iv) u (v), rispettivament. |
|
— |
Fil-punt 3 Prattiki enoloġiċi speċifiċi, saru bidliet fil-punti 3.2.1 Inbid ġdid jew mhux imqaddem, u l-punt 3.2.2 Inbid tradizzjonali, żdiedu l-paragrafi (viii) u (ix), rispettivament. |
|
— |
Il-punti 6 u 7.1 tad-dokument uniku ġew emendati. |
|
☑ |
Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“La Mancha”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0045-AM07 — 20.11.2025
1. Isem/Ismijiet
La Mancha
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Spanja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tal-inbid
Inbejjed bojod u rożè mhux imqaddmin u tradizzjonali (minbarra l-inbejjed ħelwin b’mod naturali) u nbejjed bojod imqaddmin fil-ballut (“roble”)
Karatteristiċi organolettiċi
INBID ĠDID JEW MHUX IMQADDEM:
|
— |
Inbejjed bojod xotti: minn isfar mitfi sa isfar, iżda mhux dehbi. |
|
— |
Inbejjed bojod kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: dawn ivarjaw minn isfar mitfi għal dehbi. |
|
— |
Inbejjed bojod semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: id-dehra hija l-istess bħal dik għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed bojod magħmula minn għeneb aħmar: ta’ kulur isfar, possibbilment bi sfumaturi jagħtu fir-roża. |
|
— |
Inbejjed rożè xotti: ta’ kulur roża għal oranġjo lewn is-salamun. |
|
— |
Inbejjed rożè semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: id-dehra hija l-istess bħal dik għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: dehra nadifa u ta’ kulur jgħajjat, skont il-karatteristiċi tal-inbejjed bojod, ħomor u rożè. |
INBID TRADIZZJONALI:
|
— |
Inbejjed bojod xotti: isfar fl-isfumaturi varji tiegħu. |
|
— |
Inbejjed bojod kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: ta’ kulur isfar għal dehbi. |
|
— |
Inbejjed bojod semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: id-dehra hija l-istess bħal dik għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed bojod magħmula minn għeneb aħmar: ta’ kulur isfar, possibbilment bi sfumaturi jagħtu fir-roża. |
|
— |
Inbejjed rożè xotti: ta’ kulur roża għal oranġjo lewn is-salamun. |
|
— |
Inbejjed rożè semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: id-dehra hija l-istess bħal dik għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: dehra nadifa u ta’ kulur jgħajjat, bil-karatteristiċi tal-inbejjed bojod, ħomor u rożè. |
INBID ABJAD IMQADDEM FIL-BALLUT: ta’ kulur isfar għal dehbi.
INBID ĠDID JEW MHUX IMQADDEM:
|
— |
Inbejjed bojod xotti: qawwija, ta’ frott u b’aromi primarji. |
|
— |
Inbejjed bojod kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: aromi ta’ frott nodfa flimkien ma’ aromi ta’ injam u/jew ta’ xiwi. |
|
— |
Inbejjed bojod semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: l-aromi huma l-istess bħal dawk għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed bojod magħmula minn għeneb aħmar: qawwija, nadifa u b’aromi primarji. |
|
— |
Inbejjed rożè xotti: qawwija u b’aromi primarji. |
|
— |
Inbejjed rożè semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: l-aromi huma l-istess bħal dawk għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: aromi primarji. |
INBID TRADIZZJONALI:
|
— |
Inbejjed bojod xotti: nodfa u/jew kemxejn żviluppati. |
|
— |
Inbejjed bojod kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: aromi ta’ frott nodfa flimkien ma’ aromi ta’ injam u/jew ta’ xiwi. |
|
— |
Inbejjed bojod semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: l-aromi huma l-istess bħal dawk għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed bojod magħmula minn għeneb aħmar: qawwija, nadifa u b’aromi primarji. |
|
— |
Inbejjed rożè xotti: qawwija u nodfa. |
|
— |
Inbejjed rożè semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: l-aromi huma l-istess bħal dawk għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: aromi primarji. |
INBID AJBAD IMQADDEM FIL-BALLUT: aromi ta’ frott u/jew ġamm flimkien ma’ aromi ta’ injam u/jew ta’ xiwi.
INBID ĠDID JEW MHUX IMQADDEM:
|
— |
Inbejjed bojod xotti: kemxejn aċidużi u bbilanċjati. |
|
— |
Inbejjed bojod kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: ibbilanċjati, b’togħma ta’ injam u/jew ta’ xiwi li tippersisti fil-ħalq. |
|
— |
Inbejjed semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
— |
Inbejjed bojod magħmula minn għeneb aħmar: ibbilanċjati b’togħma dewwiema. |
|
— |
Inbejjed rożè xotti: kemxejn aċidużi u bbilanċjati. |
|
— |
Inbejjed rożè semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u zokkor residwu. |
INBID TRADIZZJONALI:
|
— |
Inbejjed bojod xotti: kemxejn aċidużi b’togħma dewwiema. |
|
— |
Inbejjed bojod kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: ibbilanċjati, b’togħma ta’ injam u/jew ta’ xiwi li tippersisti fil-ħalq. |
|
— |
Inbejjed bojod semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
— |
Inbejjed bojod magħmula minn għeneb aħmar: ibbilanċjati b’togħma dewwiema. |
|
— |
Inbejjed rożè xotti: kemxejn aċidużi u bbilanċjati. |
|
— |
Inbejjed rożè semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u zokkor residwu. |
INBID AJBAD IMQADDEM FIL-BALLUT: ibbilanċjati, b’aromi tal-injam u/jew ta’ xiwi.
-
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
- |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
- |
Il-qawwa alkoħolika effettiva minima għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa għandha tkun: 4,5 % vol.
Aċidità volatili massima:
|
— |
Inbid ġdid jew mhux imqaddem: 9,16 meq/l |
|
— |
Inbid tradizzjonali u nbid imqaddem fil-ballut: 10,83 meq/l |
Diossidu tal-kubrit massimu: < 200 m/l, u ma jistax jaqbeż il-250 m/l meta l-kontenut totali taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tal-inbid
Inbejjed ħomor mhux imqaddmin u tradizzjonali (minbarra l-inbejjed ħelwin b’mod naturali) u nbejjed ħomor imqaddmin fil-ballut
Karatteristiċi organolettiċi
INBID ĠDID JEW MHUX IMQADDEM:
|
— |
Inbejjed ħomor xotti: ta’ kulur vjola sa aħmar lewn iċ-ċiras. |
|
— |
Inbejjed ħomor kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: ta’ kulur aħmar jagħti fil-vjola sa lewn ir-rubin. |
|
— |
Inbejjed ħomor semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: id-dehra hija l-istess bħal dik għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed ħomor magħmulin bit-teknika tal-maċerazzjoni karbonika: ta’ kulur vjola sa aħmar lewn iċ-ċiras. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: dehra nadifa u ta’ kulur jgħajjat, bil-karatteristiċi tal-inbejjed ħomor. |
INBID TRADIZZJONALI:
|
— |
Inbejjed ħomor xotti: ta’ kulur aħmar jagħti fil-vjola sa lewn ir-rubin. |
|
— |
Inbejjed ħomor kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: ta’ kulur aħmar jagħti fil-vjola sa lewn ir-rubin. |
|
— |
Inbejjed ħomor semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: id-dehra hija l-istess bħal dik għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed ħomor magħmulin bit-teknika tal-maċerazzjoni karbonika: ta’ kulur aħmar jagħti fil-vjola sa lewn ir-rubin. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: dehra nadifa u ta’ kulur jgħajjat, bil-karatteristiċi tal-inbejjed ħomor. |
INBID AĦMAR IMQADDEM FIL-BALLUT: ta’ kulur aħmar jagħti fil-vjola sa lewn ir-rubin.
INBID ĠDID JEW MHUX IMQADDEM:
|
— |
Inbejjed ħomor xotti: qawwija, ta’ frott u b’aromi primarji. |
|
— |
Inbejjed ħomor kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: aromi ta’ frott nodfa flimkien ma’ aromi ta’ injam u/jew ta’ xiwi. |
|
— |
Inbejjed ħomor semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: id-dehra hija l-istess bħal dik għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed ħomor magħmulin bit-teknika tal-maċerazzjoni karbonika: qawwija, ta’ frott u b’aromi primarji. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: aromi primarji. |
INBID TRADIZZJONALI:
|
— |
Inbejjed ħomor xotti: qawwija u nodfa. |
|
— |
Inbejjed ħomor kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: aromi ta’ frott nodfa flimkien ma’ aromi ta’ injam u/jew ta’ xiwi. |
|
— |
Inbejjed ħomor semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: l-aromi huma l-istess bħal dawk għall-inbejjed xotti. |
|
— |
Inbejjed ħomor magħmulin bit-teknika tal-maċerazzjoni karbonika: qawwija, ta’ frott u b’aromi primarji. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: aromi primarji. |
INBID AĦMAR IMQADDEM FIL-BALLUT: nodfa b’aromi tal-injam u/jew ta’ xiwi.
INBID ĠDID JEW MHUX IMQADDEM:
|
— |
Inbejjed ħomor xotti: tanniċi u bbilanċjati fl-alkoħol/aċidità, ta’ frott b’togħma dewwiema. |
|
— |
Inbejjed ħomor kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: ibbilanċjati, b’togħma ta’ injam u/jew ta’ xiwi li tippersisti fil-ħalq. |
|
— |
Inbejjed ħomor semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u kontenut ta’ zokkor residwu. |
|
— |
Inbejjed ħomor magħmulin bit-teknika tal-maċerazzjoni karbonika: tanniċi u bbilanċjati fl-alkoħol/aċidità, ta’ frott b’togħma dewwiema. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u zokkor residwu. |
INBID TRADIZZJONALI:
|
— |
Inbejjed ħomor xotti: tannini bbilanċjati fl-alkoħol/aċidità b’togħma dewwiema. |
|
— |
Inbejjed ħomor kompletament jew parzjalment iffermentati fil-btieti: ibbilanċjati, b’togħma ta’ injam u/jew ta’ xiwi li tippersisti fil-ħalq. |
|
— |
Inbejjed ħomor semixotti, ħelwin mezzana u ħelwin: ibbilanċjati f’termini tal-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut totali taz-zokkor. |
|
— |
Inbejjed ħomor magħmulin bit-teknika tal-maċerazzjoni karbonika: tanniċi u bbilanċjati fl-alkoħol/aċidità, ta’ frott b’togħma dewwiema. |
|
— |
Inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa: ibbilanċjati f’termini ta’ qawwa alkoħolika, aċidità u zokkor residwu. |
INBID AĦMAR IMQADDEM FIL-BALLUT: Ibbilanċjati b’togħma dewwiema, b’laqtiet tal-injam u/jew ta’ xiwi.
—
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11,5 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Il-qawwa alkoħolika effettiva minima għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika baxxa għandha tkun: 4,5 % vol.
Aċidità volatili massima:
|
— |
Inbid ġdid jew mhux imqaddem: 9,16 meq/l |
|
— |
Inbid tradizzjonali u nbid imqaddem fil-ballut: 10,83 meq/l |
Diossidu tal-kubrit massimu: < 150, u ma jistax jaqbeż il-200 meta l-kontenut totali taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tal-inbid
Inbejjed bojod u ħomor tradizzjonali u ħelwin b’mod naturali
Karatteristiċi organolettiċi
Il-firxa sħiħa tal-inbejjed bojod, u minn lewn il-granata sa kannella fl-inbejjed ħomor.
Intensità aromatika għolja, li tfakkar fil-frott u/jew fil-ġamm.
Ibbilanċjata u robusta. Tfakkar fil-ġamm.
—
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
13 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Diossidu tal-kubrit massimu:
|
— |
Bojod: < 200, u ma jistax jaqbeż il-250 meta l-kontenut totali taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar. |
|
— |
Ħomor: < 150, u ma jistax jaqbeż il-200 meta l-kontenut totali taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar. |
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tal-inbid
Inbid abjad u aħmar li jkollu l-indikazzjonijiet “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva”
Karatteristiċi organolettiċi
Inbejjed “Crianza”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: isfar lewn it-tiben bi ħjiliet dehbiena. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: bi sfumaturi lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin, possibbilment b’laqtiet żgħar tat-terrakotta. |
Inbejjed “Reserva”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: isfar dehbi fl-isfumaturi varji tiegħu. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: ivarjaw minn lewn il-granata sa lewn it-terrakotta. |
Inbejjed “Gran Reserva”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: isfar dehbi fl-isfumaturi varji tiegħu. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: il-kulur tagħhom ivarja minn sfumaturi ta’ aħmar lewn iċ-ċiras sa oranġo bħat-terrakotta. |
Inbejjed “Crianza”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: aromi tal-injam u/jew ta’ xiwi. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: aromi ta’ frott u/jew ġamm u aromi ta’ injam u/jew ta’ xiwi. |
Inbejjed “Reserva”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: aromi tal-injam u/jew ta’ xiwi. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: aromi tal-injam u/jew ta’ xiwi. |
Inbejjed “Gran Reserva”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: aromi tal-injam u/jew ta’ xiwi. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: aromi tal-injam u/jew ta’ xiwi. |
Inbejjed “Crianza”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: ibbilanċjati. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: ibbilanċjati u robusti. |
Inbejjed “Reserva”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: ibbilanċjati u robusti. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: ibbilanċjati u robusti. |
Inbejjed “Gran Reserva”:
|
(i) |
Inbejjed bojod: ibbilanċjati u robusti. |
|
(ii) |
Inbejjed ħomor: rotondi, lixxi, ibbilanċjati u strutturati. |
—
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima: għall-inbejjed bojod 9 % vol.; għall-inbejjed ħomor 11,5 % vol. |
|
— |
Aċidità volatili massima: 12,50 meq/l għall-inbejjed “Crianza” u 16,66 meq/l għall-inbejjed “Reserva” u “Gran Reserva”. |
L-aċidità volatili espressa bħala aċidu aċetiku tista’ tinqabeż b’1 meq/l għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż it-12 % vol., sa massimu ta’ 20 meq/l għall-inbejjed ħomor u 18 meq/l għall-inbejjed bojod.
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l) |
Bojod: < 200, u ma jistax jaqbeż il-250 meta l-kontenut totali taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar.
Ħomor: < 150, u ma jistax jaqbeż il-200 meta l-kontenut totali taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tal-inbid
Inbid spumanti ta’ kwalità
Karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed bojod għandhom sfumaturi minn ċari sa dehbiena u qawwija; l-inbejjed rożè huma sfumatura tar-roża ċar. Bżieżaq fini u li jdumu.
Qawwija u nadifa.
Wiesgħa u bbilanċjata.
—
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
9 |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
11,66 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
185 |
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tal-inbid
Inbid semifrizzanti
Karatteristiċi organolettiċi
Għandhom il-bżieżaq; il-bojod għandhom diversi sfumaturi ta’ isfar, filwaqt li r-rożè jagħtu fir-roża u l-ħomor huma ta’ kulur vjola.
B’aromi primarji.
Sħiħa u bbilanċjata, bid-diossidu tal-karbonju prominenti.
—
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
4 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
10,83 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima: l-inbejjed bojod u rożè 9 % vol., l-inbejjed ħomor 11,5 % vol.
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
— |
Inbejjed bojod u rożè: < 200, u ma jistax jaqbeż il-250 meta l-kontenut totali taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar. |
|
— |
Ħomor: < 150, u ma jistax jaqbeż il-200 meta l-kontenut totali taz-zokkor ikun 5 g/l jew aktar. |
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
—
Tip ta’ prattika enoloġika
Prattika enoloġika speċifika
Deskrizzjoni
L-inbejjed bojod, rożè u ħomor koperti [minn din id-DOP] iridu jkunu magħmulin esklużivament mill-varjetajiet permessi. It-taħlit tal-varjetajiet tad-dwieli għall-inbejjed bojod u ħomor ma huwiex permess. Ir-rata massima ta’ konverżjoni hija ta’ 74 litru inbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb maħsud. L-inbejjed bojod u rożè jiġu prodotti billi jitgħaffġu l-għenieqed u jiġu skulati bl-użu tas-sistema statika jew dinamika. Dawn jistgħu jiġu mmaċerati minn qabel għall-estrazzjoni tal-aromi u tal-kulur, bil-most jiġi ffermentat f’temperatura massima ta’ 22 °C. L-inbejjed ħomor iridu jiġu ffermentati bil-qxur għal mill-inqas 3 ijiem f’temperatura massima ta’ 28 °C.
Il-kwalitajiet tal-inbejjed mhux qawwija prodotti jirriżultaw minn sajran tajjeb; għalkemm ma għandhomx qawwa alkoħolika eċċessiva, għandhom l-aċidità u s-sajran ibbilanċjat meħtieġa biex jiksbu dan it-tip ta’ nbid. Sadanittant, biex tipproduċi nbejjed bojod minn għeneb aħmar, l-għeneb irid jinħasel u jiġi sanitizzat kompletament, filwaqt li tiġi evitata l-estrazzjoni tal-kulur.
7.2. Rendimenti massimi
Vinji f’forma ta’ sġajriet
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu |
10 000 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Vinji f’forma ta’ sġajriet
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu |
74 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
ettolitri għal kull ettaru |
Vinji bi tħarriġ fuq il-kannizzati
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu |
13 000 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Vinji bi tħarriġ fuq il-kannizzati
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu |
96,2 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
ettolitri għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
AIREN |
|
— |
ALBARIÑO |
|
— |
BOBAL |
|
— |
CABERNET FRANC |
|
— |
CABERNET SAUVIGNON |
|
— |
CHARDONNAY |
|
— |
GARNACHA TINTA |
|
— |
GARNACHA TINTORERA |
|
— |
GEWÜRZTRAMINER |
|
— |
GRACIANO |
|
— |
MACABEO — VIURA |
|
— |
MALBEC |
|
— |
MENCÍA |
|
— |
MERLOT |
|
— |
MONASTRELL |
|
— |
MORAVIA DULCE — CRUDIJERA |
|
— |
MOSCATEL DE ALEJANDRÍA |
|
— |
MOSCATEL DE GRANO MENUDO |
|
— |
PARELLADA |
|
— |
PEDRO XIMÉNEZ |
|
— |
PETIT VERDOT |
|
— |
PINOT NOIR |
|
— |
RIESLING |
|
— |
SAUVIGNON BLANC |
|
— |
SYRAH |
|
— |
TEMPRANILLO — CENCIBEL |
|
— |
TORRONTÉS |
|
— |
VERDEJO |
|
— |
VIOGNIER |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Il-muniċipalitajiet li ġejjin:
Fil-provinċja ta’ Albacete: Barrax, Fuensanta, La Herrera, Lezuza, Minaya, Montalvos, Munera, Ossa de Montiel, La Roda, Tarazona de La Mancha, Villalgordo del Júcar u Villarrobledo, inklużi ż-żoni u l-irqajja’ art kollha tagħhom. El Bonillo huwa inkluż ukoll, bl-eċċezzjoni taż-żona 95, l-irqajja’ 16d, 16da, 16db u 17; żona 97, roqgħa 24; żona 100, irqajja’ 2, 3 u 8; żona 115, irqajja’ 1ma, 1mb u 1mc; żona 116, irqajja’ 1aa, 1ab u 1af; żona 119, irqajja’ 22a, 23a, 24b, 24i u 25d; u żona 120, roqgħa 20d.
Fil-provinċja ta’ Ciudad Real: Albadalejo, Alcázar de San Juan, Alcolea de Calatrava, Aldea del Rey, Almagro, Almedina, Almodóvar del Campo, Arenales de San Gregorio, Arenas de San Juan, Argamasilla de Alba, Argamasilla de Calatrava, Ballesteros de Calatrava, Bolaños de Calatrava, Calzada de Calatrava, Campo de Criptana, Cañada de Calatrava, Carrión de Calatrava, Carrizosa, Castellar de Santiago, Ciudad Real, Los Cortijos, Cózar, Daimiel, Fernán Caballero, Fuenllana, Fuente el Fresno, Herencia, Malagón, Manzanares, Membrilla, Miguelturra, Las Labores, Llanos del Caudillo, Pedro Muñoz, Picón, Piedrabuena, Poblete, Porzuna, Pozuelo de Calatrava, Puebla del Príncipe, Puerto Lápice, El Robledo, Ruidera, Santa Cruz de los Cáñamos, Socuéllamos, La Solana, Terrinches, Tomelloso, Torralba de Calatrava, Valenzuela de Calatrava, Villahermosa, Villamanrique, Villamayor de Calatrava, Villanueva de la Fuente, Villanueva de los Infantes, Villar del Pozo, Villarta de San Juan u Villarrubia de los Ojos. Il-muniċipalitajiet li ġejjin huma inklużi wkoll, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin, li huma esklużi: Alhambra, minbarra ż-żoni 50 (irqajja’ 32 sa 51); 52 (irqajja’ 8, 9 u 10); 53 sa 90; 159 (roqgħa 1), 162, 163 u 164 (irqajja’ 11 sa 20); Granátula de Calatrava, bl-eċċezzjoni taż-żoni 8 sa 31, 51 sa 60, 69 u 70; Montiel, bl-eċċezzjoni taż-żoni 62 sa 76; u Torre de Juan Abad, bl-eċċezzjoni taż-żoni 1 sa 9 u 61 sa 63.
Fil-provinċja ta’ Cuenca: El Acebrón, La Alberca de Záncara, Alcázar del Rey, Alconchel de la Estrella, La Almarcha, Almendros, Almonacid del Marquesado, Atalaya del Cañavate, Barajas de Melo, Belinchón, Belmonte, Cañada Juncosa, El Cañavate, Carrascosa de Haro, Casas de Benítez, Casas de Fernando Alonso, Casas de Guijarro, Casas de Haro, Casas de los Pinos, Castillo de Garcimuñoz, Cervera del Llano, Fuente de Pedro Naharro, Fuentelespino de Haro, La Hinojosa, Los Hinojosos, El Hito, Honrubia, Hontanaya, Horcajo de Santiago, Huelves, Leganiel, Las Mesas, Monreal del Llano, Montalbanejo, Mota del Cuervo, Olivares de Júcar, Osa de la Vega, Paredes, El Pedernoso, Las Pedroñeras, Pinarejo, Pozoamargo, Pozorrubio de Santiago, El Provencio, Puebla de Almenara, Rada de Haro, Rozalén del Monte, Saelices, San Clemente, Santa María del Campo Rus, Santa María de los Llanos, Sisante, Tarancón, Torrubia del Campo, Torrubia del Castillo, Tresjuncos, Tribaldos, Uclés, Valverde de Júcar, Vara de Rey, Villaescusa de Haro, Villalgordo del Marquesado, Villamayor de Santiago, Villar de Cañas, Villar de la Encina, Villarejo de Fuente, Villares del Saz, Villarrubio, Villaverde y Pasaconsol u Zarza de Tajo.
Fil-provinċja ta’ Toledo: Ajofrín, Almonacid de Toledo, Cabañas de Yepes, Cabezamesada, Camuñas, Ciruelos, Consuegra, Corral de Almaguer, Chueca, Dosbarrios, La Guardia, Huerta de Valdecarábanos, Lillo, Madridejos, Manzaneque, Marjaliza, Mascaraque, Miguel Esteban, Mora, Nambroca, Noblejas, Ocaña, Ontígola, Orgaz, La Puebla de Almoradiel, Quero, Quintanar de la Orden, El Romeral, Santa Cruz de la Zarza, Sonseca, Tembleque, El Toboso, Turleque, Urda, Villacañas, La Villa de Don Fadrique, Villafranca de los Caballeros, Villaminaya, Villamuelas, Villanueva de Alcardete, Villanueva de Bogas, Villarrubia de Santiago, Villasequilla, Villatobas, Los Yébenes u Yepes.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Il-kompożizzjoni tal-ħamrija tal-pjanura ta’ La Mancha hija prodott tas-sedimentazzjoni Mijoċene tal-ġebla tal-ġir, tal-lom u tar-ramel, li tagħti ħamrija ta’ kulur kannella jew kannella ħamrani. Fil-fatt, l-abbundanza tal-ħamrija tal-ġir f’La Mancha tagħmel iż-żona ideali għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor robusti, adatti għall-maturazzjoni, filwaqt li l-ġebla tal-ġir ramlija tagħti qawwa pjaċevoli lill-inbid. In-nuqqas ta’ xita (300 sa 350 mm fis-sena) u l-esponiment għoli għad-dawl tax-xemx (3 000 siegħa ta’ xemx) jipproduċu nbejjed b’kulur intens li fihom l-intensità aromatika tingħata spinta ċara. Ir-rendiment medju tal-vinji huwa baxx, li jgħin ukoll biex l-inbejjed jingħataw bilanċ eċċellenti.
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
L-ambjent ġeografiku jippermetti l-kultivazzjoni tal-varjetajiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni, li jagħtu lill-inbejjed wisa’ u bilanċ. Bl-istess mod, in-nuqqas ta’ xita u s-sigħat ta’ dawl tax-xemx jipproduċu qawwa alkoħolika naturali li tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed bil-livelli stabbiliti ta’ qawwa alkoħolika. Għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti, l-inbejjed imsemmija fit-taqsima dwar l-inbid jintużaw bħala nbid bażi. Għalhekk, il-kontenut ta’ dik it-taqsima japplika wkoll għall-inbejjed spumanti.
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
Il-klima kontinentali estrema, il-kompożizzjoni tal-ħamrija kannella ħamranija u t-temperaturi għoljin joħolqu l-aromi tal-frott u l-isfumaturi fl-inbejjed semifrizzanti. L-inbejjed deskritti fit-taqsima dwar l-inbid jintużaw għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed. Għalhekk, il-kontenut ta’ dik it-taqsima japplika wkoll għal dawn l-inbejjed.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Deskrizzjoni tar-rekwiżit jew tad-deroga
TIKKETTAR
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Sabiex tissemma varjetà speċifika waħda ta’ dwieli, mill-inqas 85 % tal-għeneb użat irid ikun ta’ dik il-varjetà; dan għandu jidher fir-rekords tal-kantina tal-inbid. L-inbejjed spumanti ta’ kwalità tad-DOP La Mancha jistgħu jużaw it-termini “Premium” u “Reserva” fuq it-tikketti tagħhom.
Deskrizzjoni tar-rekwiżit jew tad-deroga
IMBALLAĠĠ FIS-SORS
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
L-imballaġġ irid isir fiż-żona tal-produzzjoni definita. Il-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini ma tispiċċax bil-proċess tat-trasformazzjoni tal-most fi nbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħra, iżda pjuttost bl-imballaġġ. Dan irid jitqies bħala l-aħħar stadju fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, peress li jinvolvi prattiki enoloġiċi oħra li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi speċjali, jiġifieri: il-filtrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi. L-ibbottiljar fiż-żona tal-produzzjoni jippermetti kontroll dirett tal-operazzjoni tal-imballaġġ u jevita riskji possibbli ta’ trasport bħall-ossidazzjoni u l-istress mis-sħana, li jiddeterjoraw il-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tal-inbejjed u jaffettwaw l-istabbiltà tagħhom.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://apliagri.castillalamancha.es/sites/default/files/2025-11/Pliego_Consolidado.pdf
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1048/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)