Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52026DC0824

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE — sena finanzjarja 2025

COM/2026/824 final

Strasburgu, 16.6.2026

COM(2026) 824 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI









Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE — sena finanzjarja 2025



Ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE – Sena finanzjarja 2025, flimkien mal-annessi tiegħu, huwa l-kontribut ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea għall-proċedura ta’ kwittanza annwali ( 1 ) li permezz tagħha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Dan jissodisfa l-obbligi tal-Kummissjoni skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ( 2 ) u r-Regolament Finanzjarju ( 3 ). L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE hija responsabbiltà kondiviża, fejn il-Kummissjoni taħdem id f’id mal-Istati Membri u ma’ sħab u organizzazzjonijiet oħrajn.

Ir-rapport huwa magħmul minn tliet volumi.

·Il-Volum I jipprovdi l-fatti u l-kisbiet ewlenin relatati mal-ġestjoni baġitarja fl-2025.

·Il-Volum II jippreżenta ħarsa ġenerali aktar komprensiva lejn l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. L-Anness 1 jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE fl-2025 fit-twettiq tal-prijoritajiet tal-UE u fl-integrazzjoni sistematika tal-prijoritajiet ta’ politika orizzontali fil-baġit tal-UE. L-Anness 2 jipprovdi ħarsa ġenerali ta’ livell għoli lejn il-proċeduri tal-kontroll intern u tal-ġestjoni finanzjarja. L-Anness 3 ikopri l-aspetti tal-prestazzjoni u tal-konformità tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

·Il-Volum III fih annessi tekniċi li jappoġġaw ir-rapport. L-Anness 4 jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-prestazzjoni programm b’programm fid-“dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programm”.

Dan ir-rapport huwa parti mill-pakkett integrat usa’ ta’ rapportar finanzjarju u tal-akkontabilità ( 4 ), li jinkludi wkoll il-kontijiet annwali kkonsolidati ( 5 ), previżjoni fit-tul ta’ flussi futuri ta’ dħul u ta’ ħruġ li jkopru l-5 snin li jmiss ( 6 ), ir-rapport dwar l-awditi interni ( 7 ) u r-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza tas-sena preċedenti ( 8 ).

Werrej

Il-baġit tal-UE: ninnavigaw il-kriżijiet, niksbu r-riżultati    

Kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-prijoritajiet orizzontali    

NextGenerationEU tmexxi r-riformi u l-investimenti permezz ta’ pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza    

Għodod effettivi jiżguraw li l-baġit tal-UE huwa ġestit u salvagwardjat tajjeb    

Ir-reġim ta’ kondizzjonalità jkompli jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE    

Konklużjoni dwar il-ġestjoni    

Il-baġit tal-UE: ninnavigaw il-kriżijiet, niksbu r-riżultati

Introduzzjoni

L-2025 kienet ikkaratterizzata minn inċertezza ġeopolitika, minn kompetizzjoni ekonomika intensifikata, u minn approfondiment tal-kunflitti, inkluża l-gwerra ta’ aggressjoni illegali u kontinwa tar-Russja kontra l-Ukrajna. Kienet ukoll sena ta’ trasformazzjoni għall-Unjoni Ewropea (UE). L-UE rduppjat l-isforzi tagħha biex tagħti spinta lill-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi u żżid il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża. Fl-istess ħin, kompliet twassal riżultati liċ-ċittadini u lin-negozji billi ħolqot aktar opportunitajiet u kkonsolidat id-drittijiet individwali. B’ħarsa lejn il-futur, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta ambizzjuża għal  baġit fit-tul għas-snin 2028-2034 aktar razzjonalizzat, flessibbli u li jħalli impatt, abbażi tat-tagħlimiet meħuda mill-perjodu finanzjarju kurrenti (2021-2027).

Fl-2025, il-baġit tal-UE għen biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE billi pprovda appoġġ lil setturi strateġiċi ewlenin, investa fl-infrastruttura transfruntiera, u ta spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni. B’dan il-mod, kompla jappoġġa l-għajxien u l-benesseri taċ-ċittadini tal-UE, billi pprovda appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, għall-bini tal-ħiliet, għall-edukazzjoni, għall-akkomodazzjoni, għall-enerġija, għall-infrastruttura u għal ħtiġijiet ekonomiċi oħra. Il-baġit ikkontribwixxa wkoll għat-titjib tal-abbiltajiet u għall-kollaborazzjoni tad-difiża, filwaqt li saħħaħ il-preparatezza, ir-reżiljenza u l-kapaċità tal-UE li tirrispondi għall-kriżijiet.

Barra minn hekk, il-baġit kompla jsostni l-appoġġ sod tal-UE għall-Ukrajna, b’rispons għall-ħtiġijiet umanitarji, ekonomiċi, u ta’ rkupru u ta’ rikostruzzjoni tagħha, filwaqt li jiżgura akkontabilità xierqa. Kellu wkoll rwol ewlieni fiż-żamma tal-interessi u tal-valuri tal-UE fix-xena globali, fl-għoti ta’ għajnuna umanitarja, fl-appoġġ għall-paċi u għas-sigurtà u fit-tisħiħ tas-sħubijiet strateġiċi.

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali mill-baġit tal-UE ammontaw għal EUR 206,5 biljun fl-2025 ( 9 ).

Il-qafas finanzjarju pluriennali: l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-baġit tal-UE għall-2025 skont l-intestatura tal-baġit, mill-baġit finali adottat (f’miljuni ta’ EUR)

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Matul is-sena, il-flessibbiltà limitata fil-baġit tal-UE ntużat biex twieġeb għall-kriżijiet u tappoġġa prijoritajiet ġodda. Pereżempju, fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Politika ta’ koeżjoni, il-Kummissjoni pproponiet u l-koleġiżlaturi adottaw għadd ta’ emendi regolatorji mmirati li jintroduċu flessibbiltà u inċentivi akbar biex jallinjaw l-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni mal-prijoritajiet il-ġodda tal-Unjoni, b’mod partikolari d-difiża u s-sigurtà, il-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni, l-akkomodazzjoni, ir-reżiljenza tal-ilma, it-tranżizzjoni tal-enerġija u l-isfidi li jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant.

Madankollu, in-numru u d-daqs tal-isfidi mhux mistennija sa mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027 kienu wisq għall-flessibbiltà limitata tal-baġit tal-UE, li kompliet tonqos aktar ma avvanzat l-implimentazzjoni baġitarja, u b’hekk, billi fiċ-ċiklu kurrenti fadal sentejn biss, kważi ma fadalx fondi mhux allokati. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni pproponiet baġit fit-tul aktar aġli għall-perjodu 2028-2034, li kapaċi jadatta skont kif jevolvu l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet, filwaqt li jkompli jipprovdi l-prevedibbiltà neċessarja għall-investiment fit-tul.

Proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034

Il-baġit tal-UE jiżgura li l-UE jkollha l-mezzi biex twettaq il-prijoritajiet tagħha. Fl-2025, il-Kummissjoni pproponiet baġit fit-tul għas-snin 2028-2034 li huwa ambizzjuż kemm fid-daqs kif ukoll fit-tfassil. Dan jammonta għal kważi EUR 2 triljun (1,26 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE), inkluż madwar EUR 25 biljun fis-sena (0,11 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE) għar-ripagament tas-self użat għall-finanzjament ta’ NextGenerationEU. Huwa aktar sempliċi u aġli, b’inqas programmi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ trikkib, flimkien ma’ regoli armonizzati u ma’ flessibbiltà inkorporata akbar. Dan l-approċċ immodernizzat se jippermetti żieda fil-kapaċità ta’ reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li jevolvu u enfasi aktar b’saħħitha fuq il-prestazzjoni u fuq ir-riżultati.

Il-proposta hija bbażata fuq tliet pilastri ewlenin:

·it-trawwim tal-kisba tal-prijoritajiet tal-UE fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali bil-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali l-ġodda, b’valur ta’ EUR 865 biljun;

·il-kisba ta’ Ewropa aktar kompetittiva permezz tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività u Orizzont Ewropa, b’valur ta’ EUR 409 biljun;

·il-bini ta’ sħubijiet fit-tul u ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi mhux tal-UE permezz tal-istrument Ewropa Globali, b’valur ta’ EUR 200 biljun.

It-tliet pilastri ewlenin huma kkomplementati minn programmi oħra, inklużi l-programmi emblematiċi tal-UE għall-investiment fl-infrastruttura (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) u għall-investiment fin-nies u fil-valuri (Erasmus+ u AgoraEU).

Il-proposta tipprevedi wkoll finanzjament innovattiv permezz ta’ riżorsi proprji ġodda, biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali. Dawn ir-riżorsi proprji ġodda jinkludu dħul mis-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, rikavati mill-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri, riżorsa proprja ġdida bbażata fuq l-iskart elettroniku mhux miġbur, dazju tas-sisa fuq it-tabakk u kontribuzzjoni minn kumpaniji li joperaw u jbigħu fl-UE b’fatturat nett ta’ mill-inqas EUR 100 miljun.

Appoġġ għall-kompetittività tal-UE

Permezz tal-baġit fit-tul 2021-2027 u n-NextGenerationEU, l-UE ħadmet biex trawwem l-innovazzjoni, tiddekarbonizza l-ekonomija u tnaqqas id-dipendenzi, u b’hekk għandha l-għan li tagħti spinta lill-kompetittività tagħha u ssaħħaħ is-sigurtà ekonomika. Il-baġit tal-UE għandu rwol ewlieni fl-indirizzar tal-isfidi identifikati fir- rapport ta’ Draghi u fl-implimentazzjoni tal- boxxla għall-kompetittività  ( 10 ). Dan jagħmlu billi jappoġġa l-investiment u r-riformi strutturali biex jagħti spinta lill-kompetittività, lis-sostenibbiltà u lill-ħiliet, filwaqt li jgħin ukoll biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont is-semestru Ewropew ( 11 ).

Pereżempju, Orizzont Ewropa impenja EUR 12,9 biljun għal benefiċjarji pubbliċi u privati fl-2025 għar-riċerka u għall-innovazzjoni. Sal-2025, il-proġetti ta’ Orizzont Ewropa kienu pproduċew aktar minn 22 500 pubblikazzjoni xjentifika rieżaminata bejn il-pari, b’aktar minn 130 000 riċerkatur involuti f’attivitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u li jipproduċu aktar minn 10 000 prodott, proċess, metodu u applikazzjoni innovattivi għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Sal-2025, il-programm kien appoġġa aktar minn 10 000 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju, inklużi negozji ġodda, filwaqt li rawwem l-innovazzjoni f’oqsma ewlenin, bħall-intelliġenza artifiċjali u l-materjali avvanzati. Skont il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), aktar minn 770 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju u negozju ġdid ġew iffinanzjati bejn l-2021 u l-2025 mill-Aċċelleratur tal-EIC, li ppermetta l-espansjoni tat-teknoloġija profonda u l-innovazzjonijiet trasformattivi.

Il-programm InvestEU juża garanzija baġitarja tal-UE biex jingrana l-investiment billi jnaqqas ir-riskju għall-istituzzjonijiet finanzjarji u jattira kapital privat għal proġetti f’oqsma bħall-infrastruttura sostenibbli, bħall-investiment u l-ħiliet soċjali, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni. Sa tmiem l-2025, il-volum tal-garanziji ta’ InvestEU kien jammonta għal EUR 26,8 biljun, li għen biex jiġu appoġġati 91 294 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju u biex jiġu mmobilizzati aktar minn EUR 397 biljun f’investiment bejn l-2022 u l-2025.

Il-Fond għall-Innovazzjoni jiffoka fuq l-appoġġ u l-espansjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ħafna b’potenzjal sinifikanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dan għen biex tiġi appoġġata firxa ta’ proċessi u ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx u żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-industriji intensivi fl-enerġija, fil-ħżin tal-enerġija, fil-mobbiltà u fil-manifattura tat-teknoloġija nadifa. Il-Fond għall-Innovazzjoni mmobilizza EUR 58 biljun f’investiment, b’EUR 11,7 biljun f’għotjiet impenjati. Fl-2025, 83 proġett iffukaw fuq id-dekarbonizzazzjoni, ħamsa fuq il-manifattura tal-batteriji tal-vetturi, u sitta fuq il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli ffirmaw il-ftehimiet ta’ għotja tagħhom.

Il-programm tas-suq uniku, b’aktar minn EUR 610 miljun allokati għall-2025, jgħin lis-suq uniku jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu. Fl-2025, għen biex jissalvagwardja s-suq uniku billi appoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, li identifikaw 21 891 prodott mhux konformi. Huwa appoġġa wkoll in-Network taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi, li fl-2025 ipprovda assistenza personalizzata lil aktar minn 168 000 konsumatur, u għenhom jirkupraw aktar minn EUR 11,25 miljun minn negozjanti mhux konformi. Fl-2025, il-programm appoġġa wkoll aktar minn 808 000 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju direttament jew permezz ta’ servizzi ta’ konsulenza permezz tal-pilastru tal-SMEs tiegħu. Huwa appoġġa wkoll l-istandardizzazzjoni, u ffaċilita l-implimentazzjoni ta’ 25 044 standard Ewropew madwar l-UE.

Il-programm Ewropa Diġitali kien impenja aktar minn EUR 6 biljun sa tmiem l-2025, u ffinanzja 26 superkompjuter li huma fost l-aktar veloċi u ekoloġiċi fid-dinja, bħal Jupiter, ir-raba’ l-aktar kompjuter effiċjenti fl-użu tal-enerġija u wieħed mill-aktar supercomputers effiċjenti fl-użu tal-enerġija fid-dinja. L-Ewropa Diġitali ffinanzjat ukoll taħriġ għal aktar minn 60 000 persuna biex tgħinhom jiksbu ħiliet diġitali. Barra minn hekk, il-programm iffinanzja l-varar ta’ 14-il spazju komuni Ewropew tad-data, 166 ċentru Ewropew tal-innovazzjoni diġitali u ħames linji pilota tas-semikondutturi.

Il-politika ta’ koeżjoni appoġġat ukoll il-kompetittività. Hija mistennija tikkontribwixxi b’madwar EUR 214-il biljun għall-objettivi tal-boxxla għall-kompetittività sa tmiem il-perjodu 2021-2027. Dan il-finanzjament jappoġġa firxa ta’ prijoritajiet Ewropej, inklużi suġġetti usa’ bħall-innovazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni. Sa tmiem l-2025, aktar minn 130 000 kumpanija żgħira u ta’ daqs medju rċevew appoġġ (fil-forma ta’ għotjiet, ta’ ekwità, ta’ garanziji, ta’ self u ta’ pariri) biex jikbru u jsiru aktar kompetittivi, u kważi 32 000 kumpanija rċevew appoġġ għall-innovazzjoni.

Minbarra dawn l-investimenti, ġew riallokati EUR 15,2 biljun biex jappoġġaw il-kompetittività tal-UE fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni, b’investimenti f’teknoloġiji u f’industriji kritiċi biex jitnaqqsu l-vulnerabbiltajiet ewlenin u d-dipendenzi teknoloġiċi fuq pajjiżi mhux tal-UE. Saret ukoll enfasi akbar fuq l-isfidi ffaċċjati mir-reġjuni tal-fruntiera tal-Lvant, b’appoġġ imsaħħaħ ipprovdut b’rikonoxximent tal-isfidi soċjoekonomiċi u ta’ sigurtà li ltaqgħu magħhom mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Barra minn hekk, il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta għandu fil-mira tiegħu d-dekarbonizzazzjoni u d-diversifikazzjoni ekonomika fir-reġjuni li qegħdin jiffaċċjaw l-effetti soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni tal-klima. Sa tmiem l-2025, finanzjament b’valur ta’ EUR 15,45 biljun kien laħaq aktar minn 2 000 negozju u ffinanzja l-ħolqien ta’ kważi 270 megawatt ta’ kapaċità addizzjonali ta’ enerġija rinnovabbli. Fl-2025, il-mekkaniżmu pprovda għotjiet u self għall-awtoritajiet pubbliċi għall-ammont ta’ EUR 86 miljun mill-baġit tal-UE, ikkomplementat minn EUR 594 miljun f’self mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa kompliet tappoġġa n-networks transfruntiera tat-trasport, tal-enerġija u diġitali tal-Ewropa, li huma strumentali għall-awtonomija strateġika tal-kontinent. Fl-2025, hija tat EUR 3 biljun għal proġetti li javvanzaw network tat-trasport sostenibbli, intelliġenti, ekoloġiku u reżiljenti, flimkien ma’ aktar minn EUR 1 biljun għal 109 proġetti relatati mal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment tal-idroġenu, l-elettrifikazzjoni tal-ajruporti, il-provvista tal-enerġija fuq l-art fil-portijiet u l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għas-settur marittimu. Bl-istess mod, il-faċilità tat madwar EUR 650 miljun lil 14-il proġett transfruntier tal-infrastruttura tal-enerġija. Hija pprovdiet EUR 389 miljun għal kejbils sottomarini, għal proġetti pilota fuq skala kbira tal-5G u għal proġetti ta’ komunikazzjoni kwantistika.

Il-baġit tal-UE jappoġġa wkoll il-mobbiltà u l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport permezz tal-programm Erasmus+, li kellu baġit ta’ EUR 4,3 biljun għall-2025. Minbarra l-kontribut għall-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-inizjattivi skont l-Unjoni tal-ħiliet, aktar minn 1,5 miljun student u persunal ibbenefikaw mill-mobbiltà tal-Erasmus+ fl-2025.

L-UE tappoġġa wkoll il-kompetittività permezz tal-programm LIFE. Fl-2025, hija għażlet diversi proġetti ġodda għall-finanzjament, b’deżinjazzjoni ta’ EUR 91,4 miljun għat-tranżizzjoni tal-enerġija, EUR 73 miljun għall-ekonomija ċirkolari u għall-kwalità tal-ħajja u aktar minn EUR 60 miljun għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Eżempji ta’ dawn il-proġetti jinkludu inizjattiva biex jiġu standardizzati soluzzjonijiet ta’ pompi tas-sħana għall-industrija tal-ikel, teknoloġiji ġodda għar-riċiklaġġ ta’ pannelli solari fi tmiem ħajjithom u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji għall-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku lokalment għat-trasport bit-triq.

Il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa

Il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) ġiet stabbilita f’Marzu 2024 bħala parti mir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali, bl-objettiv li l-finanzjament tal-UE jiġi ggwidat lejn oqsma li huma strateġikament importanti għall-kompetittività tal-UE. Il-pjattaforma tgħaddi riżorsi minn fondi u minn programmi magħżula tal-UE biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ bijoteknoloġiji nodfa, diġitali u li huma kritiċi għas-suq uniku u għall-awtonomija strateġika tal-UE. Fl-2025, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ STEP ġie estiż biex jinkludi t-teknoloġiji tad-difiża.

STEP hija implimentata fi 11-il fond u programm tal-UE: il-programm Ewropa diġitali, il-Fond Ewropew għad-Difiża, EU4health, Orizzont Ewropa, il-Fond għall-Innovazzjoni, InvestEU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.

Matul kważi sentejn ta’ implimentazzjoni ta’ STEP, dawn il-programmi ddedikaw kważi EUR 24 biljun għall-prijoritajiet tal-pjattaforma: EUR 10 biljun permezz ta’ sejħiet imnedija taħt ħames programmi taħt ġestjoni diretta; u EUR 13,9 biljun riprogrammati għal STEP mill-Istati Membri u r-reġjuni skont il-politika ta’ koeżjoni.

Aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ STEP hija disponibbli fuq il-Portal STEP ( 12 ), fir-rapporti annwali dwar STEP ( 13 ) u fl- evalwazzjoni interim ippubblikata fl-2025 ( 14 ).

Appoġġ għall-għajxien

Il-baġit tal-UE jappoġġa l-għajxien taċ-ċittadini tal-UE permezz ta’ varjetà ta’ programmi u ta’ politiki. Fl-2025, l-Istati Membri u r-reġjuni allokaw EUR 3,3 biljun ta’ finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni skont ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni għal proġetti ta’ akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli. B’mod ġenerali, skont il-politika ta’ koeżjoni, fil-perjodu 2021-2027 madwar EUR 100 biljun huma mwarrba għal proġetti fil-bliet, bħal: EUR 10,5 biljun għall-kostruzzjoni u għar-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni allokati skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. Il-politika ta’ koeżjoni investiet ukoll EUR 14,5 biljun fl-adattament għat-tibdil fil-klima u fil-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, u EUR 3,1 biljun għar-reżiljenza tal-ilma. Mill-2021, il-politika ta’ koeżjoni ffinanzjat 1 434 megawatt addizzjonali ta’ kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, aċċess għal broadband b’kapaċità għolja ħafna għal aktar minn 335 000 abitazzjoni u aktar minn 1 000 kilometru ta’ toroq ġodda, aġġornati jew modernizzati.

Il-politika agrikola komuni kompliet tappoġġa l-għajxien u l-produttività tal-bdiewa u tippromwovi ekonomiji rurali vibranti, b’pagamenti li jammontaw għal EUR 53,2 biljun fl-2025. Sal-2025, 5,5 miljun bidwi kienu rċevew appoġġ dirett. Barra minn hekk, fl-2025 ġew appoġġati 311 000 bidwi żagħżugħ, u nħolqu aktar minn 270 000 impjieg f’żoni rurali.

Sa tmiem l-2025, il-Fond Soċjali Ewropew Plus kien impenja EUR 66,3 biljun lejn impjiegi, edukazzjoni u inklużjoni soċjali sostenibbli u ta’ kwalità, filwaqt li appoġġa 16,0 miljun parteċipant. Sal-2025, il-fond kien wassal għajnuna fil-forma ta’ ikel, ta’ materjali jew ta’ vawċers lil 35,2 miljun individwu, li 7,9 miljun minnhom kienu tfal. Sa tmiem l-2025, 13-il skema bbażati fuq finanzjament mhux marbut mal-kost u li jammontaw għal EUR 5,1 biljun ġew adottati mill-Kummissjoni għal għaxar Stati Membri (l-Estonja, Franza, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija).

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura pprovda madwar EUR 555 miljun fl-2025 biex jappoġġa s-sajd sostenibbli u l-ekonomija blu tal-komunitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura fl-Istati Membri. Sal-2025, il-fond kien ibbenefika lil aktar minn 26 700 persuna, inkluż permezz tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ. Għen ukoll biex jiġu implimentati 10 919-il tunnellata fis-sena ta’ kapaċità tal-produzzjoni ġdida u appoġġa 32 602 tunnellati fis-sena ta’ produzzjoni tal-akkwakultura ( 15 ).

EU4Health ipprovda aktar minn EUR 570 miljun fl-2025 għal unjoni aktar b’saħħitha u aktar sikura. Dan għen biex jiġu ffinanzjati l-preparatezza u r-rispons għall-kriżijiet permezz ta’ taħriġ tal-persunal, appoġġ għal sorveljanza koordinata tal-patoġeni u appoġġ għall-iżvilupp ta’ prodotti relatati mal-kriżijiet. Barra minn hekk, appoġġa l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, sistemi tas-saħħa u ħaddiema tal-kura tas-saħħa aktar b’saħħithom, id-diġitalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa u l-ġlieda kontra l-kanċer. Pereżempju, il-programm iffinanzja n-networks ta’ referenza Ewropej, li jippermettu l-aċċess għad-dijanjożi u għat-trattament għal 2,7 miljun pazjent b’kundizzjonijiet rari fl-2025.

Fl-2025, il-programm dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri appoġġa l-parteċipazzjoni demokratika diretta tal-Ewropej, u alloka aktar minn EUR 1,9 miljun għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Huwa nieda wkoll sejħiet biex jintgħażlu proġetti, għal ammont ta’ finanzjament kombinat ta’ EUR 130 miljun, immirati lejn il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-ġemellaġġ tal-bliet, l-involviment taċ-ċittadini, it-tifkira tal-istorja Ewropea, u d-drittijiet u l-parteċipazzjoni tat-tfal. Barra minn hekk, il-programm tal-ġustizzja ddedika madwar EUR 15,4 miljun matul is-sena għal proġetti ġodda dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja, it-taħriġ u l-aċċess għall-ġustizzja, u kkonkluda kuntratti ta’ akkwist li jammontaw għal EUR 9,2 miljun biex jiġu żviluppati u jinżammu għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u politiki ewlenin tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja.

Tisħiħ tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE

Fl-2025, il-ħtieġa imperattiva li l-UE tipprovdi għas-sigurtà u għad-difiża tagħha stess saret aktar evidenti minn qatt qabel. Il-Fond Ewropew għad-Difiża huwa komponent ewlieni tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE billi joħloq teknoloġiji u tagħmir tad-difiża innovattivi u interoperabbli. Wara s-sejħiet għal proposti tal-2024, tnedew 63 proġett b’total ta’ aktar minn EUR 1 biljun f’finanzjament tal-UE. B’mod ġenerali, 38 % tal-benefiċjarji tal-fond huma intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Bil-pubblikazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-2025, il-Fond Ewropew għad-Difiża se jagħti madwar EUR 1 biljun għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni kollaborattivi fil-qasam tad-difiża. Il-programm ta’ ħidma annwali tal-2025 alloka madwar EUR 400 miljun biex jappoġġa l-innovazzjoni fid-difiża, li minnhom aktar minn EUR 140 miljun ġew allokati biex jappoġġaw lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-iżvilupp u fl-ittestjar ta’ teknoloġiji trasformattivi tad-difiża. L-Iskema tal-UE għall-Innovazzjoni fid-Difiża (EUDIS), il-parti tal-Fond Ewropew għad-Difiża ddedikata għall-appoġġ ta’ atturi tad-difiża mhux tradizzjonali, ikkontribwiet għal dan l-isforz.

L-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon appoġġa 31 proġett fl-2025, u pprovda aktar minn EUR 500 miljun biex tissaħħaħ il-produzzjoni tal-munizzjon, bi proġetti relatati mal-isplussivi, mat-trab, mal-qxur, mal-missili, mal-ittestjar u mar-rikondizzjonar.

Wara l-adozzjoni tal-White Paper għad-Difiża Ewropea, l-UE adottat il-pjan reArm Europe fl-2025, ibbażat fuq l-użu ta’ strumenti finanzjarji biex jissaħħu l-abbiltajiet tad-difiża tal-Ewropa, inkluża l-klawżola liberatorja nazzjonali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li tista’ tiżblokka sa EUR 650 biljun. Il-pjan jinkludi wkoll sa EUR 150 biljun f’self permezz tal-azzjoni ta’ sigurtà għall-Ewropa biex tappoġġa investiment urġenti fid-difiża u tindirizza lakuni kritiċi fl-abbiltajiet. Sa tmiem l-2025, 19-il Stat Membru kienu esprimew interess fl-aċċess għal self skont din l-azzjoni, li tkopri l-pakkett sħiħ tas-self, u kienu ppreżentaw il-pjanijiet ta’ investiment tagħhom fl-industrija tad-difiża nazzjonali.

L-UE qiegħda tuża wkoll il-politika ta’ koeżjoni biex tappoġġa d-difiża. Permezz tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni, ġew riallokati EUR 11,9 biljun biex jappoġġaw il-kapaċitajiet u l-abbiltajiet industrijali tad-difiża, l-infrastruttura tad-difiża, il-mobbiltà militari u l-preparatezza ċivili, filwaqt li tingħata prijorità lill-użu doppju, flimkien mal-iżvilupp tal-ħiliet fil-preparatezza ċivili u fl-industrija tad-difiża.

Programmi oħra appoġġaw proġetti strateġiċi ewlenin matul is-sena, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li ffinanzjat tagħmir sigur u abbiltajiet intelliġenti għal kejbils sottomarini u konnessjonijiet terrestri ewlenin b’EUR 186 miljun taħt il-fergħa diġitali tagħha. Barra minn hekk, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa kkontribwiet għat-tisħiħ tal-infrastrutturi strateġiċi tat-trasport tal-UE biex tagħmilhom adatti għall-mobbiltà militari.

Il-programm ta’ konnettività sigura tal-UE u l-programm spazjali pprovdew total kombinat ta’ aktar minn EUR 2,4 biljun fl-2025 biex jiffinanzjaw:

l-iżvilupp kontinwu tal- kostellazzjoni satellitari ta’ konnettività sigura IRIS2 (l-infrastruttura għar-reżiljenza, l-interkonnettività u s-sigurtà
bis-satellita);

is-sistema ta’ komunikazzjoni governattiva ta’ Govsatcom;

is-sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita Galileo u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja;

is-sistema ta’ osservazzjoni tad-Dinja ta’ Copernicus, inklużi l-komponenti tagħha tal-għarfien tas-sitwazzjoni spazjali li jwettqu sorveljanza tal-ispazju, tat-temp spazjali u tal-oġġetti qrib id-Dinja.

Fl-2025, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili impenja EUR 226,7 miljun lill-Istati Membri u lill-pajjiżi mhux tal-UE biex irawmu r-reżiljenza u jsaħħu r-riżerva ta’ kapaċità tal-protezzjoni ċivili disponibbli għall-operazzjonijiet ta’ rispons. L-inizjattivi kienu jinkludu evakwazzjonijiet konsulari jew mediċi, appoġġ mediku ta’ emerġenza u l-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti. Matul l-istaġun tan-nirien fil-foresti, il-mekkaniżmu ġie attivat 16-il darba fl-Ewropa, b’miljun ettaru ta’ żoni maħruqa rreġistrati matul is-sena ( 16 ).

Biex tindirizza l-isfidi tal-migrazzjoni, l-UE stabbiliet il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, bi programmazzjoni finanzjarja totali ta’ EUR 11-il biljun mill-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, inklużi EUR 1,91 biljun għall-2025. Bejn l-2021 u l-2025, il-fond iffinanzja l-ħolqien ta’ 22 919-il post ġdid fiċ-ċentri ta’ akkoljenza, f’konformità mal-acquis tal-UE, u appoġġa r-risistemazzjoni ta’ 39 829 persuna. B’dan il-mod, il-baġit tal-UE jappoġġa l-implimentazzjoni tal-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil.

Appoġġ għall-Ukrajna

Sa tmiem l-2025, l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu pprovdew appoġġ lill-Ukrajna li jammonta għal aktar minn EUR 193,3 biljun. Madwar nofs dan l-appoġġ, EUR 88,2 biljun, kien permess mill-baġit tal-UE fil-forma ta’ għajnuna umanitarja, rispons għall-kriżijiet, assistenza makrofinanzjarja u appoġġ baġitarju, flimkien mal-irkupru bikri u mar-rikostruzzjoni. Barra minn hekk, saru disponibbli EUR 17-il biljun għall-Istati Membri billi ġew riallokati l-baġits eżistenti tal-politika ta’ koeżjoni biex jappoġġaw lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ dawk li qegħdin jaħarbu mill-aggressjoni militari illegali u kontinwa tar-Russja kontra l-Ukrajna. Matul l-2025, ġie pprovdut appoġġ mill-baġit tal-UE mill-Faċilità għall-Ukrajna, mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, mill-programm ta’ għajnuna umanitarja u mill-Fond Ewropew għad-Difiża. L-appoġġ fil-forma ta’ self ġie pprovdut ukoll b’self eċċezzjonali ta’ assistenza makrofinanzjarja għall-aċċelleratur tad-dħul, bħala parti mill-inizjattiva ta’ Self għall-Aċċellerazzjoni tad-Dħul Eċċezzjonali tal-G7. Barra minn hekk, strumenti oħra barra mill-baġit tal-UE kkomplementaw dan l-appoġġ.

L-UE kienet qiegħda tuża wkoll rikavati minn assi sovrani Russi immobilizzati biex tassisti lill-Ukrajna. 95 % ta’ dawn il-fondi huma pprovduti lill-Ukrajna permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna biex jgħinu lill-Ukrajna tħallas lura s-self għall-Aċċellerazzjoni tad-Dħul Eċċezzjonali tal-G7 (inklużi l-kostijiet tat-teħid b’self), inkluż is-self eċċezzjonali ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-UE ta’ EUR 18,1-il biljun żborżat matul l-2025. Il-5 % li jifdal jikkontribwixxu għall-Faċilità Ewropea għall-Paċi (strument barra mill-baġit tal-UE).

F’Diċembru 2025, il-Kunsill Ewropew qabel li jipprovdi self b’rikors limitat ta’ EUR 90 biljun lill-Ukrajna għas-snin 2026 u 2027, abbażi tas-self tal-UE fis-swieq kapitali appoġġat mill-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE, li għandu jitħallas lura mill-Ukrajna biss ladarba tkun irċeviet riparazzjonijiet mir-Russja. Dan is-self ta’ appoġġ għandu jiġi implimentat permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’appoġġ minn 24 Stat Membru ( 17 ).

L-UE qiegħda tappoġġa l-irkupru fuq terminu qasir u r-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni fuq terminu medju tal-Ukrajna, f’konformità mal-perkors tal-Ukrajna lejn is-sħubija fl-UE. Il-kummerċ ilu jiġi ffaċilitat mill-2022 permezz tal-korsiji ta’ solidarjetà, sett ta’ rotot loġistiċi alternattivi permezz tal-ferroviji, tat-toroq u tal-passaġġi fuq l-ilma interni. B’mod ġenerali, l-UE kienet ipprovdiet EUR 600 miljun sa tmiem l-2025 għal investiment fil-konnessjonijiet tat-trasport mal-Ukrajna permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Permezz tal-Faċilità għall-Ukrajna, l-UE ilha tipprovdi appoġġ finanzjarju bil-kundizzjoni li l-Ukrajna timplimenta passi ta’ riforma kwalitattivi u kwantitattivi. Qiegħda tistimula wkoll l-appoġġ privat skont il-Qafas ta’ Investiment għall-Ukrajna. Sa tmiem l-2025, il-faċilità kienet żborżat EUR 26,8 biljun f’self u f’appoġġ mhux ripagabbli, b’EUR 10,7 biljun ipprovduti fl-2025 mat-twettiq ta’ 45 pass mill-Ukrajna skont il-Pjan għall-Ukrajna. Il-Qafas ta’ Investiment għall-Ukrajna pprovda EUR 6,9 biljun fil-forma ta’ garanzija biex jiġu mmobilizzati fondi minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament għall-finanzjament ta’ proġetti li jvarjaw minn appoġġ għall-investiment muniċipali u negozji mikro u żgħar sal-akkomodazzjoni, l-irkupru u l-inklużjoni finanzjarja. Taħt il-Fond ta’ Appoġġ għall-Enerġija tal-Ukrajna tal-faċilità, l-UE żborżat EUR 96 miljun biex issewwi u tirrestawra l-kapaċità tal-impjanti tal-enerġija termali, tinstalla turbini tal-gass u ssewwi l-impjanti tal-enerġija solari u eolika.

Kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-UE biex jgħinu lill-Ukrajna u lill-Istati Membri jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-
invażjoni Russa fuq skala sħiħa bejn l-2022 u l-2025

Allokazzjonijiet lill-Ukrajna u lill-Istati Membri biex jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-gwerra mill-baġit tal-UE.

(1)    EUR 17-il biljun tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri biex jiġu rriallokati mill-politika ta’ koeżjoni, bl-għan li jingħata appoġġ ta' emerġenza sabiex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji li rriżultaw mill-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna.

(2)    L-Istrument Ewropew għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari, l-għoti ta’ skop ġdid lill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u l-politika estera u ta’ sigurtà komuni.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

L-assistenza ta’ emerġenza lill-Ukrajna kompliet tiġi ffinanzjata b’mod predominanti mill-programm ta’ għajnuna umanitarja, b’EUR 220 miljun allokati fl-2025. B’mod ġenerali, l-UE pprovdiet EUR 1,2 biljun lill-Ukrajna f’għajnuna umanitarja sal-2025. Dan kien ikkomplementat minn appoġġ għall-paċi u għall-istabbiltà f’oqsma bħat-tneħħija tal-mini, bħall-enerġija u bħall-akkontabilità. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili kkomplementa wkoll dawn l-isforzi permezz ta’ provvista kontinwa ta’ assistenza in natura mill-Istati Membri, mir-riżervi tar-rescEU, mis-settur privat u mill-pajjiżi mhux tal-UE, u kkontribwixxa għar-rispons ġenerali ta’ emerġenza fl-Ukrajna.

Promozzjoni tas-sħubijiet internazzjonali u appoġġ għat-tkabbir tal-UE

L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III kompla jappoġġa l-proċess ta’ tkabbir tal-UE u l-adeżjoni tal-pajjiżi kandidati. Pereżempju, ipprovda servizzi estiżi bbażati fil-komunità lil aktar minn 9 000 persuna fl-Albanija u pprovda sussidji għall-effiċjenza enerġetika lil aktar minn 40 000 unità domestika fil-Kosovo ( 18*).

Barra minn hekk, fl-2025, il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova żborżat EUR 288,9 miljun f’self. Barra minn hekk, ġew irrilaxxati total ta’ EUR 396 miljun fi prefinanzjament u fi żborżi skont il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent: EUR 164 miljun għall-Albanija, EUR 45 miljun għall-Montenegro, EUR 77 miljun għall-Maċedonja ta’ Fuq u EUR 111-il miljun għas-Serbja.

Mill-2021 sa tmiem l-2025, l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali kien żborża EUR 29,8 biljun. Fl-2025, ġew żborżati aktar minn EUR 9,8 biljun biex jappoġġaw firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet, pereżempju inizjattivi ta’ paċi u stabbiltà (EUR 340 miljun bejn interventi ta’ rispons għall-kriżijiet u interventi tematiċi), kif ukoll inizjattivi mmirati lejn it-titjib tar-reżiljenza u tal-bini tal-paċi f’kuntesti fraġli (EUR 120 miljun). L-UE adottat ukoll pakkett finanzjarju sostanzjali b’appoġġ għas-Sirja (inklużi EUR 139 miljun għall-2025 skont l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali ( 19 )).

Fl-2025, is-sitwazzjoni volatili fil-Lvant Nofsani enfasizzat il-ħtieġa għal approċċ aktar strutturat u kkoordinat għall-kooperazzjoni fir-reġjun. L-UE ppreżentat proposta għal programm komprensiv pluriennali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Palestina għall-perjodu 2025–2027, għal ammont ta’ EUR 1,6 biljun. Barra minn hekk, issaħħew il-kooperazzjoni u l-involviment mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u ma’ pajjiżi individwali tal-Golf, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà, tat-tibdil fil-klima, tal-kooperazzjoni diġitali, u tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-Patt għall-Mediterran ipprovdiet qafas ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u n-Nofsinhar tal-Mediterran.

Fl-2025, l-UE u l-Istati Membri tagħha komplew iżidu l-istrateġija Global Gateway. It-tieni Forum u Bord tal-Global Gateway ġew organizzati u l-President von der Leyen ħabbret li l-UE, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ finanzjament Ewropej, skont approċċ ta’ Tim Ewropa, kienu mmobilizzaw aktar minn EUR 306 biljun f’investimenti, li jaqbżu t-EUR 300 biljun oriġinali.

L-2025 immarkat il-25 anniversarju tas-Sħubija bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana. Kif imħabbar fis-seba’ summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana f’Novembru 2025, l-UE, skont approċċ ta’ Tim Ewropa, sa issa mmobilizzat aktar minn EUR 120 biljun għal proġetti tal-Global Gateway madwar l-Afrika. Dan jinkludi, pereżempju, faċilitajiet tal-ilma, tas-sanità u tal-iġjene għall-iskejjel fl-Uganda ( 20 ) u t-twassil ta’ networks ta’ konnettività diġitali b’veloċità għolja, ta’ servizzi elettroniċi u ta’ infrastruttura tad-data għall-benefiċċju tal-komunitajiet tar-riċerka u tal-edukazzjoni fl-Afrika sub-Saħarjana ( 21 ).

L-Aġenda ta’ Investiment tal-Global Gateway UE-Amerka Latina u l-Karibew tat riżultati tanġibbli. Aktar minn 80 proġett avvanzaw fl-implimentazzjoni tagħhom, li koprew oqsma bħall-azzjoni klimatika, il-materja prima kritika, it-trasformazzjoni diġitali u l-innovazzjoni, flimkien mat-trasport sostenibbli. Eżempju ta’ dan huwa l-iżvilupp ta’ infrastruttura elettrika transfruntiera biex jinħolqu swieq tal-enerġija reġjonali koeżivi permezz ta’ inizjattiva ta’ EUR 6,86 biljun dwar l-integrazzjoni reġjonali tal-elettriku, li se tiffinanzja 24 proġett biex tingħata spinta lill-ġenerazzjoni, lit-trażmissjoni u lill-kummerċ tal-enerġija nadifa.

Il-Global Gateway kienet qiegħda timmobilizza wkoll fondi għall-investiment fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku. Pereżempju, pakkett ta’ investiment ta’ Tim Ewropa Global Gateway immobilizza EUR 12-il biljun għall-Asja Ċentrali, bl-UE u l-Paċifiku mistennija jinvestu kważi EUR 300 miljun fl-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u fir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima. Fil-Viċinat tal-Lvant, l-2025 rat l-adozzjoni ta’ programmi ta’ azzjoni pluriennali għall-2025-2027 għall-Armenja, għall-Ażerbajġan, għall-Belarussja, għall-Georgia u għall-Moldova, li ammontaw għal total ta’ EUR 668,2 miljun.



Għoti ta’ għajnuna umanitarja u żgurar tas-sigurtà tal-ikel

Fl-2025, l-UE pprovdiet madwar EUR 2,6 biljun f’assistenza umanitarja permezz tal-programm ta’ għajnuna umanitarja. L-UE wieġbet għall-ħtiġijiet umanitarji tal-persuni li qegħdin jiffaċċjaw, pereżempju, perikli naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem, il-konsegwenzi tal-kunflitt, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, l-ispostament furzat, in-nuqqas akut ta’ sigurtà tal-ikel u l-faqar estrem.

Prijorità partikolari fl-2025 kienet ir-rispons tal-UE għall-ħtiġijiet tal-poplu Palestinjan. Skont il-programm ta’ għajnuna umanitarja, ġew impenjati EUR 220 miljun biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-Palestina ( 22 ). Barra minn hekk, l-UE pprovdiet għajnuna lil:

il-kriżi tas-Sudan (EUR 273 miljun);

ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani (EUR 129 miljun);

il-pajjiżi ċentrali tas-Saħel, jiġifieri l-Burkina Faso, in-Niġer u l-Mali (EUR 124 miljun);

il-Myanmar/Burma (EUR 55 miljun);

il-Venezwela (EUR 52 miljun);

Ir-refuġjati Rohingya fil-kamp tar-refuġjati ta’ Cox’s Bazar fil-Bangladesh (kważi EUR 39 miljun).

ReliefEU allokat EUR 110 miljun għal operazzjonijiet fl-2025, fejn intużaw total ta’ EUR 53,5 miljun f’finanzjament umanitarju ta’ emerġenza tal-ewwel linja f’60 pajjiż. Il-finanzjament ta’ ReliefEU ġie mmobilizzat 118-il darba. Il-kapaċitajiet ta’ ReliefEU wieġbu għal 20 kriżi fi 18-il pajjiż b’servizzi loġistiċi u b’servizzi tat-trasport multimodali.

Kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-prijoritajiet orizzontali

Il-baġit tal-UE jagħti valur miżjud ċar tal-UE, lil hinn minn dak li jinkiseb mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Il-fondi u l-programmi kollha tal-UE komplew jagħmlu progress lejn l-objettivi tagħhom fl-2025, u flimkien ipprovdew appoġġ qawwi għal firxa ta’ prijoritajiet trażversali bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Matul is-sena, huwa stmat li kważi EUR 64 biljun ġew ipprovduti biex jappoġġaw l-objettivi klimatiċi, aktar minn EUR 15-il biljun kienu mmirati lejn l-objettivi tal-bijodiversità, aktar minn EUR 19-il biljun ġew allokati għall-prijoritajiet diġitali u kważi EUR 38 biljun appoġġaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ( 23 ).

Allokazzjoni tal-baġit tal-UE u tan-NextGenerationEU għall-prijoritajiet orizzontali fl-2025 (perċentwal tal-baġit totali u l-ammonti stmati f’miljuni ta’ EUR)

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Eżempji ta’ kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE lejn il-prijoritajiet orizzontali

Klima

·Fil-missjoni “Bliet” ta’ Orizzont Ewropa, 103 ibliet impenjaw ruħhom formalment għan-newtralità klimatika, bi tnaqqis mistenni fl-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju ugwali għal madwar 6,2 % tat-total tal-UE fl-2023.

·Sa nofs l-2025 kienu ġew installati total ta’ 940 866 punt ġdid jew imtejjeb tar-riforniment u tal-irriċarġjar għal vetturi nodfa permezz ta’ miżuri skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

·Mill-inqas 81 miljun persuna fl-UE huma mistennija jibbenefikaw minn miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima ffinanzjati minn programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-protezzjoni minn għargħar, minn nirien fil-foresti u minn diżastri naturali u 26 miljun persuna addizzjonali minn miżuri dwar it-titjib tal-kwalità tal-arja.

·Skont il-politika agrikola komuni, twettqu miżuri biex jissaħħu s-sekwestru u l-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u fil-bijomassa fuq 38 % taż-żona agrikola tal-UE.

·Il-proġetti LIFE kisbu tnaqqis ta’ 14,1 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju fis-sena, iffrankar annwali tal-enerġija primarja ta’ 8 332 gigawatt-siegħa u produzzjoni addizzjonali ta’ enerġija rinnovabbli ta’ 3 153 gigawatt-siegħa fis-sena. Il-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima tnaqqset għal aktar minn 3,5 miljun ċittadin.

·Skont l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, il-programm tal-UE għar-reżiljenza għall-klima (EUR 17-il miljun) jappoġġa l-adattament għat-tibdil fil-klima fil-livell muniċipali permezz ta’ appoġġ tekniku u proġetti pilota. Dan jgħin lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jissodisfaw l-impenji tagħhom skont il-Ftehim ta’ Pariġi u jallinjaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Bijodiversità

·Il-politika ta’ koeżjoni appoġġat proġetti li jkopru madwar 65 miljun ettaru ta’ art għall-protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti.

·Is-servizzi ta’ monitoraġġ ta’ Copernicus jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-bidliet fl-ekosistemi u tat-telfien tal-bijodiversità, b’appoġġ għall-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, ir-Regolament tal-UE dwar ir-Restawr tan-Natura, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u r-rapportar dwar l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

·Skont il-programm LIFE, it-telfien tal-bijodiversità twaqqaf jew treġġa’ lura f’2 048 647 ettaru ta’ ħabitats, u 557 speċi bbenefikaw minn sforzi ta’ konservazzjoni.

·Bejn l-2022 u l-2024 intgħażlu total ta’ 2 691 inizjattiva li jikkontribwixxu għal status ambjentali tajjeb skont il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura.

Diġitali

·Sa tmiem l-2025, 20 miljun abitazzjoni addizzjonali kellhom aċċess għall-broadband permezz ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna bis-saħħa ta’ investiment iffinanzjat mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza InvestEU u l-finanzjament ta’ Koeżjoni

·Intgħażlu aktar minn 51 000 negozju u kważi 20 000 istituzzjoni pubblika biex jirċievu appoġġ mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex jiżviluppaw prodotti, servizzi u proċessi diġitali.

·Inħolqot kapaċità addizzjonali ta’ 10 362 terabit fis-sekonda minn networks ewlenin, inklużi kejbils sottomarini, li kienu ġew varati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa sa tmiem l-2025.

Ugwaljanza bejn il-ġeneri

·Fl-2025, 19 % tal-baġit tal-UE kkontribwixxa għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

·Matul is-sena, il-programm Ewropa diġitali ffinanzja attivitajiet biex jiżdied l-għadd ta’ nisa fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Pereżempju, appoġġa attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, servizzi ta’ konsulenza u workshops biex jattira aktar nisa lejn is-settur. Barra minn hekk, proġetti biex jiġu stabbiliti erba’ akkademji tal-ħiliet settorjali fl-oqsma tal-kwantum, tal-intelliġenza artifiċjali, tas-semikondutturi u tad-dinjiet virtwali ppromwovew speċifikament il-parteċipazzjoni tan-nisa f’dawn l-akkademji.

·Il-pjanijiet skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jinkludu 123 miżura, 72 investiment u 51 riforma rilevanti għall-ġeneru. Dawn il-miżuri jinkludu 207 objettivi intermedji u miri f’25 pjan, li minnhom 117 diġà ġew ivvalutati bħala li ntlaħqu u 35 ġew irrapportati mill-Istati Membri bħala li tlestew.

·Orizzont Ewropa jirrikjedi li l-korpi pubbliċi, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja mill-Istati Membri u mill-pajjiżi assoċjati jkollhom pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-seħħ bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà.

NextGenerationEU tmexxi r-riformi u l-investimenti permezz ta’ pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza

Fl-2025, NextGenerationEU kompla jappoġġa l-irkupru ekonomiku permezz ta’ riformi u investimenti tal-Istati Membri skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-pakkett totali ammonta għal EUR 637,1 biljun fi tmiem l-2025, li jinkludi EUR 360 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 277 biljun f’self. Fl-2025, il-Kummissjoni vvalutat 34 talba għal pagament li jammontaw għal EUR 87,3 biljun (EUR 47,2 biljun f’self u EUR 40,1 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli).

Ir-riformi appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika fit-tul tal-Istati Membri u jimmassimizzaw l-impatt pożittiv tal-investiment relatat skont il-faċilità. Kif rifless fit-tabella ta’ valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza, il-faċilità appoġġat, pereżempju, il-modernizzazzjoni tal-oqfsa regolatorji f’setturi ewlenin (eż. diġitali, tal-enerġija, tat-trasport), it-titjib fil-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi u tal-akkwist pubbliku, u t-tisħiħ tas-salvagwardji tal-istat tad-dritt u kontra l-korruzzjoni ( 24 ).



Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza pprovdiet appoġġ sostanzjali lill-Istati Membri marbuta mat-twettiq ta’ riformi u ta’ investiment u sawret mill-ġdid il-governanza ekonomika u l-koordinazzjoni tal-politika tal-UE bit-tfassil tagħha bbażat fuq il-prestazzjoni ( 25 ). Madwar l-UE, il-faċilità għamlet differenza reali fil-ħajja tal-individwi billi appoġġat aġendi ta’ investiment ambizzjużi fl-oqsma li ġejjin ( 26 ):

·Tranżizzjoni ekoloġika. Sa tmiem l-2025, il-konsum annwali tal-enerġija kien tnaqqas b’37,6 miljun megawatt siegħa, u kienu ġew installati jew aġġornati aktar minn 940 866 stazzjon tar-riforniment u tal-irriċarġjar għal vetturi nodfa.

·Tranżizzjoni diġitali. Madwar 20 miljun abitazzjoni addizzjonali kienu kisbu aċċess għal networks tal-internet b’kapaċità għolja ħafna sa tmiem l-2025, u aktar minn 2,4 biljun utent ( 27 ) kienu qegħdin jużaw servizzi diġitali pubbliċi ġodda jew imtejba.

·Kura tas-saħħa. Il-kapaċità tal-kura tas-saħħa żdiedet, inkluż fl-isptarijiet, fil-kliniki, fiċ-ċentri tal-kura outpatient u fiċ-ċentri tal-kura speċjalizzata. Sal-aħħar tal-2025, madwar 60,2 miljun persuna fis-sena jistgħu jibbenefikaw minn faċilitajiet tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati.

·Edukazzjoni u taħriġ. Madwar 30,7 miljun persuna pparteċipaw fl-edukazzjoni u fit-taħriġ u kważi 3,5 miljun persuna għandhom impjieg jew huma involuti f’attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg bis-saħħa tal-appoġġ riċevut permezz tal-faċilità. Barra minn hekk, 12,7 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn il-15 u d-29 sena rċevew appoġġ, kemm jekk monetarju kif ukoll jekk in natura (jiġifieri appoġġ għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għall-impjiegi).

·Appoġġ għan-negozji. Madwar 4,9 miljun intrapriża rċevew appoġġ – kemm monetarju kif ukoll in natura – skont il-faċilità sa tmiem l-2025.

REPowerEU jipprovdi EUR 57,6 biljun għall-investiment u għar-riformi biex jgħin lill-Istati Membri jiffrankaw l-enerġija, jiddiversifikaw il-provvisti tal-enerġija u jipproduċu enerġija nadifa. Is-27 kapitolu kollha tar-REPowerEU ġew adottati. Il-miżuri jkomplu jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija, għas-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili u għall-indirizzar tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jnaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi. Wara l-adozzjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU, total ta’ EUR 339,7 biljun ( 28 ) – aktar minn 50 % tal-allokazzjoni totali tal-Istati Membri skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – ġie ddedikat għal miżuri li jikkontribwixxu għall-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika.



Impenji ewlenin dwar il-klima u l-enerġija skont il-komponent REPowerEU tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Enerġija rinnovabbli għal kulħadd

L-iffrankar tal-enerġija

Sehem sinifikanti tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa ddedikat għall-enerġija rinnovabbli u għall-infrastruttura tal-enerġija. EUR 67,6 biljun ( 29 ) huma allokati għal dawn il-miżuri skont il-faċilità. Dan jirrappreżenta 20 % tal-kost totali stmat tal-miżuri fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija pproġettata li żżid il-kapaċità tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli b’aktar minn 61 gigawatt sal-2026. Dan jikkorrispondi għal kważi 32 % tal-kapaċità addizzjonali kollha tal-enerġija rinnovabbli użata fl-Ewropa bejn l-2021 u l-2024 ( 30 ).

Meta jitqies il-konsum medju tal-elettriku tal-unitajiet domestiċi, il-kapaċità rinnovabbli appoġġata mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija mistennija tiġġenera biżżejjed elettriku kull sena biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ madwar 40 miljun unità domestika ( 31 ) madwar l-UE.

Il-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza se jissostitwixxu aktar minn 3 miljun sistema tat-tisħin u tat-tkessiħ b’alternattivi sostenibbli.

Tingħata spinta lill-kompetittività tal-industrija tal-UE

Networks tal-enerġija siguri għall-UE

Investimenti strateġiċi fit-teknoloġija nadifa fl-elettrolizzaturi, fil-batteriji u fil-pannelli solari.

L-elettriku ġġenerat mill-investiment tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-enerġija rinnovabbli jista’ jissostitwixxi kważi 15,8-il biljun metru kubu ta’ gass naturali, ekwivalenti għal aktar minn 16 % tat-tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja miksub mill-2021.

Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludu investiment f’aktar minn 21 000 megawatt ta’ kapaċità addizzjonali ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni – biżżejjed biex iġorru l-output sħiħ ta’ madwar 5 125 turbina eolika ġdida fuq l-art.

Aktar minn 10 000 kilometru ta’ linji ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni qegħdin jissaħħu jew jinbnew – bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal dawran ta’ kwart tad-dinja, jew li jestendu minn Liżbona sa Ħelsinki u lura.

Proġetti ewlenin ta’ infrastruttura transfruntiera tal-gass se jissodisfaw il-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista.

Fl-2025, l-Istati Membri rrevedew il-pjanijiet tagħhom skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jaġġustaw għal ħtiġijiet ġodda u jissimplifikaw l-objettivi intermedji u l-miri biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, f’konformità mal-Komunikazzjoni “NextGenerationEU – Il-Mixja lejn l-2026 ippubblikata mill-Kummissjoni” ( 32 ). B’mod ġenerali, 50 reviżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-Kummissjoni, inklużi 24 emenda relatati mal-isforz ta’ simplifikazzjoni.

Minn April 2026, inħarġu kważi EUR 80,4 biljun fil-forma ta’ bonds ekoloġiċi tan-Next Generation EU. L-akbar sehem ta’ dawn il-fondi ntuża biex isiru żborżi lill-Istati Membri skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan ifisser li l-UE żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala waħda mill-akbar emittenti ta’ bonds ekoloġiċi fid-dinja. F’Diċembru 2023, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rapport dwar l-allokazzjoni u l-impatt tal-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU ( 33 ), li jikkonferma l-impenn tal-UE għal finanzjament sostenibbli. Minn dak iż-żmien ’l hawn, dan kien eżerċizzju annwali, bl-aħħar rapport ippubblikat f’Diċembru 2025 ( 34 ). Ir-rapport juri li l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri kollha ffinanzjati mill-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU tista’ tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bi 53,4 miljun tunnellata fis-sena, ekwivalenti għal 1,5 % ta’ dawn l-emissjonijiet kollha fl-UE fl-2022.

Aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija pprovduta fl-Anness 3 ta’ dan ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE.

Għodod effettivi jiżguraw li l-baġit tal-UE huwa ġestit u salvagwardjat tajjeb

Il-Kummissjoni tagħti l-akbar importanza lill-aħjar użu possibbli tal-flus tal-kontribwenti. Hija impenjata bis-sħiħ li tiżgura li l-finanzjament jilħaq lill-benefiċjarji intenzjonati bil-kost it-tajjeb u f’konformità mar-regoli applikabbli. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Kummissjoni tiddependi fuq diversi għodod li wrew li huma adegwati għall-użu matul is-snin u li baqgħu effettivi fir-rigward tal-isfidi l-ġodda li ltaqgħet magħhom l-UE.

Katina robusta ta’ akkontabilità

Is-sistema ta’ governanza u l-katina ta’ akkontabilità tal-Kummissjoni huma mfassla għall-istruttura u għar-rwol uniċi tagħha. Il-Kulleġġ tal-Kummissarji huwa politikament responsabbli għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE. Dan jiddelega l-ġestjoni operazzjonali ta’ kuljum lill-52 uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega ( 35 ), li jimmaniġġaw u jmexxu d-dipartimenti tagħhom u huma akkontabbli għas-sehem tal-baġit tal-UE implimentat fid-dipartiment tagħhom.

Ir-rapporti annwali tal-attività juru kif l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega kisbu l-aċċertament li r-riżorsi assenjati lilhom intużaw għall-iskop maħsub tagħhom, f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Jekk l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega jidentifikaw dgħufijiet, huma jistgħu jikkwalifikaw id-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tagħhom b’riżervi.

L-aċċertament huwa mibni fuq dawn li ġejjin: (1) valutazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern, inklużi miżuri kontra l-frodi; (2) ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa u l-valutazzjoni tagħhom tar-riskji li għalihom huwa espost id-dipartiment tagħhom u l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda; (3) il-miżuri preventivi u korrettivi li jkunu applikaw bħala riżultat tal-kontrolli li jkunu wettqu, flimkien mal-Istati Membri fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża; (4) l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-awditur intern u tal-Qorti tal-Awdituri; u (5) il-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati, speċjalment fl-oqsma ta’ riskju ta’ livell ogħla.

Qafas ta’ kontroll intern u miżuri għall-ġlieda kontra l-frodi li jiġu aġġornati kontinwament u li jiżguraw iċ-ċibersigurtà

Il-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni huwa kruċjali biex jiġu żgurati l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet tagħha, flimkien mal-legalità u mar-regolarità tagħhom. Dan huwa minnu b’mod partikolari f’kuntest ta’ riżorsi skarsi u ta’ għadd dejjem akbar ta’ prijoritajiet. B’mod parallel, mill-2024, il-Kummissjoni tejbet ukoll l-effiċjenza u l-effettività tal-operazzjonijiet ta’ teħid u ta’ għoti b’self li jirfdu l-finanzjament tal-programmi ta’ politika. Dawn jinkludu n-NextGenerationEU, l-appoġġ għall-Ukrajna permezz tal-assistenza makrofinanzjarja (Assistenza Makrofinanzjarja Plus u l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna) u appoġġ kontinwu għal pajjiżi ġirien oħra. Il-Kummissjoni tqis li s-sistemi ta’ kontroll intern qegħdin jiffunzjonaw tajjeb u li qegħdin jiġu implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa f’oqsma fejn ġew identifikati dgħufijiet.

Dwar il-ġlieda kontra l-frodi, il-Kummissjoni għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni rivedut għall-istrateġija kontra l-frodi tagħha, li għandu l-għan li jipprevjeni u jindirizza l-frodi. Il-maġġoranza tal-azzjonijiet inklużi fil-pjan ta’ azzjoni tal-2023 ġew implimentati sa tmiem l-2025. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) kompla l-ħidma analitika strateġika u l-attivitajiet investigattivi tiegħu u inkluda għall-ewwel darba valutazzjoni kwalitattiva tal-istrateġiji nazzjonali kontra l-frodi fir-rapport annwali tiegħu tal-2024 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ( 36 ).

Is-sigurtà, is-sikurezza, iċ-ċibersigurtà u l-kontinwità tal-operat huma fuq quddiem nett fl-aġenda tal-Kummissjoni. Fl-2025, kif meħtieġ mir-regolament dwar iċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-UE ( 37 ), il-Kummissjoni wettqet rieżami inizjali taċ-ċibersigurtà, għamlet valutazzjoni tal-maturità u rrapportat dwar il-pjan taċ-ċibersigurtà tagħha, u b’hekk kompliet tibni fuq il-qafas intern eżistenti ta’ governanza, ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar taċ-ċibersigurtà u l-istrateġija korporattiva taċ-ċibersigurtà. L-implimentazzjoni tal-ewwel ċiklu sħiħ ta’ rapportar meħtieġ mir-regolament ikkontribwiet għall-istabbiliment ta’ qafas komprensiv u vinkolanti biex jiġi żgurat livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-entitajiet kollha tal-UE, inklużi obbligi dwar il-governanza, il-ġestjoni tar-riskju, ir-rapportar tal-inċidenti u l-kooperazzjoni.

Fil-kuntest ġeopolitiku kurrenti, is-sovranità diġitali ħarġet ukoll bħala qasam kritiku. F’Novembru 2025, il-korp ta’ governanza korporattiva tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-Kummissjoni approva pjan ta’ azzjoni dwar is-sovranità diġitali, li għandu l-għan li jżid il-kontroll fuq l-assi diġitali tal-Kummissjoni stess.

Ir-riżultati tal-kontroll jikkonfermaw li l-baġit tal-UE huwa protett sew

Bħala parti mill-istrateġiji ta’ kontroll tagħhom, fi ħdan il-qafas ta’ kontroll intern, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jwettqu eluf ta’ kontrolli kull sena biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji u dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Għall-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni tibbaża fuq il-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali u tissorveljahom bil-kontrolli u bl-awditi tagħha stess fejn neċessarju. Dan isir f’konformità mal-prinċipju ta’ awditu uniku, li jirrazzjonalizza l-awditjar u l-kontroll u jimminimizza l-piż tal-awditjar fuq il-benefiċjarji. Taħt ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni tiddependi fuq is-sistemi ta’ kontroll tas-sħab ta’ implimentazzjoni, filwaqt li għall-ġestjoni diretta hija l-Kummissjoni stess li twettaq il-kontrolli. Għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-verifiki u l-kontrolli jitwettqu skont id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Fl-agrikoltura

Fil-koeżjoni

L-Istati Membri jkomplu jtejbu  
l-kontrolli ex ante awtomatizzati u sistematiċi ħafna (eż. permezz tal-użu obbligatorju tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-qasam). Il-Kummissjoni rrieżaminat  
ir-rapporti annwali u l-opinjonijiet għat-72 aġenzija tal-pagamenti kollha u wettqet 45 awditu tal-konformità  
f’21 Stat Membru.

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020,
l-Istati Membri awditjaw
9 425 operazzjoni (jew parti minnhom),
u l-Kummissjoni rrieżaminat ir-rapporti annwali u l-opinjonijiet għal
441 programm u wettqet 88 awditu bbażat fuq ir-riskju.

Bħala riżultat ta’ dawn il-kontrolli u l-awditi, fl-2025 ġew implimentati miżuri preventivi u korrettivi  
li ammontaw għal EUR 9 040 miljun. EUR 1 137 miljun huwa l-ammont ta’ żbalji evitati
bħala riżultat tal-kontrolli u tal-awditi mwettqa qabel ma saru l-pagamenti, u EUR
 7 903 miljun huwa l-ammont ta’ korrezzjonijiet implimentati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bħala riżultat tal-kontrolli u tal-awditi mwettqa wara li jkun sar il-pagament. Iż-żieda f’din tal-aħħar meta mqabbla mal-2024, meta l-ammont kien ta’ EUR 1 475 miljun, hija dovuta għall-għeluq tal-programmi operazzjonali 2014-2020 fil-politika ta’ koeżjoni, li jirrifletti prinċipalment il-volum għoli ta’ kontijiet sottomessi fl-2025 (l-aħħar sena kontabilistika) u l-kapaċità korrettiva addizzjonali applikata fl-għeluq.

Ir-riżultati tal-kontroll huma ppreżentati fil-livell tal-intestaturi individwali tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), li jirriflettu l-approċċi differenti segwiti għal tipi differenti ta’ nefqa.

Għall-intestaturi kollha li taħthom in-nefqa hija bbażata fuq il-kost – imsejħa wkoll nefqa bbażata fuq il-konformità – il-Kummissjoni tistma r-riskju fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq. Ir-riskju fil-waqt tal-pagament ikejjel
ir-riskju li l-pagamenti magħmula jkunu affettwati minn irregolaritajiet qabel ma tkun ġiet applikata kwalunkwe korrezzjoni. Ir-riskju fil-mument tal-għeluq jirrappreżenta l-livell ta’ żball li jifdal fi tmiem iċ-ċiklu ta’ programmazzjoni wara li jkunu ġew implimentati l-kontrolli kollha u l-korrezzjonijiet kollha. Minħabba l-karattru pluriennali tal-programmi ta’ finanzjament, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża, tagħmel sforz sostanzjali biex twettaq kontrolli wara l-pagament u biex tagħmel korrezzjonijiet sal-għeluq tal-programmi. Dawn l-isforzi huma riflessi fir-riskju stmat fl-għeluq.

Fl-2025, għan-nefqa bbażata fuq il-konformità, ir-riskju fl-għeluq kien inqas minn 2 % għall-intestaturi kollha. Ir-riskju fil-waqt tal-pagament kien kemxejn ogħla minn 2 % għall-intestaturi tal-QFP li jkopru s-Suq Uniku, l-innovazzjoni u d-diġitali u l-Koeżjoni, ir-reżiljenza u l-valuri u inqas minn 2 % għal intestaturi oħra tal-QFP (ara ċ-ċart ta’ hawn taħt).

Ħarsa ġenerali lejn ir-riskju fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq għal nefqa bbażata fuq il-konformità

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 (sat-22 ta’ April 2026).

Għan-nefqa bbażata fuq il-prestazzjoni, hemm valutazzjoni kwalitattiva tar-riskju għal-legalità u għar-regolarità tal-pagamenti li saru fejn in-nefqa tiġi raggruppata fi tliet kategoriji ta’ riskju: baxx, medju u għoli. Mill-2024, dan kien jikkonċerna pagamenti li saru skont il-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid għall-politika agrikola komuni għall-2023-2027, skont l-intestatura tar-riżorsi naturali u l-ambjent, fejn l-enfasi hija fuq il-funzjonament tas-sistemi fis-seħħ fl-Istati Membri u fuq l-awditi tas-sistemi, kemm mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar ( 38 ) kif ukoll mill-Kummissjoni. Mill-2025 ’il quddiem, dan japplika wkoll għan-nefqa relatata mal-faċilitajiet tal-Moldova, tal-Ukrajna u tal-Balkani tal-Punent, skont l-intestatura tal-viċinat u d-dinja, fejn il-pagamenti huma bbażati fuq il-kisba tal-objettivi intermedji u tal-miri (passi fil-każ tal-faċilitajiet), bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ( 39 ). Il-valutazzjoni hija bbażata l-aktar fuq il-livell ta’ riskju assoċjat mal-objettivi intermedji u mal-miri mħallsa. Jistgħu jitqiesu aktar elementi relatati mas-sitwazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll użati fil-pajjiżi benefiċjarji. Anki jekk l-approċċ ma jipproduċix rati ta’ żball, l-istess livell ta’ protezzjoni tal-baġit tal-UE mill-iżbalji huwa żgurat permezz ta’ interruzzjonijiet, sospensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-kontrolli fis-seħħ.

Għar-riżorsi naturali u għall-ambjent, is-sehem tan-nefqa b’riskju baxx kien ta’ 64 %. Dan huwa kemxejn taħt il-medja għall-perjodu 2020-2024 (66,7 %), u jirrifletti b’mod ġenerali l-valutazzjoni mtejba tas-sistemi fis-seħħ mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, li kisbu esperjenza fit-tieni sena tal-implimentazzjoni tal-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid.

Għall-viċinat u għad-dinja, is-sehem tan-nefqa b’riskju baxx kien qrib id-90 %, li huwa konformi mar-riżultati tas-snin preċedenti. Għall-Faċilità għall-Ukrajna ( 40 ), minħabba l-istadju bikri fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-istrument, il-progress li diġà sar fl-implimentazzjoni, it-tipi ta’ objettivi intermedji u l-miri ppreżentati għall-pagamenti, u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni fuq il-post, il-pagamenti kollha ġew ivvalutati bħala ta’ riskju baxx.

Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà mas-snin preċedenti fil-livell tal-Kummissjoni, ir-riżultati tal-kontroll huma ppreżentati f’ħarsa ġenerali lejn is-sehem tan-nefqa f’kull waħda mit-tliet kategoriji ta’ riskju: baxx, medju u għoli. L-evidenza miġbura mill-Kummissjoni permezz tal-kontrolli u l-awditi tagħha, u dawk tal-Istati Membri, tippermetti li n-nefqa tinġabar flimkien fi tliet kategoriji ta’ riskju bbażati jew fuq ir-riskju fil-mument tal-pagament (baxx, jekk inqas minn 2,0 %; medju, jekk bejn 2,0 % u 2,5 %; jew għoli, jekk ogħla minn 2,5 %) jew fuq is-sehem tan-nefqa vvalutat bħala ta’ riskju baxx, medju jew għoli, abbażi tal-metodoloġija mfassla apposta stabbilita għall-pagamenti bbażati fuq il-prestazzjoni.

Nefqa skont il-kategorija ta’ riskju

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.

Abbażi tal-kontrolli u tal-awditi kollha mwettqa, il-Kummissjoni għandha evidenza dettaljata u robusta tal-livell ta’ riskju differenzjat għan-nefqa baġitarja tal-UE. Din l-evidenza hija dettaljata sal-livell tal-programmi għall-politika ta’ koeżjoni; għal-livell ta’ interventi fi ħdan l-aġenziji tal-pagamenti għan-nefqa bbażata fuq il-prestazzjoni skont ir-riżorsi naturali; u għal-livell ta’ pagamenti individwali għall-faċilitajiet. Dan min-naħa tiegħu jagħmilha possibbli li jiġu indirizzati u kkoreġuti d-dgħufijiet b’mod preċiż fis-segmenti tan-nefqa fejn iseħħu u li l-azzjoni tiġi ffokata fejn titqies li tkun neċessarja.

Dan l-approċċ jippermetti wkoll lill-Kummissjoni tippreżenta stampa kkwalifikata tan-nefqa ġestita. Għalkemm il-programmi Orizzont Ewropa u l-programm Ewropa diġitali għandhom riskju fil-waqt tal-pagament ta’ aktar minn 2,5 %, 64,1 % tan-nefqa skont l-intestatura tas-suq uniku, tal-innovazzjoni u diġitali hija fil-kategoriji ta’ riskju baxx jew medju. Madankollu, filwaqt li r-riskju fil-waqt tal-pagament ġenerali għall-koeżjoni huwa ta’ 2,7 % ( 41 ), fl-2025 il-maġġoranza tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni kienu fil-kategorija ta’ riskju medju. Barra minn hekk, il-qafas ta’ kontroll f’diversi livelli u korrettiv tal-politika ta’ koeżjoni jiżgura li r-riskju fl-għeluq jibqa’ taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Il-Kummissjoni tista’ tirrapporta b’mod preċiż liema programmi li fihom l-Istati Membri jinsabu f’riskju medju (riskju fil-waqt tal-pagament ogħla minn bejn 2 % u 2,5 %) u f’riskju għoli, b’riskju fil-waqt tal-pagament ogħla minn 2,5 % jew bi dgħufijiet sinifikanti identifikati ( 42 ). B’mod simili, għar-riżorsi naturali fejn in-nefqa hija ta’ riskju baxx b’mod ġenerali, il-Kummissjoni tista’ tidentifika dawk l-interventi fil-livell tal-aġenziji tal-pagamenti li huma vvalutati bħala ta’ riskju medju jew għoli ( 43 ). In-nefqa kollha li jifdal taħt l-intestaturi l-oħra tal-qafas finanzjarju pluriennali – il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, is-sigurtà u d-difiża, il-viċinat u d-dinja, u n-nefqa amministrattiva – hija ta’ riskju baxx jew medju.

Il-kategorizzazzjoni tan-nefqa tal-Kummissjoni Ewropea f’segmenti ta’ riskju ogħla, medju u aktar baxx, bħala perċentwal tal-ammont totali tan-nefqa rilevanti għall-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.

L-approċċ tal-Kummissjoni għall-kontroll tal-fondi li qiegħda timplimenta jirrifletti r-rwol speċifiku tagħha. Id-dmir tal-Kummissjoni bħala maniġer tal-baġit tal-UE huwa li, fuq bażi pluriennali, tipprevjeni l-iżbalji u, jekk ikun neċessarju, tikkoreġihom, tirkupra l-fondi minfuqa bla bżonn u tindirizza d-dgħufijiet identifikati. L-approċċ tal-Kummissjoni jirriżulta minn perspettiva ta’ ġestjoni pluriennali u jirrikjedi li tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata. Hija differenti minn dik tal-Qorti tal-Awdituri, li hija annwali skont id-definizzjoni tagħha u tieħu l-perspettiva ta’ awditur.

Għan-nefqa tal-2023-2027 skont il-politika agrikola komuni, il-Qorti tal-Awdituri tkompli tapplika l-approċċ tas-snin preċedenti. Il-Qorti tal-Awdituri tiddetermina rata ta’ żball ibbażata fuq awditi ta’ pagamenti lill-benefiċjarji finali, filwaqt li tivverifika jekk dawn jikkonformawx mar-regoli stabbiliti mill-Istati Membri fil-pjanijiet tagħhom. L-iżbalji identifikati fil-pagamenti huma analizzati wkoll mill-Qorti tal-Awdituri għal indikazzjonijiet ta’ nuqqasijiet serji potenzjali fis-sistemi ta’ governanza fl-Istati Membri, li huma l-fokus tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, l-approċċ tal-Qorti tal-Awdituri huwa komplementari għal dak tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tirrapporta b’mod trasparenti dwar in-nefqa b’livell għoli ta’ riskju li titqies bħala materjali, bi dgħufijiet sinifikanti fil-ġestjoni tal-fondi jew b’riskji għar-reputazzjoni. Dan isir fir-rapporti annwali tal-attività ta’ kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega permezz ta’ riżervi li jikkwalifikaw id-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tiegħu. Għall-2025, hemm 32 riżerva, 30 relatati man-nefqa skont il-baġit tal-UE, b’impatt finanzjarju totali ta’ EUR 867 miljun, jew 0,5 % tan-nefqa totali, u tnejn relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b’impatt finanzjarju ta’ EUR 343 miljun, jew 0,8 % tan-nefqa totali skont il-Faċilità fl-2025. Ir-riżervi huma element ewlieni tal-katina tal-akkontabilità. Dawn jiddeskrivu l-isfidi u d-dgħufijiet affaċċjati u huma akkumpanjati sistematikament minn deskrizzjoni tal-miżuri previsti biex dawn jiġu indirizzati. Jiġu applikati wkoll korrezzjonijiet finanzjarji xierqa.

Kawżi ewlenin tal-iżbalji

·Kostijiet ineliġibbli fil-pretensjonijiet tal-kostijiet.

·Nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-UE jew dawk nazzjonali (akkwist, għajnuna mill-Istat, eċċ.).

·Parteċipanti ineliġibbli.

·Dokumenti ta’ sostenn neqsin.

Miżuri ta’ mitigazzjoni

·Aġġornament kontinwu tal-istrateġiji ta’ kontroll.

·Għażliet ta’ kostijiet issimplifikati.

·Azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni.

·Gwida.

·Taħriġ.

·Soluzzjonijiet diġitali.

Il-Kummissjoni tuża miżuri xierqa biex tindirizza d-dgħufijiet ewlenin identifikati permezz tal-kontrolli tagħha, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament Ewropew, mill-awditur intern u mill-Qorti tal-Awdituri.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset it-tagħlimiet meħuda, b’mod partikolari dwar il-miżuri ta’ simplifikazzjoni, meta fasslet il-qafas legali għal programmi ġodda. Dan sar, pereżempju, għall-atti bażiċi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 u fil-proposti għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034. Kif spjegat hawn fuq, l-impatt tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni bħall-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati se jiżdied fis-snin li ġejjin, meta sseħħ aktar nefqa mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 u tkun ġiet ivverifikata skont ir-regoli għal dan il-perjodu ta’ programmazzjoni.

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, fl-2025, il-baġit tal-UE kien protett tajjeb b’mod ġenerali. Dan huwa kkonfermat mill-konklużjoni ġenerali tal-awditur intern ( 44 ), li fiha hija qieset li, matul is-sena, il-Kummissjoni stabbiliet proċeduri ta’ governanza, ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll intern li, meta jittieħdu flimkien, huma adegwati biex jagħtu aċċertament raġonevoli dwar l-ilħuq tal-objettivi finanzjarji tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-oqsma ta’ ġestjoni finanzjarja li fuqhom l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega jkunu esprimew riżervi fid-dikjarazzjonijiet ta’ aċċertament tagħhom.

Rapportar trasparenti

Il-Kummissjoni tirrapporta b’mod trasparenti dwar l-implimentazzjoni operazzjonali u baġitarja tal-fondi li timmaniġġja, u tipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċjarji u r-riċevituri tal-fondi tal-UE.
Dan isir permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ rapporti u bażijiet tad-data aċċessibbli għall-pubbliku, li eżempji tagħhom huma

mogħtija hawn taħt.

·Ir-rapportar finanzjarju u tal-akkontabilità integrat tal-Kummissjoni jiġbor flimkien informazzjoni komprensiva dwar l-implimentazzjoni, il-prestazzjoni, ir-riżultati, il-ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE. Dan jinkludi l-kontijiet konsolidati finali, dan ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE, it-tbassir fit-tul tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ futuri, ir-rapport annwali tal-awditjar intern u r-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza.

·Fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega tat-52 dipartiment kollha kemm huma tal-Kummissjoni jirrapportaw dwar il-progress miksub fl-objettivi tagħhom fl-implimentazzjoni tal-fondi. Huma jirrapportaw dwar ir-riżultati tal-kontroll, id-dgħufijiet identifikati fis-sistemi ta’ kontroll intern u l-miżuri meħuda biex dawn jiġu indirizzati. Huma jsemmu b’mod trasparenti fid-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tagħhom ir-riżervi għan-nefqa jew għad-dħul b’riskju għoli.

·Il-portal tal-web tas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja huwa miftuħ għall-membri tal-pubbliku li huma interessati li jsiru jafu min irċieva finanzjament mill-baġit tal-UE u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u kemm irċevew, taħt ġestjoni diretta, flimkien mal-impenji għall-entitajiet fdati bil-ġestjoni tal-baġit tal-UE taħt ġestjoni indiretta.

·Id-dashboard tal-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU jipprovdi ħarsa ġenerali f’ħin reali lejn il-miżuri ffinanzjati mill-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU u n-nefqa relatata. Din id-data turi li l-Kummissjoni qiegħda toħroġ bonds ekoloġiċi f’konformità mal-ogħla standards u mal-aħjar prattiki tas-suq. Kull sena, il-Kummissjoni tippubblika rapport dwar l-allokazzjoni u l-impatt tal-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU, li juri kif intużaw ir-rikavati mill-bonds ekoloġiċi u jippreżenta l-valutazzjoni tal-impatt klimatiku tal-miżuri ffinanzjati minnhom, flimkien mal-livell ta’ konformità mat-tassonomija tal-UE.

·Kohesio ( 45 ), il-pjattaforma pubblika għall-viżibbiltà u għat-trasparenza tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, tinkludi l-listi ta’ operazzjonijiet li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE ppubblikati mill-Istati Membri kollha għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2014-2020 u 2021-2027 f’konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji applikabbli.

·Fir-rigward tar-riżorsi naturali, it-trasparenza tal-informazzjoni tinkiseb fil-livell tal-Istati Membri permezz tal-iżvilupp u l-ġestjoni tas-sistemi nazzjonali u, kif applikabbli, il-bażijiet tad-data aċċessibbli permezz tal-internet, pereżempju, għall-identifikazzjoni tal-irqajja’ tal-art għall-fondi agrikoli, u l-pubblikazzjoni regolari tal-benefiċjarji għall-fondi tal- agrikoltura u dawk marittimi, tas-sajd u tal-akkwakultura .

·Għall-faċilitajiet tal-Moldova, tal-Ukrajna u tal-Balkani tal-Punent, fl-2025 ġew stabbiliti tabelli ta’ valutazzjoni għall-pjanijiet rispettivi, li jipprovdu aċċess pubbliku faċli għall-valutazzjoni tar-riformi kif koperti fid-deċiżjonijiet li fuqhom huma bbażati l-pagamenti.

·Għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, it-tabella ta’ valutazzjoni turi d-data rrapportata mill-Istati Membri dwar il-100 riċevitur finali li jirċievu l-ogħla ammont ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-miżuri skont il-faċilità. Id-data tiġi aġġornata darbtejn fis-sena. Is-sit web għall-Faċilità jinkludi wkoll mappa ta’ proġetti li tipprovdi eżempji ta’ riformi u ta’ investiment appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fid-diversi Stati Membri. Fl-2025, biex tkompli tissaħħaħ it-trasparenza, id-data dwar il-miżuri kollha u l-objettivi intermedji u l-miri kollha saret disponibbli fit-Tabella ta’ Valutazzjoni.

Għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza skont in-NextGenerationEU, ir-riżultati tal-kontroll jikkonfermaw l-ilħuq sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri kollha għall-pagamenti li saru fl-2025

Għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni stabbiliet ambjent ta’ kontroll dedikat. Din l-istruttura ta’ kontroll tiżgura kemm li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta’ kontroll effettiva għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, skont ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ( 46 ), kif ukoll li l-pagamenti lill-Istati Membri jkunu legali u regolari.

L-objettivi intermedji kollha tal-awditjar u tal-kontroll ġew ivvalutati bħala ssodisfati għall-Istati Membri kollha li kienu rċevew pagament sa tmiem l-2025 u li għalihom it-tali objettivi intermedji kienu żdiedu mal-pjan nazzjonali tagħhom. Ingħatat attenzjoni partikolari lill-kisba ta’ dawn l-objettivi intermedji fir-rigward tal-arranġamenti tal-Istati Membri biex tiġi żgurata sistema adegwata ta’ awditjar u ta’ kontroll biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE. Wara valutazzjoni bir-reqqa matul ir-reviżjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Kummissjoni pproponiet objettivi intermedji ġodda tal-awditjar u tal-kontroll fejn dan tqies neċessarju ( 47 ). Is-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri tjiebu b’mod sinifikanti mit-tnedija tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, b’56 objettiv intermedju tal-awditjar u tal-kontroll (minn 83) ivvalutati bħala li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti. Is-27 li jifdal, li jikkorrispondu għal Stat Membru wieħed, se jiġu vvalutati ladarba jiġu ppreżentati t-talbiet għall-pagament korrispondenti. L-Istati Membri ma jistgħux jirċievu pagamenti, ħlief għall-prefinanzjament, sakemm jintlaħqu l-objettivi intermedji tal-awditjar u tal-kontroll.

Fl-2025, il-Kummissjoni wettqet erba’ awditi tas-sistemi dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ( 48 ). Sal-aħħar ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni kienet wettqet 36 awditu tas-sistemi, li koprew l-Istati Membri kollha. Matul dawn l-awditi, il-Kummissjoni vverifikat ukoll jekk l-Istati Membri kinux ikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jivverifikaw il-konformità mar-regoli applikabbli b’mod regolari, b’mod partikolari r-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat, inkluża l-effettività ta’ tali kontrolli, u jekk kellhomx proċeduri biex jevitaw finanzjament doppju bejn il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u programmi oħra tal-UE. Ġie nnutat titjib ġenerali fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern fost il-korpi ta’ implimentazzjoni u ta’ koordinazzjoni awditjati. L-Istati Membri qegħdin jimplimentaw it-titjib neċessarju li jirriżulta mis-sejbiet tal-awditjar. F’xi każijiet, l-objettivi intermedji tal-awditjar u tal-kontroll ipprovdew inċentiv addizzjonali għall-Istati Membri biex jimplimentaw azzjonijiet li jirrispondu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar fil-ħin.

Fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità, ir-riżultati tal-kontroll tal-Kummissjoni jikkonfermaw l-ilħuq sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri kollha għall-pagamenti li saru fl-2025. Dawn ir-riżultati huma bbażati fuq il-valutazzjoni bir-reqqa tal-Kummissjoni ( 49 ) tal-evidenza pprovduta mill-Istati Membri biex jissostanzjaw l-ilħuq tal-objettivi intermedji u l-miri, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u s-sommarji tal-awditjar li jakkumpanjaw kull talba għal pagament, qabel ma jsir il-pagament. Dan ippermetta li għadd żgħir ħafna ta’ objettivi intermedji u miri (11 minn 1 174 ivvalutati) jiġu identifikati bħala li ma ntlaħqux fiż-żmien meta ġew ippreżentati t-talbiet għall-pagament, u li għalihom ġew applikati sospensjonijiet ta’ pagamenti li jammontaw għal EUR 1 737,5 miljun ( 50 ). Din il-valutazzjoni ġiet ikkomplementata minn awditi fuq il-post ( 51 ) wara li kienu saru l-pagamenti. Il-kisba sodisfaċenti ta’ żewġ miri oħra ( 52 ) ġiet ikkontestata, a posteriori, wara li tqiesu r-riżultati tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tagħha tal-2025. Il-pagament korrispondenti tqies li kien ta’ riskju għoli.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli b’delega rrapporta li kellu aċċertament raġonevoli tal-legalità u tar-regolarità tal-pagamenti li saru fl-2025 għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, abbażi tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa ħlief għal pagament wieħed meqjus ta’ riskju għoli li għalih inħarġet riżerva. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pagamenti l-oħra kollha li saru fl-2025 tqiesu li kienu f’livell baxx jew medju ta’ riskju ta’ żball. Barra minn hekk, fir-rigward tal-konformità mar-regoli applikabbli kollha meta jintużaw il-fondi, u l-obbligu li jiġu kkoreġuti każijiet ta’ frodi, ta’ korruzzjoni, ta’ kunflitt ta’ interess jew ta’ ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-ftehimiet ta’ finanzjament u ta’ self, Stat Membru wieħed( 53 ) instab li kien f’livell għoli ta’ riskju, li għalih inżammet riżerva. L-Istati Membri l-oħra kollha ġew ivvalutati jew f’livell medju ta’ riskju jew f’livell baxx ta’ riskju.

Ir-reġim ta’ kondizzjonalità jkompli jikkontribwixxi għall-protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-UE

Mill-2021, bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità ( 54 ), il-baġit tal-UE kellu saff addizzjonali ta’ protezzjoni meta l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa, jew jirriskja serjament li jaffettwa, l-interessi finanzjarji tal-UE b’mod suffiċjentement dirett. L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE, u r-rispett tiegħu huwa wkoll kruċjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE u għall-użu effettiv tal-finanzjament tal-UE. Ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jikkomplementa għodod u proċeduri oħra biex jiġi protett il-baġit tal-UE, pereżempju verifiki u awditi jew korrezzjonijiet finanzjarji skont ir-regoli settorjali, inklużi dawk stabbiliti mir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ( 55 ) u mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ( 56 ) li jirregolaw diversi fondi u programmi tal-UE, jew investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.

Ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jippermetti lill-UE tieħu miżuri biex tipproteġi l-baġit tal-UE, pereżempju permezz tas-sospensjoni tal-pagamenti jew tal-korrezzjonijiet finanzjarji. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-regolament, il-Kummissjoni trid tipproponi li l-Kunsill jadotta miżuri xierqa u proporzjonati fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill jiddeċiedi dwar l-adozzjoni ta’ miżuri b’maġġoranza kwalifikata. Jekk jiġu adottati miżuri, l-Istat Membru kkonċernat biss għandu jiġi affettwat: il-programmi rilevanti tal-UE għandhom ikomplu jiġu implimentati, u l-Istat Membru jibqa’ marbut li jissodisfa l-obbligi tiegħu, inkluż dak li jħallas lir-riċevituri finali.

Fl-2025, il-Kummissjoni kompliet timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha, u baqgħu fis-seħħ il-miżuri protettivi fir-rigward tal-Ungerija. Wara l-proċedura mnedija f’Diċembru 2022 biex jiġu imposti miżuri protettivi, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid is-sitwazzjoni għall-Ungerija fi tmiem l-2023 u fi tmiem l-2024 u kkonkludiet li l-baġit tal-UE baqa’ fl-istess livell ta’ riskju. Għalhekk, il-Kummissjoni ma pproponiet l-ebda tneħħija jew adattament tal-miżuri protettivi. Fl-2025, l-Ungerija ma nnotifikatx miżuri ta’ rimedju ġodda biex tindirizza l-kwistjonijiet identifikati mill-Kunsill ( 57 ).

Konklużjoni dwar il-ġestjoni

Il-Kummissjoni tiżgura li l-baġit tal-UE jaqdi liċ-ċittadini tal-UE. Bis-saħħa tal-għodod effettivi fis-seħħ u tal-ġestjoni proattiva tal-baġit tal-UE, il-baġit laħaq l-objettivi tiegħu u għen biex iwieġeb għal diversi sfidi mhux previsti. Il-Kummissjoni pprovdiet lill-benefiċjarji, lis-sħab ta’ implimentazzjoni u lill-Istati Membri tagħha l-flessibbiltà xierqa biex iwieġbu għal ċirkostanzi mhux previsti, filwaqt li żgurat ġestjoni finanzjarja tajba u żammet livell xieraq ta’ aċċertament dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-UE.

Il-flessibbiltà u l-ġestjoni finanzjarja tajba huma integrali għall-proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027. Il-baġit tal-UE jrid ikompli jibbilanċja l-prevedibbiltà għall-investiment fit-tul u l-flessibbiltà għar-rispons għall-kriżijiet, iżda l-kumplessità u r-riġidità strutturali kurrenti fil-baġit tal-UE ma humiex adattati għall-ambjent ġeopolitiku volatili ħafna li fih huwa impossibbli li llum jitbassru l-prijoritajiet ta’ għada. Se jkun meħtieġ baġit ħafna aktar simplifikat u flessibbli għall-futur, li se jkompli jipprovdi wkoll il-prevedibbiltà u l-istabbiltà, flimkien mal-kontrolli finanzjarji robusti, li huma l-pedamenti tal-baġit tal-UE.

Għall-2025, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega kollha pprovdew aċċertament raġonevoli, ikkwalifikat b’riżervi fejn xieraq. Ir-rapporti annwali tal-attività juru li d-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni implimentaw sistemi ta’ kontrolli interni solidi u jipprovdu evidenza tal-azzjonijiet meħudin biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet u d-dgħufijiet identifikati, tittejjeb il-kosteffettività, jiġu ssimplifikati ulterjorment ir-regoli u jiġi protett b’mod adegwat il-baġit kontra frodi, żbalji u irregolaritajiet.

L-awditur intern, fil-konklużjoni ġenerali tagħha, qieset li, fl-2025, il-Kummissjoni stabbiliet proċeduri ta’ governanza, ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll intern li, meħuda flimkien, huma adegwati biex jagħtu aċċertament raġonevoli dwar il-kisba tal-objettivi finanzjarji tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-oqsma ta’ ġestjoni finanzjarja li fuqhom l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega esprimew riżervi fid-dikjarazzjonijiet ta’ aċċertament tagħhom.



Abbażi tal-aċċertamenti u tar-riżervi fir-rapporti annwali tal-attività u fid-dawl tal-opinjoni tal-awditur intern, il-Kulleġġ tal-Kummissarji jadotta dan ir- Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE – Sena finanzjarja 2025 u jieħu f’idejh ir-responsabbiltà politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE.

(1) ()    Il-proċedura ta’ kwittanza annwali hija l-proċedura li permezz tagħha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu l-approvazzjoni finali tagħhom għall-implimentazzjoni tal-baġit għal sena speċifika u jżommu lill-Kummissjoni politikament akkontabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE ( https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/eu-budget/how-it-works/annual-lifecycle/assessment/discharge-procedure_mt ).
(2) ()    L-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 186, http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2016/art_318/oj ).
(3) ()    L-Artikolu 253(1)(b) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, (ĠU L 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj ).
(4) ()    L-Artikolu 253 tar-Regolament Finanzjarju.
(5) ()    L-Artikolu 252 tar-Regolament Finanzjarju.
(6) ()    L-Artikolu 253(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
(7) ()    L-Artikolu 118(8) tar-Regolament Finanzjarju.
(8) ()    L-Artikolu 267(3) tar-Regolament Finanzjarju.
(9) ()    Dan l-ammont jinkludi EUR 190,9 biljun mill-baġit finali adottat; EUR 1,6 biljun minn approprjazzjonijiet riportati jew li reġgħu saru disponibbli mill-2024; u EUR 14,1 biljun minn approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn dħul assenjat (li minnhom EUR 0,4 biljun minn Next Generation EU).
(10) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Boxxla għall-kompetittività tal-UE COM(2025) 30 final tad-29 ta’ Jannar 2025 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52025DC0030  
(11) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment, Semestru Ewropew 2026 – Pakkett tar-Rebbiegħa, COM(2026) 200 final tat-3 ta’ Ġunju 2026, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2026%3A200%3AFIN&qid=1780494235578
(12) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, is-sit web tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa, https://strategic-technologies.europa.eu/index_mt .
(13) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, “STEP documents”, is-sit web tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa, https://strategic-technologies.europa.eu/about/step-documents_mt .
(14) ()    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – L-investiment fil-kompetittività u fit-tmexxija teknoloġika tal-UE, COM(2025) 421 final tas-16 ta’ Lulju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52025DC0421&qid=1778335917845 .
(15) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, “Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA)”, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, https://cohesiondata.ec.europa.eu/funds/emfaf/21-27#achievements .
(16) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, “2025 was EU’s most destructive wildfire season on record”, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, il-31 ta’ Marzu 2026, https://joint-research-centre.ec.europa.eu/jrc-news-and-updates/2025-was-eus-most-destructive-wildfire-season-record-2026-03-31_mt .
(17) ()    Ir-Regolament (UE) 2026/467 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2026 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna għall-2026 u l-2027 (ĠU L, 2026/467, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/467/oj ).
(18) (*)    Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(19) ()    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30.9.2025 dwar il-finanzjament tal-miżura speċjali favur is-Sirja għall-2025, C(2025) 6539 final, https://north-africa-middle-east-gulf.ec.europa.eu/commission-implimenting-decision-financing-special-measure-favour-syria-2025_en .
(20) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali, “Building WASH facilities in schools in Uganda”, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, https://international-partnerships.ec.europa.eu/policies/global-gateway/building-wash-facilities-schools-uganda_mt .
(21) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali, “AfricaConnect4 in sub-Saharan Africa”, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, https://international-partnerships.ec.europa.eu/policies/global-gateway/africaconnect4-sub-saharan-africa_mt .
(22) ()    Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni.
(23) ()    Ċifri bbażati fuq baġit mill-baġit finali adottat tal-UE, in-NextGenerationEU u l-impenji li reġgħu saru disponibbli skont l-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju. L-appoġġ għal prijoritajiet differenti ma għandux jiġi aggregat, peress li f’xi każijiet l-istess intervent jista’ jikkontribwixxi għal aktar minn prijorità waħda.
(24) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u s-Segretarjat Ġenerali, “Recovery and resilience scoreboard”, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, id-9 ta’ Mejju 2026, https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt .
(25) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment, Semestru Ewropew 2026 – Pakkett tar-Rebbiegħa, COM(2026) 200 final tat-3 ta’ Ġunju 2026, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2026%3A200%3AFIN&qid=1780494235578  
(26) ()    Din l-informazzjoni hija bbażata fuq id-data rrapportata mill-Istati Membri fil-kuntest tar-rapportar biannwali dwar l-indikaturi komuni. Aktar informazzjoni u data huma disponibbli mit-tabella ta’ valutazzjoni għall-irkupru u r-reżiljenza (ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna).
(27) ()    L-indikatur jgħodd in-numru totali ta’ użi aktar milli n-numru ta’ individwi uniċi.
(28) ()    Din iċ-ċifra turi l-istimi tal-kostijiet ibbażati fuq il-metodoloġija tal-ittaggjar tal-pilastri għat-tabella ta’ valutazzjoni tal-irkupru u tar-reżiljenza (ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna) u tikkorrispondi għall-miżuri allokati għall-pilastru tat-tranżizzjoni ekoloġika bħala pilastru ta’ politika primarju jew sekondarju.
(29) ()    Iċ-ċifri għall-enerġija rinnovabbli u għall-infrastruttura ppreżentati f’din l-analiżi tematika, ħlief meta speċifikat mod ieħor, huma bbażati fuq il-metodoloġija tal-ittaggjar tal-pilastri għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza u jikkorrispondu għall-miżuri allokati għall-qasam ta’ politika “Enerġija Rinnovabbli u Networks” bħala qasam ta’ politika primarju jew sekondarju f’Settembru 2025.
(30) ()    Abbażi tal-kapaċità rinnovabbli totali tal-EU-27 disponibbli mill-Istatistika dwar il-Kapaċità Rinnovabbli tal-2025 tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA). Mill-2021, ġew varati 191,33 gigawatt ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-EU-27.
(31) ()    Skont il-Eurostat (2025), l-għadd ta’ unitajiet domestiċi skont il-kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi.
(32) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill NextGenerationEUIl-mixja lejn l-2026, COM(2025) 310 final/2 tal-4 ta’ Ġunju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:52025DC0310 .
(33) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, Green bonds – Impact and allocation report – NGEU report 2023, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2023, https://data.europa.eu/doi/10.2761/302803 .
(34) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, Green Bonds Allocation and Impact Report 2025, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2025, https://data.europa.eu/doi/10.2761/8167958 .
(35) ()    It-terminu “uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delega” jkopri d-dipartimenti tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni u l-kapijiet tal-aġenziji eżekuttivi, l-uffiċċji, is-servizzi, it-task forces, eċċ. L-Artikolu 74(1) tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li “L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli fl-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa b’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż permezz tal-iżgurar ta’ rappurtaġġ dwar il-prestazzjoni, u sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ legalità u regolarità u ta’ trattament ugwali tar-riċevituri.”
(36) ()    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament EwropewIs-36 Rapport Annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-ġlieda kontra l-frodi – 2024, COM(2025) 426 final tal-25 ta’ Lulju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:52025DC0426 .
(37) ()    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni, (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj ), li daħal fis-seħħ f’Jannar 2024.
(38) ()    Korpi ta’ ċertifikazzjoni għall-agrikoltura.
(39) ()    Il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova, il-Faċilità għall-Ukrajna u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent.
(40) ()    Fl-2025, il-pagamenti kienu jikkonsistu f’self, lill-faċilitajiet kollha, mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self tal-Kummissjoni, u ta’ finanzjament mhux ripagabbli, lill-Ukrajna biss, mill-baġit tal-UE.
(41) ()    Għall-intestatura koeżjoni, reżiljenza u valuri, li hija usa’ mill-koeżjoni waħedha, ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa ta’ 2,3 %. Għall-koeżjoni waħedha, ara wkoll il-Volum III, l-Anness 5, it-Tabella B, dan huwa ta’ 2,71 %.
(42) ()    Fl-2025, saru riżervi għall-politika ta’ Koeżjoni fir-rigward ta’ 68 programm fi 17-il Stat Membru u fir-Renju Unit kemm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 kif ukoll għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.
(43) ()    Fl-2025, għan-nefqa skont il-mudell il-ġdid ibbażat fuq il-prestazzjoni, 82 intervent f’34 aġenzija tal-pagamenti f’25 Stat Membru tqiegħdu taħt riżerva.
(44) ()    Ara l-Anness 2, it-Taqsima 3.2 “Ħidma tas-Servizz tal-Awditjar Intern u konklużjoni ġenerali”.
(45) ()     https://kohesio.eu/ .
(46) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU 57, 18.2.2021, p.  17–75, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj ).
(47) ()    Fl-2023 żdiedu għaxar objettivi intermedji u miri tal-awditjar u tal-kontroll f’seba’ pjanijiet riveduti għall-irkupru u r-reżiljenza u fl-2025 żdied wieħed.
(48) ()    Fir-rigward tal-Irlanda, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Polonja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja.
(49) ()    Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni żżomm marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward ta’ għadd limitat ta’ ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu aċċettati devjazzjonijiet minimi marbuta mal-ammonti, mar-rekwiżiti formali, mat-twaqqit jew mas-sustanza.
(50) ()    Ir-Rumanija (sitt objettivi intermedji u miri, EUR 869,8 miljun), Spanja (żewġ objettivi intermedji u miri, EUR 500,3 miljun), il-Bulgarija (tliet objettivi intermedji u miri, EUR 367,4 miljun). F’konformità mal-metodoloġija adottata fi Frar 2023 fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Sentejn wara – Strument uniku fil-qalba tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE, COM(2023) 99 final, il-21 ta’ Frar 2023, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52023DC0099 .
(51) ()    Fl-2025, il-Kummissjoni wettqet 23 awditu dwar l-objettivi intermedji u l-miri (xi wħud minnhom kienu kkombinati wkoll ma’ awditi tas-sistemi). Dawn l-awditi jitwettqu fuq bażi ta’ riskju, u normalment ikopru 100 % tal-objettivi intermedji u tal-miri b’riskju għoli, flimkien ma’ xi objettivi intermedji u miri b’riskju medju.
(52) ()    Għat-tielet pagament lill-Polonja ġiet introdotta riżerva finanzjarja b’impatt finanzjarju li jammonta għal EUR 326,1 miljun, li jirrappreżenta 0,72 % tal-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mħallas fl-2025.
(53) ()    Każijiet ta’ kunflitti ta’ interess identifikati matul l-awditi fl-2024 b’impatt finanzjarju li ammontaw għal EUR 16,85 miljun, li jirrappreżentaw 0,04 % tal-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mħallas fl-2025.
(54) ()    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, (ĠU L 433I, 22.12.2020, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj ).
(55) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj ).
(56) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj ).
(57) ()    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija (ĠU L 325, 20.12.2022, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2506/oj ).
Top

Strasburgu, 16.6.2026

COM(2026) 824 final

ANNESS

għar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI

Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE — sena finanzjarja 2025


Werrej

Werrej    

Anness 1 – Prestazzjoni tal-baġit tal-UE fl-2025    

1. Monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

2. Appoġġ baġitarju tal-UE għar-riformi

3. Il-baġit tal-UE li jappoġġa l-prijoritajiet politiċi tal-UE fl-2025

4. Prijoritajiet ta’ politika orizzontali fil-baġit tal-UE

Anness 1 – Prestazzjoni tal-baġit tal-UE fl-2025

1. Monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

Il-baġit tal-UE jinsab fil-qalba tal-azzjoni politika tal-UE. Matul is-snin, għen biex jittejbu l-kwalità tal-ħajja u l-għajxien tan-nies fl-UE u lil hinn minnha. Dan jixpruna l-investiment fil-futur, għal Ewropa aktar nadifa, diġitali u aktar kompetittiva. Fl-istess ħin, ipprovda għajnuna vitali fi żminijiet ta’ kriżi: għen biex tingħeleb pandemija u jiġu salvati miljuni ta’ impjiegi matul il-lockdowns, kien ta’ assistenza għan-nies u għall-kumpaniji biex jgħaddu minn kriżijiet tal-enerġija u qed jipprovdi appoġġ vitali u affidabbli għall-Ukrajna quddiem il-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja.

Il-baġit tal-UE huwa għodda essenzjali għat-twettiq tal-prijoritajiet tal-UE. Permezz tal-programmi tiegħu, il-baġit jappoġġa l-politiki interni u esterni tal-UE. Dan joħloq valur miżjud tal-UE billi jagħti riżultati li ma jkunux jistgħu jinkisbu permezz ta’ nfiq nazzjonali mhux koordinat. Il-programmi tal-UE huma mfassla biex jiftħu sinerġiji, jikkatalizzaw finanzjament privat u pubbliku u jipprovdu spinta koordinata lill-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni.

Implimentazzjoni tal-baġit fl-2025

Fl-2025, il-baġit fit-tul tal-UE (il-qafas finanzjarju pluriennali) u NextGenerationEU komplew jagħtu prova tal-kapaċità tagħhom li jirfdu r-rispons politiku tal-UE għal diversi kriżijiet – bħall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kriżi tal-enerġija, l-interruzzjoni fil-ktajjen tal-provvista, diżastri naturali mingħajr preċedent u kriżijiet umanitarji – filwaqt li fl-istess ħin baqgħu strumentali għat-twettiq tal-prijoritajiet aktar fit-tul tal-Kummissjoni. Biex jinkiseb dan, fl-2025 ġew impenjati EUR 206,5 biljun mill-baġit tal-UE ( 1 ) biex jiġu promossi s-sostenibbiltà, il-kompetittività u l-prosperità tal-UE, b’mod partikolari billi jsir investiment fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Dan l-investiment se jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-UE, irawwem il-ħolqien tal-impjiegi u jgħin biex jinbena futur aktar ġust u sostenibbli għall-Ewropej kollha.

Qafas finanzjarju pluriennali: l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-baġit tal-UE għall-2025 skont l-intestatura tal-baġit (f’miljuni ta’ EUR)

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

L-istat tal-implimentazzjoni jvarja bejn il-programmi tal-UE. Fil-ħames sena ta’ implimentazzjoni tagħhom, il-programmi taħt ġestjoni diretta u indiretta għamlu progress sostanzjali fil-kisba tal-objettivi speċifiċi tagħhom. Għall-programmi ta’ ġestjoni kondiviża, bħal skont il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2021-2027 aċċellerat b’mod sinifikanti fl-2025. Sa tmiem l-2025, l-Istati Membri kienu għażlu operazzjonijiet li ammontaw għal 64 % tal-allokazzjoni tagħhom tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Fond ta’ Koeżjoni, tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (inkluż Interreg Europe) u tal-Fond Soċjali Ewropew Plus. Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni fl-2025 fetaħ opportunità biex jiġi żgurat appoġġ għall-aktar prijoritajiet urġenti.

B’kollox, ġew riallokati EUR 34,6 biljun f’fondi tal-politika ta’ koeżjoni għall-prijoritajiet strateġiċi tal-UE f’25 Stat Membru:

·EUR 15,2 biljun (jew 43 % tat-total) għall-kompetittività (fejn il-pjattaforma tat-teknoloġiji strateġiċi għall-Ewropa (STEP) ammontat għal EUR 15,1 biljun);

·EUR 11,9 biljun (34 %) għad-difiża;

·EUR 3,3 biljun (kważi 10 %) għall-akkomodazzjoni;

·EUR 3,1 biljun (9 %) għall-investimenti fl-ilma; u

·EUR 1,2 biljun (ftit aktar minn 3 %) għas-sigurtà tal-enerġija.

NextGenerationEU ta spinta ulterjuri lill-kapaċità tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa b’impatt ta’ tkabbir fit-tul, u enfasi qawwija fuq it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi. Mill-2021 sal-2026, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), li hija l-qalba tan-NextGenerationEU, qed tipprovdi EUR 577 biljun ta’ finanzjament f’għotjiet u f’self lill-Istati Membri ( 2 ), inklużi EUR 16,4 biljun iffinanzjati bid-dħul mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u mit-trasferimenti mir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit. Fl-2025, ġew żborżati EUR 95,8 biljun f’fondi tan-NextGenerationEU, xprunati l-aktar mill-pagamenti skont l-RRF li ammontaw għal EUR 87,3 biljun (EUR 40,1 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli u għal EUR 47,2 biljun f’self). Dan ġab l-iżborżi totali skont il-Faċilità għal EUR 393,4 biljun, maqsuma f’EUR 237,5 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli (66 % tal-pakkett totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli tal-RRF ta’ EUR 360 biljun fi tmiem l-2025) u EUR 155,9 biljun f’self (56 % tal-pakkett totali ta’ self tal-RRF ta’ EUR 277 biljun fi tmiem l-2025).

Fl-2025, tħallsu EUR 5,5 biljun għal impenji li saru skont diversi programmi tal-UE fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti (2014-2020). Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-pagamenti kienu assoċjati mal-politika ta’ koeżjoni (inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew), flimkien mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Monitoraġġ tal-prestazzjoni

Fl-2025, il-programmi tal-UE komplew jagħmlu progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ewlenin tagħhom u l-għoti ta’ valur għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Il-progress lejn l-objettivi tal-programm huwa mmonitorjat b’mod partikolari permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni. Għal dawk l-indikaturi b’miri definiti u li għalihom il-progress tal-implimentazzjoni ppermetta valutazzjoni, il-maġġoranza l-kbira (79 %) tqiesu li kienu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom sa tmiem l-implimentazzjoni tal-programmi. Informazzjoni dettaljata fil-livell tal-programm hija disponibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programmi, l-Anness 4 ta’ dan ir-rapport.

Diżaggregazzjoni tal indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tal-2021-2027 skont il-progress lejn il-miri

 

NB: Il-graff turi l-progress kif imkejjel skont is-sehem tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin li jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri rispettivi

tagħhom. Ma tinkludix indikaturi li għalihom ir-riżultati ma jippermettux li ssir valutazzjoni f’dan l-istadju.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

L-infiq irid jindirizza l-isfidi u jagħti r-riżultati mistennija fil-prattika. It-tabella ta’ hawn taħt turi eżempji ta’ riżultati mill-baġit tal-UE miksuba kemm skont l-oqfsa finanzjarji pluriennali kemm tal-2014-2020 kif ukoll tal-2021-2027.

Eżempji ta’ riżultati miksuba

Klima ( 3 )

·42 gigawatt-siegħa ta’ ffrankar stmat mill-effiċjenza enerġetika fis-sena minn bini privat u pubbliku mill-programm InvestEU, minn fondi tal-politika ta’ koeżjoni, mill-programm LIFE u mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fil-perjodu 2021-2025.

·124 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju evitati fis-sena, li minnhom kważi nofshom kienu permezz tal-investiment f’bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU. Barra minn hekk, huma mistennija 962 miljun tunnellata ta’ tnaqqis ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju mill-proġetti tal-Fond għall-Innovazzjoni, għaddejjin jew lesti fi tmiem l-2025, matul l-ewwel 10 snin ta’ operazzjonijiet tagħhom.

·108 gigawatt-siegħa addizzjonali ta’ kapaċità tal-enerġija rinnovabbli ġew installati mill-programm InvestEU, mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, mill-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fil-perjodu 2021-2025.

Diġitali

·Sa tmiem l-2025, 20 miljun abitazzjoni addizzjonali ngħataw l-aċċess għall-internet permezz ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, minn InvestEU u mill-fondi ta’ koeżjoni.

·Sa tmiem l-2025, inħolqu 10 362 terabit fis-sekonda ta’ kapaċità addizzjonali minn networks ewlenin varati, inklużi kejbils sottomarini, mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Impjieg

·Ġew appoġġati aktar minn 50 miljun individwu biex jiksbu ħiliet rilevanti għall-impjiegi u nħolqu jew inżammu 360 000 impjieg bejn l-2021 u l-2025 b’appoġġ mill-baġit tal-UE ( 4 ).

·Sa tmiem l-2025, madwar 16-il miljun persuna pparteċipaw f’attivitajiet tal-Fond Soċjali Ewropew Plus biex itejbu s-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom .

It-taqsima li jmiss ta’ dan l-Anness tiffoka fuq l-appoġġ tal-baġit tal-UE għar-riformi. It-tielet taqsima ta’ dan l-anness tiddeskrivi kif il-programmi tal-UE kkontribwew għall-prijoritajiet politiċi. Ir-raba’ taqsima ta’ dan l-anness, dwar il-prijoritajiet ta’ politika orizzontali fil-baġit tal-UE, tipprovdi informazzjoni fil-livell tal-baġit tal-UE dwar il-finanzjament ta’ inizjattivi relatati mal-klima, mal-bijodiversità, mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, mat-tranżizzjoni diġitali u mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) ( 5 ). L-Anness 4, Dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programmi, jipprovdi analiżi dettaljata tal-programmi individwali u l-prestazzjoni tagħhom, ippreżentati bħala sit web biex tittejjeb il-faċilità għall-qari.

Nagħmlu l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni aktar affidabbli

Il-Kummissjoni Ewropea tagħmel enfasi kbira fuq l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħha u taħdem kontinwament biex tkompli ttejjeb il-proċessi diġà robusti tagħha għar-rapportar tal-prestazzjoni. Sabiex jinżammu standards għoljin, id-data dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin tiġi rreġistrata u ġestita permezz ta’ bażi tad-data dedikata bbażata fuq SAP li tinkorpora regoli awtomatiċi ta’ kontroll tal-kwalità biex jissaħħu l-kwalità u l-affidabbiltà tad-data. Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet relatati mal-klima mill-baġit tal-UE huma stmati direttament bl-użu ta’ data estratta mis-sistema kontabilistika tal-Kummissjoni, li tiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni.

Fl-2025, il-Kummissjoni kompliet timplimenta u tikkonsolida approċċ ta’ kontroll imsaħħaħ biex tiżgura l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni dwar il-programmi tal-UE. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni komplew jirrapportaw fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom għall-2025 (li huma sors importanti ta’ informazzjoni għal dan ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni) dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom, abbażi tal-gwida speċifika u tar-rekwiżiti żviluppati fl-2023 b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern u estern. Fl-2025 ma ġie rrapportat l-ebda nuqqas kbir fir-rigward tal-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni għall-programmi tal-UE rispettivi tagħhom.

Qafas ta’ prestazzjoni għall-baġit fit-tul tal-UE tal-2028-2034

Fl-2025, il-Kummissjoni adottat proposta għal baġit fit-tul robust u li jibqa’ validu fil-futur għall-perjodu 2028-2034. Bħala parti mill-modernizzazzjoni tal-baġit tal-UE, dan jintroduċi għall-ewwel darba regolament li jistabbilixxi qafas ta’ prestazzjoni komuni applikabbli għall-programmi kollha: ir-“Regolament dwar il-Prestazzjoni”( 6 ).

Ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni joperazzjonalizza r-rekwiżiti introdotti fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 (ir-Regolament Finanzjarju tal-2024), u jindirizza t-tagħlimiet ewlenin meħuda mill-perjodu 2021-2027. Dawn jinkludu l-applikazzjoni eteroġenja tal-prinċipji orizzontali fil-programmi kollha, bħall-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-frammentazzjoni fid-definizzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni, li ħolqot kumplessità u għamlitha diffiċli li jiġu aggregati u mmonitorjati r-riżultati; inkonsistenzi fil-metodoloġiji ta’ traċċar tan-nefqa; u l-għadd kbir ta’ rapporti dwar il-prestazzjoni, li żied il-kumplessità u naqqas it-trasparenza.

Ir-Regolament propost dwar il-Prestazzjoni jattrezza l-baġit futur b’qafas ta’ prestazzjoni aktar sempliċi, aktar robust u unifikat biex jimmonitorja kif jintefaq il-baġit u r-riżultati li jikseb. Dan se jżid it-trasparenza, l-akkontabbiltà u l-konsistenza, inaqqas il-piż amministrattiv u jiżgura twettiq aktar effettiv tal-prijoritajiet tal-UE.

Dispożizzjonijiet u prinċipji orizzontali armonizzati

Approċċ uniku għall-implimentazzjoni tal-klima u l-ambjent, tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, tal-politiki soċjali u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Metodoloġija komuni għat-traċċar tan-nefqa tal-baġit tal-UE

Metodoloġija unika għall-monitoraġġ tan-nefqa li tappoġġa l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-ambjent u l-objettivi soċjali

Lista komuni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni

Indikaturi razzjonalizzati tal-output u tar-riżultati, b’aktar minn 5 000 indikatur li jitnaqqsu għal madwar 900, u li jippermettu aggregazzjoni fil-livell tal-baġit tal-UE

Rapport uniku dwar il-prestazzjoni

Minn 32 rekwiżit ta’ rapportar speċifiċi għall-programm għal rapport uniku dwar il-prestazzjoni: ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni

Il-portal tal-gateway unika

L-amalgamazzjoni ta’ aktar minn 30 portal u dashboard f’punt uniku ta’ kuntatt għall-opportunitajiet ta’ finanzjament u għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

Evalwazzjonijiet razzjonalizzati

Rapport ta’ implimentazzjoni li jissostitwixxi l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu

Ir-Regolament propost dwar il-Prestazzjoni jinkludi wkoll il-portal tal-“gateway unika”, li se jipprovdi punt uniku ta’ kuntatt għall-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE u għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, li bħalissa hija mifruxa fuq diversi pjattaformi. Il-portal se jtejjeb l-aċċessibbiltà u t-trasparenza għall-benefiċjarji u għall-utenti potenzjali tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tal-baġit tal-UE.

2. Appoġġ baġitarju tal-UE għar-riformi

Il-baġit tal-UE jappoġġa riformi flimkien mal-investiment fl-Istati Membri u fil-pajjiżi sħab. Filwaqt li l-investiment jiffinanzja proġetti tanġibbli li jippromwovu t-tkabbir u l-iżvilupp, ir-riformi jservu bħala faċilitaturi, u jgħinu biex itejbu l-impatt u l-effettività tal-investiment, u jaġixxu bħala katalizzaturi għall-bidla u għall-allinjament tal-politiki mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE.

Fi ħdan l-UE, is-sinerġija bejn ir-riformi u l-investimenti hija partikolarment inkorporata fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fejn l-iżborżi huma bbażati fuq il-kisba ta’ stadji importanti u miri predefiniti. Barra minn hekk, diversi programmi tal-UE għandhom kundizzjonalitajiet inkorporati biex jiżguraw li l-flus tal-UE jintefqu b’mod effettiv u f’konformità mal-objettivi usa’ tal-UE. Il-programmi tal-UE li jipprovdu finanzjament lill-Istati Membri jew lir-reġjuni, jiġifieri taħt il-politika ta’ koeżjoni, saħħew ir-rabta mal-prijoritajiet tal-UE f’diversi forom. Il-finanzjament mill-baġit tal-UE għandu jikkontribwixxi għal dawn il-prijoritajiet kondiviżi biex jingħata l-valur miżjud tal-UE. Fejn l-Istati Membri jeħtieġu appoġġ, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jipprovdi għarfien espert u gwida mfassla apposta għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta’ riformi kumplessi. Fl-azzjoni esterna, l-UE tuża appoġġ baġitarju kundizzjonali u faċilitajiet ta’ investiment biex tippromwovi riformi u investimenti f’pajjiżi ġirien u kandidati, flimkien ma’ pajjiżi sħab oħra. Fil-pajjiżi sħab, l-appoġġ konġunt għar-riformi u għall-investimenti huwa partikolarment rilevanti fl-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, il-Faċilità għall-Ukrajna, il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza enfasizzat ir-rwol ewlieni li għandha l-faċilità fl-appoġġ tar-riformi fl-Istati Membri. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza introduċiet stimolu u inċentivi finanzjarji ġodda għall-implimentazzjoni ta’ riformi kritiċi u li ilhom mistennija, bis-saħħa tar-rekwiżiti mir-Regolament RRF u r-rabta l-ġdida bejn ir-riformi u l-investimenti. L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ riforma ġeneralment ġiet antiċipata meta mqabbla ma’ dik tal-investimenti, peress li r-riformi spiss iservu funzjoni “preparatorja” fir-rigward tal-investimenti rilevanti, b’mod partikolari biex jiġi mmassimizzat l-impatt ta’ dawn tal-aħħar.

Il-miżuri ta’ riforma skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huma distribwiti fuq is-sitt pilastri ta’ politika tagħha, b’għadd akbar ta’ miżuri skont il-pilastri li jkopru politiki li jsaħħu t-tkabbir u r-reżiljenza (ara ċ-ċart “Objettivi intermedji u miri għal kull pilastru tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza assoċjat mar-riformi”). Il-pilastri jirrappreżentaw il-prijoritajiet tal-UE konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSR) indirizzati lill-Istati Membri mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Il-valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, ippubblikata bħala parti mill-pakkett tar-rebbiegħa tas-Semestru Ewropew 2025 (COM(2025) 200 final), turi żieda fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2019 u fl-2020 meta mqabbla mal-implimentazzjoni qabel il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Sa Ġunju 2025, is-sehem tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2019-2020 u li rreġistraw mill-inqas xi progress laħaq id-79 %. B’paragun ma’ dan, qabel il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, 62 % tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2015-2016 kienu rreġistraw mill-inqas xi progress fl-2021 (jiġifieri wara l-istess ammont ta’ żmien għall-implimentazzjoni). Dan juri li l-inċentivi pprovduti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, bl-approċċ tagħha bbażat fuq il-prestazzjoni u l-enfasi fuq ir-riformi, ikkontribwew għat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

Objettivi intermedji u miri għal kull pilastru tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza assoċjat mar-riformi

 

NB: Il-graff turi l-għadd ta’ objettivi intermedji u miri ta’ riforma għal kull pilastru tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kkategorizzati bħala “proċess preparatorju u regolatorju” jew “twettiq fil-prattika”.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Matul l-ewwel 4 snin ta’ implimentazzjoni tagħha, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza appoġġat it-twettiq ta’ firxa wiesgħa ta’ riformi ewlenin madwar l-Istati Membri, inklużi riformi.

Daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni biex tħeġġeġ il-konformità mar-regoli tat-taxxa u ttejjeb l-effettività tal-awditi u tal-kontrolli. Riforma waħda tejbet il-kwalità tal-bażijiet tad-data użati biex jiġu prodotti ittri ta’ konformità (jiġifieri avviżi li permezz tagħhom l-awtoritajiet tat-taxxa Taljani jirrapportaw id-diskrepanzi). B’riżultat ta’ dan, id-dħul mit-taxxa ġġenerat mill-ittri ta’ konformità żdied bi 30 % meta mqabbel mal-2019 (l-Italja).

L-introduzzjoni ta’ riformi biex tittejjeb is-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u fit-tul. Dawn jinkludu t-titjib tas-sostenibbiltà fiskali fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet permezz ta’ bidliet fl-ewwel pilastru tal-pensjonijiet Ħallas Waqt Li Tkun Għaddej u t-titjib tal-funzjonament tat-tieni pilastru tal-pensjonijiet, flimkien mat-tisħiħ tad-dixxiplina fiskali permezz ta’ limiti massimi pluriennali vinkolanti tan-nefqa (is-Slovakkja).

Ir-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-enerġija rinnovabbli u għall-infrastruttura tal-elettriku. Il-leġiżlazzjoni tnaqqas il-piż amministrattiv, tistabbilixxi skadenzi ċari, tneħħi r-restrizzjonijiet fuq l-awtokonsum u ttejjeb l-allokazzjoni tal-kapaċità tan-network (Spanja).

L-iżgurar tal-aċċess għall-kura medika, billi tiġi stabbilita sistema ta’ rimborż għall-infermiera biex tinċentivahom jaħdmu f’żoni remoti, u billi jiżdied is-sehem ta’ persuni ammessi fit-taħriġ tal-infermiera (l-Estonja).

L-abilitazzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politika li jivvalutaw u jillimitaw aħjar il-piżijiet regolatorji fuq l-SMEs, li tippromwovi ambjent aktar ta’ appoġġ għat-tkabbir tagħhom (l-Irlanda).    

Fondi ta’ koeżjoni

Skont il-politika ta’ koeżjoni, ir-riformi huma appoġġati permezz tal-kundizzjonijiet abilitanti. Dawn jiżguraw li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi jkunu fis-seħħ. Dawn ikopru:

l-oqfsa ta’ politika u strateġiċi, biex jiġi żgurat li d-dokumenti strateġiċi fil-livelli nazzjonali u reġjonali li jirfdu l-investimenti jkunu ta’ kwalità għolja u konformi mal-istandards tal-UE;

oqfsa regolatorji, biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet kofinanzjati mill-fondi tikkonforma mal-acquis tal-UE.

Il-progress fl-issodisfar ta’ dawn il-kundizzjonijiet mill-adozzjoni tal-programmi fl-2022 huwa sinifikanti. Fl-aħħar ta’ Diċembru 2025, 1,3 % biss tal-allokazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali /tal-Fond ta’ Koeżjoni/tal-Fond Soċjali Ewropew Plus għadhom imblukkati minn kundizzjonijiet abilitanti mhux issodisfati, meta mqabbla ma’ 22,3 % fiż-żmien tal-adozzjoni.

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 uriet li l-kundizzjonijiet abilitanti ppermettew li jiġu stabbiliti oqfsa ta’ politika strateġiċi, sistemi u arranġamenti oħrajn għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-fondi.

Strument ta’ Appoġġ Tekniku

Billi jlaqqa’ flimkien għarfien espert minn sfondi differenti, bħal minn organizzazzjonijiet internazzjonali, mis-settur privat u minn Stati Membri oħra, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jgħin lill-Istati Membri jwettqu riformi li joħolqu l-impjiegi, soċjetajiet inklużivi u tkabbir sostenibbli.

Fl-2025, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku kompla jappoġġa riformi intelliġenti, sostenibbli u soċjalment responsabbli f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika filwaqt li saħħaħ it-tipi kollha ta’ kapaċitajiet amministrattivi, speċjalment il-mekkaniżmi amministrattivi interni għar-riformi madwar l-UE. Pereżempju, il-proġett tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku tas- sostenibbiltà multinazzjonali fil-finanzi pubbliċi lokali jiffoka fuq l-iżvilupp tal-pedamenti għall-“ibbaġitjar tal-SDGs” fis-sistemi ta’ governanza lokali. Il-proġett appoġġa t-twettiq ta’ rapporti speċifiċi għall-bliet u konġunti li jivvalutaw il-prattiki tal-ibbaġitjar tal-SDGs, filwaqt li żviluppa metodoloġiji mfassla apposta, indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin u pjanijiet ta’ azzjoni bil-ħsieb li jittejbu l-koerenza tal-ibbaġitjar, it-trasparenza u l-allokazzjoni tar-riżorsi. Dan għen biex tiġi stabbilita l-bażi għal ġestjoni finanzjarja istituzzjonalizzata orjentata lejn l-SDGs li tibbenefika lil madwar ħames miljun resident u sservi bħala mudell trasferibbli għal muniċipalitajiet oħrajn tal-UE.

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku kkontribwixxa għat-tisħiħ tal-ixprunaturi tal-kompetittività tal-Istati Membri, għat-titjib tal-funzjonament tas-suq uniku u għall-kapaċità tal-Istati Membri li jwettqu riformi għall-kummerċ u għall-awtonomija strateġika miftuħa (ara l- Istrument ta’ Appoġġ Tekniku rapport annwali tal-2024 għal aktar dettalji). Pereżempju, il-proġett ewlieni ta’ skambju ta’ kooperazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika bejn diversi pajjiżi għandu l-għan li jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambji transfruntiera fost l-Istati Membri biex tinbena l-kapaċità amministrattiva u titħejja l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ dawk li jfasslu l-politika fl-UE, u b’hekk aktar minn 800 impjegat taċ-ċivil jingħataw l-opportunità li jiskambjaw l-esperjenza bejn l-2023 u l-2025. Dan jingrana l-Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) bejn l-amministrazzjonijiet ta’ Stati Membri differenti.

Fl-2026, l-istrument huwa mistenni li jiffoka fuq l-appoġġ tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet kumplessi speċifiċi għall-pajjiż.

Azzjoni esterna

L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III huwa mfassal bħala strument ibbażat fuq il-prestazzjoni, li jiddifferenzja l-assistenza fl-ambitu u fl-intensità skont il-prestazzjoni tal-benefiċjarji, u b’hekk jinċentiva l-impenn għal riformi fundamentali. Dan l-approċċ jallinja mal-komunikazzjoni tal-2020 dwar il-metodoloġija riveduta tat-tkabbir ( 7 ), li pproponiet aktar finanzjament għall-pajjiżi li qed jagħmlu progress fil-prijoritajiet ta’ riforma miftiehma. Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni hija inkorporata fil-proċess ta’ programmazzjoni bilaterali annwali, abbażi tar-rapporti tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir, il-valutazzjonijiet esterni tal-esperti, ir-rekords ta’ implimentazzjoni u r-rapportar kontra l-indikaturi tal-Qafas tar-Riżultati tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III.

Fil-każ tal-Faċilità għall-Ukrajna, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tagħha tal-pjan għall-Ukrajna ( 8 ) tistabbilixxi pjan direzzjonali dettaljat tal-kundizzjonijiet, fil-forma ta’ passi kwalitattivi u kwantitattivi marbuta mar-riformi u mal-investiment. It-twettiq ta’ dawn il-kundizzjonijiet jista’ jiskatta appoġġ dirett mill-UE għall-baġit tal-Ukrajna (il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna). Il-pjan għall-Ukrajna jinkludi 151 pass organizzati madwar 15-il kapitolu settorjali (ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; il-ġudikatura; il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; is-swieq finanzjarji; il-ġestjoni tal-assi pubbliċi; il-kapital uman; l-ambjent tan-negozju; id-deċentralizzazzjoni u l-politika reġjonali; l-enerġija; it-trasport; is-settur agroalimentari; il-ġestjoni tal-materja prima kritika; it-trasformazzjoni diġitali; it-tranżizzjoni ekoloġika u l-protezzjoni tal-ambjent) u tliet kapitoli orizzontali (il-proċessi ta’ rikostruzzjoni u ta’ modernizzazzjoni fil-livelli kollha tal-gvern; il-mekkaniżmi u l-arranġamenti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati matul it-tħejjija tal-pjan għall-Ukrajna).

L-Ukrajna ssodisfat total ta’ 45 pass dovuti matul l-2025 f’diversi kapitoli tal-pjan, li skattaw l-iżborż ta’ EUR 10,7 biljun f’appoġġ u f’self mhux ripagabbli. Mill-introduzzjoni tal-Faċilità għall-Ukrajna, hija żborżat total ta’ EUR 26,8 biljun skont 68 pass (inklużi l-ħames passi riflessi fil-memorandum ta’ qbil għall-finanzjament tranżitorju eċċezzjonali).

KTwettiq tar-riformi fl-Ukrajna

Fl-2025, l-Ukrajna wettqet riformi f’diversi oqsma:

·il-kapital uman, is-settur agroalimentari, il-ġestjoni tal-materja prima kritika (ħames passi kull wieħed);

·id-deċentralizzazzjoni u l-politika reġjonali, it-trasformazzjoni diġitali, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-protezzjoni tal-ambjent (erba’ passi kull wieħed);

·l-ambjent tan-negozju, l-enerġija (tliet passi kull wieħed);

·il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-ġudikatura, is-swieq finanzjarji, il-ġestjoni tal-assi pubbliċi, it-trasport (żewġ passi kull wieħed);

·ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (pass kull wieħed).

Pereżempju, fil-qasam tat-tranżizzjoni ekoloġika u l-protezzjoni tal-ambjent, liġi ġdida “Dwar il-prinċipji bażiċi tal-politika tal-istat dwar il-klima” issa tiddefinixxi l-mekkaniżmi u l-għanijiet ewlenin għall-governanza klimatika. Pass ewlieni ieħor f’dan il-qasam kien l-adozzjoni tat-tieni “Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali tal-Ukrajna” aktar ambizzjuż għall-Ftehim ta’ Pariġi. Fil-qasam tal-kapital uman, riforma tal-edukazzjoni preprimarja issa ssegwi aċċess għal edukazzjoni preprimarja ta’ kwalità bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa bi tfal preprimarji fil-forza tax-xogħol. Dwar id-deċentralizzazzjoni, l-Ukrajna adottat emendi ewlenin tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni Statali Lokali; dan il-pass jikkontribwixxi direttament għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, prijorità ewlenija skont il-cluster ta’ “Elementi Fundamentali” tal-proċess ta’ adeżjoni. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus issaħħet permezz tad-dħul fis-seħħ ta’ liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi, li introduċiet diversi aspetti mtejba fil-ġestjoni u fil-funzjonament tal-aġenzija.



Il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova huma strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni, bi żborżi kundizzjonali fuq il-kisba tal-passi ta’ riforma miftiehma mill-benefiċjarji. Fl-2025, ġew rilaxxati EUR 396 miljun fi prefinanzjament u fi żborżi skont il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, inklużi EUR 164 miljun għall-Albanija, EUR 45 miljun għall-Montenegro u EUR 77 miljun għall-Maċedonja ta’ Fuq. Fl-istess sena, ġew żborżati EUR 288,9 miljun f’self skont il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova. Barra minn hekk, il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent taħdem flimkien mal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III, li jipprovdi assistenza teknika, inklużi Assistenza Teknika u appoġġ għall-Iskambju tal-Informazzjoni u l-Ġemellaġġ, biex jgħin lill-pajjiżi jibnu l-kapaċità meħtieġa biex javvanzaw ir-riformi, filwaqt li l-faċilità toħloq inċentivi fiskali biex jilleġiżlawhom u jimplimentawhom.

Fit-twettiq tal-Global Gateway permezz tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, il-Kummissjoni tippromwovi riformi biex tappoġġa l-ambjent li jabilita l-investiment fil-pajjiżi sħab, f’konformità mal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE u f’komplementarjetà mal-partijiet ikkonċernati kollha ta’ Tim Ewropa. Dawn ir-riformi huma relatati mal-governanza ekonomika tal-pajjiżi (eż. l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni tal-investiment pubbliku jew il-ġestjoni tad-dejn) jew jitqiesu bħala faċilitaturi għal proġetti ta’ suċċess tal-Global Gateway (eż. l-aġġornament tal-qafas regolatorju għall-produzzjoni/il-kummerċjalizzazzjoni tal-enerġija solari jew mir-riħ, jew għall-operaturi f’kurituri strateġiċi tat-trasport).

Il-Qafas ta’ Investiment għall-Ukrajna (il-Pilastru II tal-Faċilità għall-Ukrajna) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus jattiraw kapital privat biex jippromwovu l-investimenti, rispettivament fl-Ukrajna u fil-pajjiżi sħab tal-UE. Barra minn hekk, l-appoġġ baġitarju ppromwova riformi regolatorji fis-setturi tal-enerġija tal-Benin, tal-Gżejjer Solomon u tal-Vjetnam. Dan ħeġġeġ l-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari billi ppermetta lill-istituzzjonijiet ta’ finanzjament għall-iżvilupp tal-UE jiffinanzjaw dawn l-investimenti direttament bl-appoġġ għat-taħlit tal-UE. Fil-kuntest tal-Global Gateway, tali sinerġiji jitfittxu wkoll, pereżempju, fil-Ġamajka u fil-Kirgistan għad-diġitalizzazzjoni, fil-Liberja, fir-Rwanda u fl-Użbekistan għall-ktajjen tal-valur agrikoli u fil-Mauritania għall-idroġenu ekoloġiku.

Fir-reġjun tal-viċinat, l-assistenza makrofinanzjarja ffinanzjata mill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali għandha rwol daqstant importanti fil-promozzjoni tar-riformi.

Kemm fil-Ġordan kif ukoll fil-Marokk, portafoll kbir ta’ appoġġ baġitarju jippromwovi riformi f’diversi setturi bħall-enerġiji rinnovabbli, l-ekonomija ċirkolari, l-ilma, il-ħiliet, il-protezzjoni soċjali jew il-modernizzazzjoni/id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika għal ambjent tan-negozju aktar favorevoli. Fl-Armenja, fl-Eġittu, fil-Ġordan u fit-Tuneżija, dan l-isforz biex jiġu promossi r-riformi huwa kkomplementat minn sħubijiet strateġiċi u komprensivi dedikati. Fir-reġjun tal-viċinat, l-assistenza makrofinanzjarja għall-pajjiżi f’diffikultà finanzjarja tippromwovi wkoll riformi ekonomiċi importanti bħal fl-Eġittu u fil-Ġordan, fejn ġiet stabbilita operazzjoni ġdida ta’ assistenza makrofinanzjarja fl-2025.

Fil-Palestina( 9 ) , l-appoġġ lill-Awtorità Palestinjana (permezz ta’ appoġġ finanzjarju dirett permezz tal-mekkaniżmu PEGASE EU) huwa ankrat fl-aġenda ta’ riforma tal-Awtorità Palestinjana. F’kuntesti fraġli/ta’ rkupru oħrajn fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika, l-UE tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-funzjonijiet amministrattivi u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi ewlenin li dejjem qed jiġu appoġġati (l-Iraq, il-Libanu, il-Libja, il-Jemen u, mill-2025, is-Sirja).

Dan l-appoġġ għar-riformi bl-iżvilupp tal-kapaċità huwa kkoordinat mal-Fond Monetarju Internazzjonali, mal-Grupp tal-Bank Dinji, mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u mal-Istati Membri tal-UE.

Riżultati skont l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali ( 10 ):

·Mija u għaxar pajjiżi appoġġati mill-UE biex isaħħu l-mobilizzazzjoni tad-dħul, il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u/jew it-trasparenza baġitarja (GERF (qafas tar-riżultati tal-Ewropa Globali) 2.19);

·Tnejn u għoxrin pajjiż u belt bi strateġiji għat-tibdil fil-klima u/jew għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri: (a) żviluppati jew (b) qed jiġu implimentati (GERF 2.5);

·Żewġ pajjiżi appoġġati mill-UE biex (a) jiżviluppaw u/jew jirrevedu, (b) jimplimentaw politiki/strateġiji/liġijiet/regolamenti relatati mas-settur diġitali (GERF 2.10) a) 4 u b) 1);

·Tliet pajjiżi appoġġati mill-UE biex tissaħħaħ il-klima tal-investiment (GERF 2.16);

·Tliet mija u sitta u ħamsin politika tal-gvern żviluppati jew riveduti bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz tal-appoġġ tal-UE (GERF 2.29).



3. Il-baġit tal-UE li jappoġġa l-prijoritajiet politiċi tal-UE fl-2025

Il-Boxxla għall-Kompetittività

L-indipendenza tal-Ewropa se tiddependi mill-kapaċità tagħha li tikkompeti fiż-żminijiet turbolenti tal-lum. Għandna dak kollu meħtieġ biex nirnexxu hawnhekk fl-Ewropa – mis-Suq Uniku tagħna sal-ekonomija soċjali tas-suq tagħna ( 11 ).

Ursula von der Leyen

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Tisħiħ tal-kompetittività tal-UE

Il-prosperità tal-Ewropa tiddependi minn ekonomija kompetittiva, sostenibbli u reżiljenti li tipprovdi opportunitajiet għan-nies u n-negozji tagħha, issa u fil-futur. Filwaqt li tibni fuq ir- rapport ta’ Mario Draghi dwar il-kompetittività Ewropea , fl-2025 il-Kummissjoni ppreżentat il- Boxxla għall-Kompetittività , li tistabbilixxi azzjonijiet immirati lejn it-tnaqqis tad-diskrepanza fl-innovazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE, it-tnaqqis tad-dipendenzi, it-tnaqqis tal-burokrazija, it-tneħħija tal-ostakli għas-suq uniku, l-iffaċilitar ta’ finanzjament aktar effiċjenti u l-mobilizzazzjoni tal-kapital privat, il-promozzjoni tal-ħiliet u l-impjiegi ta’ kwalità u l-iżgurar ta’ koordinazzjoni aħjar. Fl-2025, il-baġit tal-UE kkontribwixxa għall-kisba ta’ dawn l-objettivi permezz ta’ diversi mezzi.

Iffaċilitar u tħaffif tan-negozju permezz tas-simplifikazzjoni

Filwaqt li tikkomplementa l-użu tal-baġit tal-UE, fl-2025 l-UE ressqet inizjattivi biex tagħti spinta lill-kompetittività billi tnaqqas il-burokrazija, timmodernizza t-tassazzjoni u tappoġġa l-kompetizzjoni ġusta, bl-għan li tgħin lin-negozji, speċjalment lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, jirnexxu bejn il-fruntieri. Il-miri huma ċari: inqas piż amministrattiv b’mill-inqas 25 % għan-negozji kollha u b’mill-inqas 35 % għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju – bi tnaqqis tal-kostijiet amministrattivi rikorrenti b’EUR 37,5 biljun sal-2029.

Orizzont Ewropa huwa l-programm emblematiku tal-UE għar-riċerka u għall-innovazzjoni, li jikkontribwixxi għall-isforzi tal-UE biex tagħti spinta lill-kompetittività tagħha. Sa tmiem l-2025, il-proġetti ta’ Orizzont Ewropa pproduċew aktar minn 10 000 prodott, proċess, metodu u applikazzjoni innovattivi għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali; ikkontribwixxa għall-industrija, għall-innovazzjoni u għall-infrastruttura b’aktar minn EUR 20 biljun; u kkontribwixxa bi EUR 12,8 biljun għall-attivitajiet diġitali, li minnhom EUR 2,5 biljun fl-2025 biss. Eżempji ta’ proġetti ffinanzjati skont Orizzont Ewropa jinkludu riċerka dwar ir-riċiklaġġ sikur ta’ plastik perikoluż u dwar tbassir imtejjeb tat-temp spazjali (utli għas-satelliti). Barra minn hekk, biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ teknoloġiji nodfa, il-mobbiltà nadifa u t-tnaqqis tal-iskart, fl-2025 il-Kummissjoni allokat EUR 540 miljun skont Orizzont Ewropa għal sejħiet iddedikati tal-Patt għal Industrija Nadifa ( 12 ) u żiedet id-daqs tal-garanzija InvestEU b’EUR 2,9 biljun ( 13 ). Fl-2025 tħabbar finanzjament ta’ aktar minn EUR 1,25 biljun għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-karriera u tal-ħiliet tar-riċerkaturi.

Orizzont Ewropa jiffinanzja wkoll il-Fond tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, strument ta’ kapital ta’ riskju biex jgħin fit-tnaqqis tad-diskrepanza fil-finanzjament għal teknoloġiji trasformattivi fl-Ewropa. Sa tmiem l-2025, il-fond kien investa aktar minn EUR 1 biljun f’214-il kumpanija u proġett. Dan ammonta għall-mobilizzazzjoni ta’ madwar EUR 3 biljun f’investiment privat addizzjonali, bi proporzjon ta’ ingranaġġ ta’ aktar minn 3,5 euro privat għal kull euro pubbliku. L-iskema Scale-Up tal-pjattaforma tat-teknoloġiji strateġiċi għall-Ewropa tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC)  li għadha kif tnediet ipprovdiet EUR 300 miljun fl-2025. Sa tmiem l-2025, il-fluss ta’ finanzjament tal-Aċċelleratur tal-EIC investa madwar EUR 1 biljun f’aktar minn 200 kumpanija, inklużi proġetti dwar il-computing kwantistiku, terapiji ta’ newrostimulazzjoni u sistemi ta’ propulsjoni tal-ilma elettriċi solari kosteffettivi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent ( 14 ).

Orizzont Ewropa: ħarsa ’l quddiem

Fl-2025, il-Kummissjoni adottat il-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa għas-snin 2026-2027, b’valur ta’ aktar minn EUR 14-il biljun, li jħares lejn it-trawwim tal-prosperità u tal-kompetittività sostenibbli tal-Ewropa. Il-programm ta’ ħidma jinkludi finanzjament addizzjonali għall-inizjattiva Agħżel l-Ewropa għax-Xjenza mnedija skont l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, minbarra l-EUR 500 miljun imħabbra f’Mejju 2025, li jżidu ċ-ċifra ġenerali għall-inizjattiva għal kważi EUR 900 miljun fl-2025-2027. Dan il-programm ta’ ħidma jalloka EUR 634 miljun għal suġġetti relatati mal-materja prima kritika, u jappoġġa wkoll ir-riċerka dwar materjali avvanzati u alternattivi għall-elementi tal-materjali tal-art rari; u aktar minn EUR 870 miljun għal suġġetti ta’ valorizzazzjoni dwar l-adozzjoni mis-suq, mis-soċjetà u tal-politika tar-riżultati tar-riċerka ( 15 ).

Permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni, l-UE qed tappoġġa teknoloġiji, proċessi jew prodotti innovattivi ħafna li għandhom potenzjal sinifikanti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u proġetti mmirati lejn l-espansjoni ta’ teknoloġiji innovattivi. Sa tmiem l-2025, kienu qed jiġu implimentati jew tlestew 197 proġett. L-għotjiet ipprovduti għad għandhom effett ta’ ingranaġġ ta’ madwar ħames darbiet, b’EUR 11,7 biljun ta’ appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni li jippermetti madwar EUR 58 biljun f’investimenti mobilizzati. Fl-2025:

ġew iffirmati 83 ftehim ta’ għotja ġdid għal proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni;

is-sejħa għal Teknoloġija b’Emissjonijiet Żero Netti tal-Fond għall-Innovazzjoni 2024 għalqet, u allokat EUR 2,9 biljun biex jintgħażlu 61 prodott ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti mill-aktar avvanzati;

il-Fond għall-Innovazzjoni impenja wkoll EUR 643 miljun għal ħames proġetti taħt is-sejħa għall-manifattura tal-batteriji ta’ vetturi elettriċi;

it-tieni Rkant tal-Fond għall-Innovazzjoni għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli (Irkant tal-Fond għall-Innovazzjoni 2024) ra l-iffirmar ta’ sitt proġetti għal total ta’ EUR 270,6 miljun.

Barra minn hekk, fl-2025, permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret aktar minn EUR 3,5 biljun f’finanzjament għal teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, bl-użu tad-dħul mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Dan jinkludi, fost affarijiet oħra, proġetti mmirati lejn l-appoġġ tal-produzzjoni taċ-ċelluli tal-batteriji ta’ vetturi elettriċi ( 16 ), proġetti mmirati lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi industrijali (eż. il-produzzjoni tas-siment b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju ( 17 )), il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli ( 18 ) u bastiment tal-kruċieri li jbaħħar fl-oċeani b’emissjonijiet żero li kapaċi jġorr 400 persuna għal 30 jum ( 19 ). Filwaqt li jikkomplementa dan, il-Fond għall-Innovazzjoni qed jappoġġa wkoll il-katina tal-valur Ewropea tal-batteriji: l-istrateġija booster tal-batteriji tal-2025 kienet tinkludi Faċilità Battery Booster ta’ EUR 1,5 biljun iffinanzjata mill-Fond għall-Innovazzjoni, li se tipprovdi self mingħajr imgħax.

InvestEU għen biex tingħata spinta lill-investimenti madwar l-Ewropa billi naqqas ir-riskju għall-istituzzjonijiet finanzjarji u għen biex jiġi attirat il-kapital privat. Permezz ta’ garanziji appoġġati mill-baġit tal-UE, dan appoġġa proġetti f’oqsma bħall-infrastruttura sostenibbli, l-investiment soċjali u l-ħiliet, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni. Sa tmiem l-2025, l-ammont totali ta’ garanzija approvat kien ta’ EUR 26,8 biljun. Il-volum tal-operazzjonijiet ta’ InvestEU approvati mis-sħab ta’ implimentazzjoni laħaq it-EUR 80,6 biljun u huwa mistenni li jimmobilizza investimenti ta’ EUR 329,1  biljun, b’69,2 % ta’ dan ġejjin mis-settur privat. Bl-appoġġ ta’ InvestEU, sal-2025, ġew appoġġati 91 294 intrapriża u 2,1 miljun unità domestika u intrapriża kisbu broadband b’aċċess rapidu. L-operazzjonijiet approvati minn InvestEU jinvestu fl-enerġija, pereżempju b’EUR 500 miljun fil-proġett “SG Pan EU Wind Package” ( 20 ), fl-infrastruttura sostenibbli, pereżempju b’EUR 100 miljun fil-proġett “Marguerite III (CDPE)” ( 21 ), u fil-konnettività u fl-infrastruttura diġitali, pereżempju b’EUR 350 miljun fil-proġett tal-introduzzjoni tal-fibra kristall ( 22 ).

Fl-2025, il-politika ta’ koeżjoni saħħet il-kompetittività tal-Ewropa, aktar u aktar wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni allokat mill-ġdid EUR 15,2 biljun għall-kompetittività, bil-biċċa l-kbira tal-investimenti jmorru għal teknoloġiji u għal industriji kritiċi skont il-pjattaforma tat-teknoloġiji strateġiċi għall-Ewropa biex jitnaqqsu d-dipendenzi teknoloġiċi fuq pajjiżi mhux tal-UE. Dan kien jinkludi wkoll investiment fl-iżvilupp tal-ħiliet marbut mad-dekarbonizzazzjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni. Il-politika ta’ koeżjoni appoġġat il-finanzjament għall-kompetittività għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell reġjonali u interreġjonali, għad-dekarbonizzazzjoni, għat-tranżizzjoni tal-enerġija u għall-innovazzjoni, inkluż permezz tal-Istrument għall-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni. Dan l-istrument appoġġa 70 proġett ta’ innovazzjoni fil-fażi scale-up u ta’ kummerċjalizzazzjoni, b’enfasi fuq l-integrazzjoni tar-reġjuni inqas żviluppati fil-ktajjen tal-valur Ewropej, li jirrappreżentaw EUR 301 miljun f’finanzjament tal-UE investit sa issa.

Sabiex tagħti spinta lill-kompetittività tar-reġjuni l-aktar affettwati mill-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni, il-Kummissjoni qagħdet ukoll fuq il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta. Sa tmiem l-2025, 58,4 % tal-baġit totali tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (EUR 15,45 biljun), l-ewwel pilastru tal-mekkaniżmu, ġie allokat għal proġetti magħżula. Skont it-tieni pilastru tal-mekkaniżmu, is-sħab ta’ implimentazzjoni tal-Fond InvestEU irrapportaw total ta’ EUR 9,13 biljun f’investiment immobilizzat mill-operazzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, il-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku, it-tielet pilastru tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, ipprovdiet appoġġ permezz ta’ taħlita ta’ self u għotjiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment mill-baġit tal-UE, li fl-2025 ammontaw għal EUR 679 miljun, li jappoġġaw investimenti b’valur ta’ EUR 868 miljun. Il-mekkaniżmu appoġġa proġetti bħal sptar universitarju fi Spanja ( 23 ) u fabbrika tal-kalamiti tal-materjali tal-art rari fl-Estonja ( 24 ). Barra minn hekk, il-pilastru tal-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta pprovda appoġġ vitali lill-awtoritajiet pubbliċi f’reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi mit-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika, permezz ta’ taħlita ta’ self u għotjiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment mill-baġit tal-UE, li fl-2025 ammontaw għal EUR 86 miljun, li jappoġġaw investimenti b’valur ta’ EUR 868 miljun.

Il-baġit tal-UE qed jappoġġa wkoll il-kompetittività permezz tal-programm Ewropa diġitali, u għen biex it-teknoloġija diġitali titwassal liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi. Sa tmiem l-2025, il-programm wettaq kisbiet bħal dawn li ġejjin.

Bdew jintużaw 19-il fabbrika tal-IA f’16-il Stat Membru, li jinkludu l-akkwist ta’ 15-il supercomputer ġdid ottimizzat għall-intelliġenza artifiċjali, u aġġornament ewlieni wieħed tas-sistema għal żieda ta’ ħames darbiet fil-kapaċità tal-computing tal-intelliġenza artifiċjali tal-UE. Intgħażlu wkoll 13-il Antenna tal-Fabbriki tal-IA biex is-servizzi tal-Fabbriki tal-IA jiġu estiżi għall-SMEs, għall-istart-ups, għall-korpi lokali tar-riċerka, u għall-istituzzjonijiet pubbliċi madwar l-Ewropa.

Il-konklużjoni ta’ kuntratti għal tliet superkompjuters ġodda (Daedalus fil-Greċja; Arrenenius fl-Iżvezja u Alice Recoque fi Franza), flimkien ma’ titjib ta’ dawk eżistenti (Leonardo għal Lisa fl-Italja; Discoverer għal Discoverer+ fil-Bulgarija).

Jupiter, l-ewwel supercomputer tal-UE fuq skala eksa, laħaq il-prestazzjoni sħiħa tiegħu ta’ eksaflop wieħed, jew aktar minn kwintiljun operazzjoni fis-sekonda.

L-impriża Konġunta EuroHPC akkwistat sitt kompjuters kwantistiċi, li minnhom tnejn ġew inawgurati fl-2025, u żewġ simulaturi kwantistiċi analogi addizzjonali ġew inawgurati skont il-proġett HPCQS (kompjuter ta’ prestazzjoni għolja – simulatur kwantistiku).

Qed jiġu implimentati 14-il Spazju Ewropew tad-Data, inklużi infrastrutturi li jistgħu jibbenefikaw minn riżorsi lingwistiċi interoperabbli u servizzi tad-data multilingwi.

Tnedew ħames linji pilota tas-semikondutturi, fejn l-industrija tal-UE tista’ tittestja, tesperimenta u tivvalida t-teknoloġiji u d-disinji taċ-ċipep tal-ġenerazzjoni li jmiss.

Tnedew 30 ċentru ta’ kompetenza fl-Istati Membri kollha (u fin-Norveġja) biex jappoġġaw lill-kumpaniji, b’mod partikolari lill-SMEs u lin-negozji ġodda, biex jiksbu aċċess għat-teknoloġiji tas-semikondutturi permezz ta’ taħriġ, trasferiment tat-teknoloġija u appoġġ għall-iżvilupp.

Il-baġit tal-programm Ewropa diġitali qed jappoġġa wkoll teknoloġiji diġitali strateġiċi, inklużi s-semikondutturi, permezz ta’ strumenti finanzjarji. EUR 83,63 miljun ġew impenjati biex jappoġġaw teknoloġiji diġitali strateġiċi, bħall-IA, il-kwantum jew iċ-ċibersigurtà. Skont il-Fond għaċ-Ċipep, ġew impenjati EUR 98 miljun għal investimenti f’teknoloġiji u applikazzjonijiet tas-semikondutturi. Dawn l-investimenti huma mistennija li jimmobilizzaw 14,2-il darba l-ammonti impenjati, u b’hekk jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għal kumpaniji ewlenin madwar l-Ewropa.

Fl-2025, il-fergħa diġitali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa aġġudikat proġetti li jammontaw għal EUR 389 miljun. Il-ftehimiet ta’ għotja konklużi fis-sena inkludew finanzjament għal proġetti li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ gateways globali (prinċipalment kejbils sottomarini), il-varar ta’ proġetti pilota fuq skala kbira tal-5G f’komunitajiet intelliġenti u tul il-mogħdijiet ewlenin tat-trasport, u l-varar ulterjuri ta’ infrastruttura Ewropea interkonnessa tal-komunikazzjoni kwantistika (EuroQCI).

Fl-2025, il-Kummissjoni ffinanzjat l-infrastruttura tat-trasport permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Ġew allokati EUR 3,02 biljun għal proġetti li javvanzaw network tat-trasport sostenibbli, intelliġenti, ekoloġiku u reżiljenti. Eżempji ta’ appoġġ mill-faċilità jinkludu l-iżvilupp tal-linja ferrovjarja b’wisa’ nominali standard tal-binarji Rail Baltica fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja ( 25 ), flimkien mal-iżvilupp ta’ network pan-Ewropew ta’ infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku u interoperabbli ddedikata għall-vetturi elettriċi heavy-duty ( 26 ).

Il-pjattaforma tat-teknoloġiji strateġiċi għall-Ewropa

Il-pjattaforma tat-teknoloġiji strateġiċi għall-Ewropa (STEP) hija mfassla biex issaħħaħ il-kapaċità tal-UE li toħloq u żżid it-teknoloġiji strateġiċi, u b’hekk tagħmilha aktar kompetittiva globalment. Minn tmiem l-2025 u mill-bidu tagħha fl-2024, STEP ġabret b’mod kumulattiv riżorsi fi 11-il programm ta’ finanzjament tal-UE li jammontaw għal EUR 24 biljun, biex tappoġġa teknoloġiji strateġiċi f’setturi bħall-innovazzjoni diġitali u tat-teknoloġija profonda, it-teknoloġiji nodfa u effiċjenti fir-riżorsi u l-bijoteknoloġija. Dan huwa r-riżultat tal-isforzi kombinati tal-ħames programmi tal-UE ġestiti direttament mill-Kummissjoni u tal-ipprogrammar mill-ġdid tal-pakketti finanzjarji mill-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE skont il-politika ta’ koeżjoni. B’kollox għall-2025 biss, il-baġit inizjali allokat mill-programmi f’ġestjoni diretta b’appoġġ għat-teknoloġiji rilevanti għal STEP ammonta għal EUR 5,3 biljun, li jirrappreżenta żieda ta’ 14,6 % sena wara sena għaċ-ċifra ta’ EUR 4,6 biljun irrapportata għall-2024. B’mod kumulattiv, dan jirrappreżenta baġit totali ta’ madwar EUR 10 biljun allokat għal sejħiet għal proposti rilevanti għal STEP fil-ħames programmi tal-UE mill-bidu ta’ STEP f’Marzu 2024.

Riżorsi allokati għal STEP minn programmi b’ġestjoni diretta, skont is-settur fl-2024 u fl-2025 (f’miljuni ta’ EUR) ( 27 )

 

Fir-rigward tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, sa tmiem Diċembru 2025, ġew adottati 96 emenda STEP fi 19-il Stat Membru, li jammontaw għal EUR 13,9 biljun. Dan jirrappreżenta aktar mid-doppju meta mqabbel mal-2024. Fl-2025, ġie introdott Settur ġdid ta’ STEP għat-teknoloġiji tad-difiża permezz tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni adottat f’Settembru 2025 ( 28 ) u r-Regolament Mini-omnibus dwar id-Difiża adottat f’Diċembru 2025 ( 29 ).

Sal-lum, il-Kummissjoni aġġudikat aktar minn 600 Siġill STEP lill-proġetti bl-aħjar prestazzjoni fl-evalwazzjonijiet rispettivi tagħhom. Fost dawn, il-maġġoranza tal-451 siġill ġew aġġudikati fl-2025 biss. Din it-tikketta tal-kwalità se tgħin lill-promoturi tal-proġetti jiżguraw finanzjament komplementari għall-proġetti tagħhom, kemm f’każ li jkunu diġà ngħataw finanzjament mill-Kummissjoni biex ikopru parti mill-kostijiet tal-proġett kif ukoll f’każ li ma jkunux inżammu għall-finanzjament, minħabba l-baġit limitat tas-sejħa.

Allokazzjonijiet totali ta’ STEP fil-programmi tal-politika ta’ koeżjoni adottati sa tmiem l-2025 
(f’miljuni ta’ EUR)

L-evalwazzjoni interim ta’ STEP ġiet ippubblikata f’Lulju 2025, u tindika s-suċċess ta’ STEP fit-tmexxija effettiva tal-investiment tal-UE għal teknoloġiji innovattivi u fis-simplifikazzjoni tal-aċċess għall-finanzjament tal-UE permezz ta’ portal online ta’ punt uniku ta’ servizz, il-Portal STEP.


Era ġdida għad-difiża u għas-sigurtà Ewropej

Dan għandu jkun il-Mument tal-Indipendenza tal-Ewropa. Nemmen li din hija l-missjoni tal-Unjoni tagħna. Li nkunu nistgħu nieħdu ħsieb id-difiża u s-sigurtà tagħna ( 30 ).

Ursula von der Leyen

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Investiment fid-difiża

L-UE żiedet l-isforzi tad-difiża tagħha fl-2025 permezz tal-pjan rearm Europe,li mmobilizza strumenti finanzjarji ġodda biex jissaħħu l-abbiltajiet tad-difiża tal-Ewropa u jitneħħew id-diskrepanzi fl-investiment għall-prontezza sħiħa tad-difiża sal-2030. Il-pjan rearm Europe jinkludi Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa, li se tipprovdi sa EUR 150 biljun f’self biex tappoġġa investimenti urġenti fid-difiża u tindirizza n-nuqqasijiet kritiċi fl-abbiltà. L-Istati Membri wrew interess qawwi fl-istrument, billi 19-il Stat Membru ssottomettew pjanijiet ta’ investiment nazzjonali għall-industrija tad-difiża sat-30 ta’ Novembru 2025, li koprew 691 proġett, u li 65 % minnhom kienu jinvolvu akkwist konġunt.

L-UE investiet ukoll fir-riċerka, fl-iżvilupp u fl-innovazzjoni kollaborattivi fil-qasam tad-difiża permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża. Fil-programm ta’ ħidma tiegħu għall-2025, il-Fond Ewropew għad-Difiża alloka kważi EUR 1 biljun f’finanzjament u bħala rispons irċieva rekord ta’ 410 proposti għal proġetti, li se jwasslu għal proġetti ta’ finanzjament matul l-2026. Sal-2025, kienu ġew impenjati EUR 5,1 biljun għar-riċerka u għall-iżvilupp fil-qasam tad-difiża, b’appoġġ għal 225 proġett kollaborattiv tal-Fond Ewropew għad-Difiża u inkluż l-impenn tal-2025. Dan ipoġġi l-fond fost l-aqwa investituri tal-UE fir-riċerka u fl-iżvilupp fil-qasam tad-difiża. Bħala parti mill-EDF, l-Iskema tal-UE għall-Innovazzjoni fid-Difiża (EUDIS) kompliet tappoġġa atturi tad-difiża mhux tradizzjonali, inklużi l-SMEs. Ġew organizzati żewġ hackathons tad-difiża f’16-il post fl-Ewropa u tnedew żewġ inizjattivi ġodda: l-Aċċelleratur tan-Negozju tal-EUDIS, programm ta’ appoġġ ta’ 8 xhur li jipprovdi appoġġ immirat u mfassal apposta għall-istart-ups u għall-SMEs tad-difiża u b’użu doppju (u appoġġa 20 kumpanija fl-2025); u t-Tlaqqigħ tal-EUDIS, li stabbilixxa pjattaforma biex jitrawmu konnessjonijiet bejn l-innovaturi tad-difiża, l-investituri, l-utenti finali, il-korporattivi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn tad-difiża, u l-organizzazzjoni ta’ erba’ avvenimenti madwar l-Istati Membri fl-2025.

Fl-2025, l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon għen biex tiżdied il-produzzjoni tal-munizzjon fl-UE, filwaqt li kkontribwixxa għall-awtonomija strateġika tagħha u għall-kompetittività tal-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tagħha. Dan appoġġa l-implimentazzjoni ta’ 31 proġett f’oqsma bħall-isplussivi, it-trab, il-projettili, il-missili u l-ittestjar u r-rikondizzjonar, filwaqt li pprovda appoġġ totali ta’ madwar EUR 514-il miljun.

Fl-2025, ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni rriżulta f’EUR 11,9 biljun ittrasferiti lejn l-appoġġ għal proġetti relatati mad-difiża, mill-mobbiltà militari għall-industrija tad-difiża u mill-preparatezza ċivili. Minn dan l-ammont, EUR 1,3 biljun ġew allokati speċifikament biex jappoġġaw il-kapaċitajiet tal-industrija tad-difiża.



Investiment fil-kapaċitajiet spazjali

Għall-ewwel darba fl-istorja, il-funzjoni ta’ awtentikazzjoni tal-messaġġi ta’ navigazzjoni b’servizz miftuħ ta’ Galileo ġiet iddikjarata operazzjonali f’Lulju 2025, wara li żdiedu żewġ satelliti mal-kostellazzjoni tagħha. Din tintroduċi mekkaniżmu biex tiġi vverifikata l-awtentiċità tad-data tan-navigazzjoni trażmessa mis-satelliti Galileo, li tgħin fil-protezzjoni kontra l-ispoofing (it-trażmissjoni ta’ sinjali foloz), u ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-fiduċja fis-sistema satellitari Galileo tal-UE, li hija l-unika sistema fid-dinja b’din il-karatteristika ta’ sigurtà.

Barra minn hekk, it-twettiq tal-inizjattiva ewlenija ta’ prijorità tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, l-iżvilupp ta’ kostellazzjoni satellitari multiorbitali ta’ madwar 290 satellita – IRIS² (Infrastruttura għar-Reżiljenza, l-Interkonnettività u s-Sigurtà bis-Satellita) – kompla b’veloċità sħiħa abbażi ta’ sħubija pubblika-privata kompetittiva u innovattiva stabbilita skont kuntratt ta’ konċessjoni ta’ 12-il sena iffirmat mal-konsorzju SpaceRISE fl-2024. Fl-2025, ġew iffirmati diversi sottokuntratti importanti ma’ membri ewlenin tat-tim tal-konsorzju u ma’ fornituri ewlenin.

Il-Kummissjoni segwiet ukoll l-istabbiliment ta’ ftehimiet internazzjonali mal-Iżlanda u man-Norveġja għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm tal-UE għal konnettività sigura u fil-programm governattiv tal-UE għall-komunikazzjoni bis-satellita (GOVSATCOM). Għaddej proċess simili biex jippermetti l-ftuħ ta’ negozjati formali mal-Ukrajna.

Għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-Kummissjoni pproponiet li tagħti spinta lill-baġit tad-difiża u tal-ispazju għal EUR 131 biljun, ħames darbiet il-baġit kurrenti, fi ħdan il-Fond Ewropew għall-Kompetittività.

Tisħiħ tal-preparatezza u tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE

Filwaqt li titgħallem mill-isfidi tal-passat u tiffaċċja theddid bla preċedent, l-UE kontinwament timmira li ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tantiċipahom, tipprevjenihom u tirrispondi għalihom. Fl-2025, l-UE għamlet disponibbli aktar minn EUR 245 miljun għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. Barra minn hekk, biex tappoġġa r-reżiljenza fl-Istati Membri u fil-pajjiżi mhux tal-UE li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, il-Kummissjoni kkofinanzjat 27 proġett ta’ prevenzjoni u ta’ preparatezza, inklużi 13 skont l-għotjiet ta’ pajjiż wieħed lill-awtoritajiet tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u 14 skont l-għotjiet multinazzjonali. Ir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili kompliet tissaħħaħ bħala r-riżerva primarja ta’ kapaċitajiet ta’ rispons disponibbli għall-operazzjonijiet ta’ rispons tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. Fl-aħħar sena, ir-riżorsi skont ir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili żdiedu bi 19,4 %. Fl-2025, il-kapaċitajiet tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili ntużaw għal evakwazzjonijiet konsulari u mediċi, għat-tifi tan-nirien fil-foresti u għall-appoġġ mediku ta’ emerġenza.

Rispons tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għan-nirien fis-selvaġġ fl-2025

Matul l-istaġun Ewropew tan-nirien fis-selvaġġ tal-2025, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ġie attivat 18-il darba b’rispons għan-nirien fis-selvaġġ, b’16-il attivazzjoni fl-Ewropa u b’żewġ attivazzjonijiet barra mill-Ewropa.

Il-pajjiżi affettwati kienu jinkludu l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Greċja, il-Montenegro, il-Portugall, Spanja u s-Sirja. Il-Kummissjoni kkofinanzjat ukoll id-disponibbiltà ta’ riżerva tal-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru tar-rescEU, inklużi 18-il ajruplan tat-tifi tan-nar u erba’ ħelikopters f’każ ta’ talbiet għal assistenza.

Nirien fil-foresti – żoni maħruqa fl-UE fl-2025 (f’ettari)

RescEU, ir-riżerva ta’ preparatezza tal-Kummissjoni, issaħħet fl-2025, u resqet aktar qrib lejn flotta kompluta tat-tifi tan-nar mill-ajru fil-livell Ewropew. Il-Kummissjoni kompliet il-ħidma bl-arranġament tranżizzjonali rescEU biex tiġġieled it-theddida dejjem akbar ta’ nirien fis-selvaġġ madwar l-Ewropa. Matul ir-rebbiegħa tal-2025, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza ppożizzjona minn qabel il-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar madwar l-UE qabel l-istaġun tan-nirien fis-selvaġġ tas-sajf.

Ngħinu lin-nies ikampaw wara d-diżastri naturali

Fl-2025, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea mmobilizza EUR 1,3 biljun biex jassisti l-irkupru u r-rikostruzzjoni f’sitt Stati Membri u f’żewġ pajjiżi tal-adeżjoni milquta minn diżastri naturali fl-2024 u fl-2025. Il-fond alloka EUR 280 miljun lill-Awstrija, lill-Bożnija-Ħerzegovina, liċ-Ċekja, lill-Moldova, lill-Polonja u lis-Slovakkja wara l-għargħar, u għamel disponibbli EUR 1 057 miljun għal Spanja (għargħar) u Franza (żewġ ċikluni). Fil-każ ta’ Spanja, wara li l-maltempata Dana laqtet ir-reġjun ta’ Valenzja f’Ottubru 2024, il-fond immobilizza EUR 946 miljun, li hija t-tieni l-akbar kontribuzzjoni fl-istorja tal-fond.

Tisħiħ tas-sigurtà interna, tal-kontroll tal-fruntieri u tal-ġestjoni tal-migrazzjoni

Biex jittejbu s-sikurezza u s-sigurtà madwar l-Ewropa, il-kontroll tal-fruntieri, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-baġit tal-UE jiffinanzja azzjonijiet permezz ta’ għadd ta’ fondi, bħal dawn:

il-Fond għas-Sigurtà Interna, iffukat fuq il-prevenzjoni u fuq il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità organizzata u ċ-ċiberkriminalità;

il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jippromwovi l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji; u

l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi, li jindirizza l-isfidi tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

Il-baġit tal-2025 għall-Fond għas-Sigurtà Interna ammonta għal EUR 336,6 miljun. Dan l-ammont kien jinkludi EUR 195,5 miljun għall-allokazzjonijiet inizjali għall-programmi tal-Istati Membri, li l-akbar sehem minnhom huwa destinat li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu (41 %). Il-fond b’mod partikolari javvanza l-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni u l-mekkaniżmi ta’ skambju ta’ informazzjoni madwar l-Istati Membri, filwaqt li jappoġġa wkoll operazzjonijiet transfruntiera mmirati lejn il-qbid tad-drogi (22 196 kg sal-2025) jew tal-armi (302 sal-2025). Skont il-Faċilità Tematika tal-Fond għas-Sigurtà Interna, il-Kummissjoni ffinanzjat ukoll 13-il proġett li bdew fl-2025, b’EUR 30 miljun biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi bħaċ-ċentri kummerċjali, it-trasport pubbliku, il-postijiet ta’ divertiment u l-postijiet ta’ qima ( 31 ).

Il-baġit tal-2025 għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni ammonta għal EUR 1,9 biljun. Dan l-ammont kien jinkludi EUR 972,9 miljun għall-allokazzjonijiet inizjali għall-programmi tal-Istati Membri, li l-akbar sehem minnhom huwa għat-tisħiħ u għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (36 %). Sal-2025, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni rreġistra 15 635 parteċipant li applikaw għal status għal żmien twil, 107 739 persuna ripatrijata b’mod volontarju, 14 602 persuni ripatrijati mneħħija u 4 771 applikant għall-protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji tagħha ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor.

Il-baġit tal-2025 għall-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi ammonta għal EUR 1,2 biljun. L-akbar sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-programmi tal-Istati Membri huwa allokat għall- ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri (87 %). Il-politika komuni dwar il-viżi tammonta għal 8 % tal-baġit allokat għall-programmi tal-Istati Membri, bil-kisbiet ewlenin relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-ipproċessar tal-viżi.

Meta jitqiesu x-xenarju ta’ theddid u r-riskji li qed jevolvu malajr fil-fruntieri esterni tal-UE, sar disponibbli finanzjament addizzjonali mill-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi biex ikomplu jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ kontroll fil-fruntieri, b’EUR 169,6 miljun għax-xiri ta’ diversi tagħmir mingħajr ekwipaġġ li għandu jintuża għas-sorveljanza tal-fruntieri fil-livell nazzjonali u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (tagħmir tal-Frontex) u EUR 250 miljun għax-xiri ta’ droni u ta’ sistemi kontra d-droni. Skont l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi, saru disponibbli wkoll EUR 50,55 miljun biex jappoġġaw lill- pajjiżi assoċjati ma’ Schengen fl- implimentazzjoni tal-Patt tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. Il-finanzjament għall-ġestjoni tal-fruntieri ġie pprovdut ukoll mill-programm Dwana, li għen biex jingħata bidu lit-tim ta’ esperti tal-Alleanza Doganali tal-Unjoni Ewropea għall-Fruntieri,filwaqt li saħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali fost l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, l-UE qed ittejjeb is-sigurtà interna billi tinvesti fis-sigurtà tal-kejbils sottomarini tad-data. Dawn il-kejbils iġorru 99 % tat-traffiku interkontinentali tal-internet, u b’hekk huma essenzjali għall-ħajja moderna u għall-ekonomija Ewropea. Fl-2025, il-Kummissjoni intesifikat l-isforzi biex iżżid is-sigurtà u r-reżiljenza ta’ din l-infrastruttura kritika. Fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar is-sigurtà tal-kejbils adottat fl-2025, l-UE warrbet EUR 20 miljun biex issaħħaħ is-sigurtà tal-kejbils sottomarini tal-Ewropa, permezz tal-programm Ewropa diġitali, biex tappoġġa l-ħolqien ta’ ċentri reġjonali tal-kejbils u l-ittestjar tal-istress tar-reżiljenza tal-infrastruttura tal-kejbils sottomarini. Barra minn hekk, fl-2025, skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, intgħażlu 25 proġett bl-għan li jagħtu spinta lir-reżiljenza u s-sigurtà tal-kejbils sottomarini u l-konnessjonijiet terrestri ewlenin, li jammontaw għal EUR 186 miljun f’kontribuzzjonijiet tal-UE.



Appoġġ lin-nies, tisħiħ tas-soċjetajiet tagħna u tal-mudell soċjali tagħna

L-ekonomija tagħna trid taħdem kemm għan-nies kif ukoll għan-negozji. U jekk nimmodernizzaw in-negozju, l-industrija, u l-post tax-xogħol, irridu wkoll nimmodernizzaw is-suq tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. L-Ewropa trid tagħti riżultati għall-poplu kollu tagħha ( 32 ).

Ursula von der Leyen

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Provvista ta’ enerġija nadifa u affordabbli

Fl-2025, il-Kummissjoni ħadet azzjoni bl-għan li tipprovdi għajnuna immedjata lill-konsumaturi filwaqt li ssegwi trasformazzjoni fit-tul lejn sistema tal-enerġija dekarbonizzata, kompetittiva u sigura. Fi Frar, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta’ azzjoni għal enerġija affordabbli ( 33 ). Il-pjan għandu l-għan li jipprovdi għajnuna lill-unitajiet domestiċi li qed jiffaċċjaw kontijiet għoljin tal-enerġija u lill-industriji li qed jitħabtu ma’ kostijiet għoljin tal-produzzjoni. L-iffrankar globali huwa pproġettat għal EUR 45 biljun fl-2025, li jiżdied għal EUR 130 biljun fis-sena sal-2030 u EUR 260 biljun sal-2040.

F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli, ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni ppromwova prijorità ġdida dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija, li kellha l-għan li tisfrutta l-ħafna konġestjonijiet fl-infrastruttura tal-grilja tagħna u għenet fit-tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija. Ġew riallokati madwar EUR 1,2 biljun għal din il-prijorità l-ġdida għall-perjodu sal-2027. Barra minn hekk, il-politika ta’ koeżjoni appoġġat l-ekonomija ċirkolari billi investiet f’sistemi reġjonali u lokali ta’ mmaniġġjar tal-iskart lejn iċ-ċirkolarità (il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ), u b’hekk naqqset id-dipendenzi esterni fuq materjali riċiklabbli.

Fl-2025, il-Kummissjoni tat madwar EUR 650 miljun lil 14-il proġett transfruntier tal-infrastruttura tal-enerġija taħt il-fergħa tal-enerġija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Fost il-proġetti magħżula għall-finanzjament, sitta huma relatati mal-infrastruttura tal-elettriku, inklużi l-grilji enerġetiċi intelliġenti, u tmienja huma investimenti fl-infrastruttura tal-idroġenu. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa pprovdiet ukoll l-ewwel għotja għal xogħlijiet għal proġett tal-idroġenu.

F’Lulju, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment żborżaw EUR 3,66 biljun mill-Fond għall-Modernizzazzjoni biex jappoġġaw 34 proġett ta’ enerġija nadifa. F’Settembru, nedew ukoll l-Inizjattiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika għall-SMEs, programm ta’ finanzjament ta’ EUR 17,5 biljun li mistenni jgħin lil aktar minn 350 000 kumpanija jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom.

Fi Frar 2025, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja ssinkronizzaw il-grilji elettriċi tagħhom man-Network Kontinentali Ewropew, f’kooperazzjoni mal-Polonja. Dan jimmarka l-integrazzjoni sħiħa tal-istati Baltiċi fis-suq tal-enerġija tal-UE, u jtemm id-dipendenza fuq is-sistemi Belarussi u Russi. Dan il-proġett ewlieni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Enerġija, li beda fl-2014, irċieva aktar minn EUR 1,2 biljun f’finanzjament, li jirrappreżenta 75 % tal-kostijiet tal-investiment ( 34 ).

L-UE qed tappoġġa wkoll l-enerġija nadifa permezz tal-programm LIFE. Mill-bidu tagħha fl-2021, it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa ta’ LIFE ffinanzjat 267 proġett, b’kontribuzzjoni totali tal-UE ta’ EUR 427 miljun li jindirizzaw il-bini tal-kapaċitajiet, il-mobilizzazzjoni tal-investiment u l-adozzjoni mis-suq biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-proġetti jinkludu, fost affarijiet oħra, riċerka dwar soluzzjonijiet standardizzati tal-pompi tas-sħana għall-industrija alimentari u dwar l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’temperatura baxxa u sħana mormija għat-tisħin distrettwali.

Investiment fin-nies

Bejn l-2021 u l-2027, l-UE se tinvesti aktar minn EUR 150 biljun biex tappoġġa lin-nies, lin-negozji, lill-istituzzjonijiet edukattivi u lil oħrajn biex jiżviluppaw l-edukazzjoni u l-ħiliet meħtieġa għal ekonomija Ewropea b’saħħitha u kompetittiva. Skont il-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-implimentazzjoni aċċellerat, u l-għażla tal-proġetti laħqet madwar EUR 92,5 biljun sa Diċembru 2025, filwaqt li saru kważi EUR 7 biljun f’pagamenti interim lill-Istati Membri fl-2025. Il-Fond Soċjali Ewropew Plus primarjament jilħaq lil dawk li ma jaħdmux minħabba inattività jew qgħad, li jammontaw għal 11,8 miljun parteċipant. Aktar minn nofs il-parteċipanti kollha (8,2 miljun) għandhom livell baxx ta’ ħiliet, b’edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew inqas. B’appoġġ ta’ 3,6 miljun tifel u tifla u 3,9 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn it-18 u d-29 sena, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jipprovdi assistenza sinifikanti lill-ġenerazzjonijiet iżgħar. Il-gruppi vulnerabbli jibbenefikaw ukoll b’mod sostanzjali mill-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, inklużi 1,3 miljun persuna b’diżabilità, 2 miljun nazzjonal ta’ pajjiż terz u 312 000 parteċipant mingħajr dar sal-lum. Barra minn hekk, il-miżuri li jindirizzaw il-privazzjoni materjali laħqu lil 35,2 miljun riċevitur aħħari b’appoġġ alimentari jew b’assistenza materjali diretti, jew b’appoġġ indirett permezz ta’ vawċers.

L-UE qed tinvesti wkoll fin-nies, fir-reġjuni u fit-territorji permezz tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Minn Diċembru 2025, ġew żborżati pagamenti netti totali ta’ EUR 39,9 biljun skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni. Sa tmiem l-2025, l-Istati Membri kienu għażlu operazzjonijiet li jammontaw għal 63,4 % tal-allokazzjonijiet għal dawn iż-żewġ fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri EUR 185 biljun skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u EUR 30 biljun skont il-Fond ta’ Koeżjoni), li huwa mistenni li jwassal għal żieda fir-rati ta’ pagament fl-2026. Il-politika ta’ koeżjoni hija ta’ benefiċċju għar-reġjuni kollha, b’valutazzjoni tal-politika skont il-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti (2014–2020) li turi li kull euro ffinanzjat minnha wassal għal kważi 3 euro f’kumpens ( 35 ). Sal-2025, iż-żewġ fondi ffinanzjaw aktar minn 3 550 000 megawatt-siegħa fis-sena ta’ ffrankar fil-konsum primarju annwali u f’faċilitajiet tal-kura tas-saħħa mmoderinzzati, u ppermettewlhom iservu aktar minn 9 miljun persuna fis-sena u koprew aktar minn 26 miljun persuna fi proġetti appoġġati mill-fondi fil-qafas ta’ strateġiji għall-iżvilupp territorjali integrat.

Permezz tal-Unjoni tal-Ħiliet, il-Kummissjoni tappoġġa lin-nies biex jiksbu edukazzjoni, taħriġ u appoġġ ta’ kwalità għolja għall-apprendiment tul il-ħajja. Biex tindirizza l-isfidi tal-ħiliet fl-Ewropa, fl-2025 il-Kummissjoni nediet l-Unjoni tal-Ħiliet ( 36 ). Din l-istrateġija tiffoka fuq l-isforzi ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet, u t-titjib tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendiment tul il-ħajja ta’ kwalità għolja. Bħala parti minn dan, il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll li ssaħħaħ il-Patt għall-Ħiliet biex tgħin lill-ħaddiema fis-setturi strateġiċi kollha jiksbu ħiliet ġodda, bl-għan li ttejjeb il-ħiliet ta’ 25 miljun ħaddiem sal-2030. Fl-2025, 3,9 miljun persuna bbenefikaw minn inizjattivi ta’ taħriġ skont il-Patt għall-Ħiliet. Il-Patt immobilizza network ta’ 277 600 parti kkonċernata, li kollettivament investew aktar minn EUR 1 biljun f’attivitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid fl-2025, li 82 % minnhom ġew investiti mill-awtoritajiet pubbliċi bl-użu ta’ fondi u ta’ programmi nazzjonali jew tal-UE bħal Erasmus+, Orizzont Ewropa jew il-Fond Soċjali Ewropew Plus ( 37 ). Dan huwa kkomplementat minn EUR 5,7 biljun għall-infrastruttura tal-edukazzjoni, għat-tagħmir, għall-iżvilupp tal-ħiliet u tal-kooperazzjoni fl-edukazzjoni bejn il-fruntieri skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (inkluż Interreg).

Appoġġ għall-mobbiltà tal-apprendiment u edukattiva

Matul l-2025, il-programm Erasmus+ għen fil-promozzjoni tal-mobbiltà tal-apprendiment tranżnazzjonali, il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-arrikkiment tal-ħajja tan-nies fl-Ewropa. Mill-2021, Erasmus+ appoġġa aktar minn 3,8 miljun student fl-attivitajiet ta’ mobbiltà tagħhom, b’aktar minn 1,5 miljun li ħadu vantaġġ mill-mobbiltà ta’ Erasmus+ fl-2025. Fl-2025, intgħażlu 321 proġett ta’ bini tal-kapaċitajiet, bl-għan li jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport fl-UE u lil hinn minnha.

Barra minn hekk, mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Kummissjoni mmobilizzat aktar minn EUR 200 miljun permezz ta’ Erasmus+ biex tappoġġa proġetti li jippromwovu attivitajiet edukattivi u jiffaċilitaw l-integrazzjoni f’ambjenti ġodda ta’ apprendiment ta’ individwi li qed jaħarbu mill-gwerra. Ingħatat aktar attenzjoni lill-prijoritajiet speċifiċi għas-settur skont “sħubijiet għall-kooperazzjoni”. Mill-2023, l-għotjiet li jappoġġaw din il-prijorità ammontaw għal EUR 48 miljun. Ingħata wkoll appoġġ lill-organizzazzjonijiet, lill-istudenti u lill-persunal fl-Ukrajna. Mill-2022, b’kollox ġew ikkuntrattati EUR 31 miljun f’għotjiet għall-organizzazzjonijiet Ukreni ffukati fuq proġetti ta’ bini tal-kapaċitajiet fl-edukazzjoni għolja, fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fil-qasam taż-żgħażagħ u fl-isport.

Trawwim tas-solidarjetà permezz tal-volontarjat

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jipprovdi liż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u t-30 sena (35 fil-każ ta’ attivitajiet ta’ għajnuna umanitarja) bl-opportunità li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ volontarjat u ta’ solidarjetà jew barra mill-pajjiż jew f’pajjiżhom stess. Mill-2021, inħolqu aktar minn 120 000 opportunità għaż-żgħażagħ, u 12 000 proġett ibbenefikaw minn għotjiet. Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà pprovda appoġġ għal proġetti u għal attivitajiet fuq erba’ prijoritajiet trażversali: il-promozzjoni tal-inklużjoni u tad-diversità; il-kontribut għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; il-kontribut għall-parteċipazzjoni demokratika; u l-kontribut għall-valuri tal-UE. Fl-2025, il-Kummissjoni espandiet dan biex tinkludi l-promozzjoni tal-ġestjoni tal-iskart u s-soluzzjonijiet ta’ riċiklaġġ. L-opportunitajiet ta’ volontarjat permezz tal-fergħa tal-Għajnuna Umanitarja ppermettew lil kważi 400 żagħżugħ u żagħżugħa jappoġġaw komunitajiet vulnerabbli f’35 pajjiż.

Investiment fil-kultura

Il-programm Ewropa Kreattiva huwa l-programm emblematiku tal-UE biex jappoġġa s-setturi kulturali u awdjoviżivi, b’baġit għall-perjodu 2021-2027 li jammonta għal EUR 2,44 biljun, b’ EUR 364,2 miljun għall-2025. L-adozzjoni tal-Boxxla Kulturali għall-Ewropa, qafas strateġiku ġdid għall-politika kulturali Ewropea, kienet pass importanti fl-2025. B’20 inizjattiva ewlenija, il-Boxxla Kulturali se tipprovdi prinċipji kondiviżi għall-kooperazzjoni futura fil-politika kulturali fil-livell tal-UE.

B’baġit ta’ EUR 182 miljuniljun, fl-2025 il-fergħa Media attirat 2 165 proposta eliġibbli. Diversi xogħlijiet maħluqa bl-appoġġ tal-fergħa Media rċivew rikonoxximent professjonali internazzjonali, inklużi nomini għal Oscar għal sitt films maħruġa fl-2025. Il-fergħa Kultura attirat għadd rekord ta’ applikanti fl-2025 (1 648) u ntgħażlu 122 proġett.

Is-sena 2025 rat ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 anniversarju tal-inizjattiva Kapitali Ewropej tal-Kultura. Mill-1985, aktar minn 70 belt użaw it-titlu biex jiċċelebraw id-diversità, isaħħu l-identità Ewropea tagħhom u jsawru l-futur tagħhom permezz tal-kultura.

Titjib ta’ saħħet in-nies

L-azzjonijiet fil-livell tal-UE dwar is-saħħa jikkomplementaw il-politiki nazzjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li jipproteġu u jtejbu s-saħħa taċ-ċittadini tal-UE, jappoġġaw il-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi u tal-infrastrutturi tas-saħħa, jindirizzaw id-disparitajiet territorjali fl-aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità (b’mod partikolari f’żoni żvantaġġati, rurali u remoti), itejbu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa u jgħammru lill-Istati Membri biex jipprevjenu u jindirizzaw aħjar pandemiji futuri.

Il-Kummissjoni qed tappoġġa wkoll kumpaniji innovattivi ffukati fuq is-saħħa permezz ta’ HERA Invest. Sa tmiem l-2025, HERA Invest iffinanzjat tliet intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju innovattivi Ewropej, b’self ta’ EUR 20 miljun kull waħda.

Fl-2025, il-Kummissjoni investiet ukoll fid-dijanjostika rapida biex tgħin fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tar-reżistenza għall-antimikrobiċi. Permezz tal-programm l-UE għas-Saħħa, ġie pprovdut appoġġ finanzjarju ta’ EUR 8,85 miljun lil ħames sħab minn erba’ Stati Membri biex jiżviluppaw u jġibu fis-suq apparat dijanjostiku li jipprovdi riżultati f’inqas minn siegħa li se jgħin lit-tobba jagħżlu l-aktar trattament xieraq għall-pazjenti li jeħtieġu l-antibijotiċi.

Aktar minn nofs il-baġit annwali tal-UE għas-Saħħa għall-2025 mar għal investimenti f’azzjonijiet ta’ tħejjija u rispons għall-kriżijiet, inkluż theddid transfruntier serju għas-saħħa. Dawn l-azzjonijiet jinkludu ż-żieda fil-preparatezza, fil-prevenzjoni u fl-ippjanar tar-rispons kontra mard li jinġarr minn vettur, l-istabbiliment ta’ Laboratorji ta’ Referenza tal-UE, it-titjib tas-sistemi ta’ sorveljanza integrati fil-pajjiżi parteċipanti u l-għoti ta’ taħriġ lill-professjonisti tas-saħħa (pubblika). L-investimenti tal-UE għas-Saħħa kienu qed jappoġġaw ukoll l-istabbiliment tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tas-saħħa diġitali transfruntiera, l-istabbiliment u l-espansjoni ta’ korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa biex jippermettu l-użu mill-ġdid tad-data dwar is-saħħa.

L-investimenti tal-UE għas-Saħħa li jindirizzaw il-mard rari kellhom għodod tal-IT immirati lejn id-dijanjożi u t-trattament, bħall-għodda tat-telemediċina Sistema ta’ Ġestjoni Klinika tal-Pazjenti 2.0. Fl-2025, is-sistema tan-networks ta’ referenza Ewropej ġiet żviluppata aktar, appoġġata minn EUR 77,4 miljun f’għotjiet tal-UE għas-Saħħa għall-perjodu 2023-2027. Fl-2025, 2,7 miljun pazjent b’kundizzjonijiet rari bbenefikaw minn aċċess għal dijanjożi u għal trattament fl-24 network ta’ referenza Ewropew.



Pjan Ewropew biex jingħeleb il-kanċer

Skont l-UE għas-Saħħa, fl-2025 tnedew 24 azzjoni skont l-implimentazzjoni tal-approċċ trażversali tal-kanċer. L-azzjonijiet jinkludu, pereżempju, ħidma kollaborattiva fil-qasam tal-kanċer skont l-Azzjoni Konġunta “Intejbu l-Kapaċitajiet Diġitali taċ-Ċentri tal-Kanċer fl-Ewropa biex Intejbu l-Prevenzjoni u l-Kura” biex jittejbu s-sistemi tas-saħħa elettronika, tat-telemediċina u tal-monitoraġġ mill-bogħod, u biex jittejbu l-aċċess għad-data dwar is-saħħa u l-iskambju tagħha fiċ-ċentri eżistenti u futuri tal-kanċer. Barra minn hekk, fl-2025, bl-appoġġ ta’ EUR 90 miljun skont l-UE għas-Saħħa, il-Kummissjoni nediet in-Network tal-UE ta’ Ċentri Komprensivi tal-Kanċer, bl-għan li tiżgura li 90 % tal-pazjenti tal-kanċer eliġibbli jkollhom aċċess għal prevenzjoni, għal dijanjożi, għal trattament u għal kura ta’ kwalità għolja sal-2030.

F’allinjament u f’sinerġija mill-qrib mal-Pjan biex jingħeleb il-Kanċer, il-Missjoni tal-UE dwar il-Kanċer skont Orizzont Ewropa kompliet tagħti riżultati billi avvanzat l-azzjonijiet dwar l-esponiment ambjentali fiż-żgħażagħ, it-trattamenti innovattivi għall-kanċer fit-tfal u fl-adolexxenti, il-provi kliniċi kirurġiċi u l-interventi ta’ nutrizzjoni għal pazjenti akbar fl-età bil-kanċer. Fl-2025, il-Missjoni dwar il-Kanċer żviluppat 25 prova klinika f’diversi pajjiżi, 42 għodda ġdida għall-prevenzjoni, għall-identifikazzjoni u għat-trattament u aktar minn 850 kollaborazzjoni fir-riċerka, fil-kura tas-saħħa u fil-politika.



Insostnu l-kwalità tal-ħajja tagħna: sigurtà alimentari, ilma u natura

Id-demokrazija tagħna trid tagħti riżultati wkoll għal dawk li jsofru l-impatti tat-tibdil fil-klima. Irridu nipproteġu lin-nies u lin-natura minn nirien devastanti fis-selvaġġ. Irridu nippreservaw l-ilma prezzjuż tagħna, li huwa l-aktar vitali mir-riżorsi naturali kollha. U rridu nvaraw l-aħjar xjenza biex nipproteġu l-Oċean tagħna ( 38 ).

Ursula von der Leyen

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Bini ta’ sistema agrikola u alimentari kompetittiva u reżiljenti

L-UE avvanzat l-isforzi biex tibni sistema agroalimentari sostenibbli, kompetittiva u reżiljenti, li tipprovdi sigurtà alimentari u standards tal-għajxien ġusti għall-komunitajiet tal-biedja u għall-komunitajiet rurali. Il-politika agrikola komuni (PAK) kompliet tappoġġa lis-settur permezz tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, iż-żieda fl-introjtu u l-bini tar-reżiljenza. Ingħatat attenzjoni partikolari lill-appoġġ għall-introjtu għall-farms żgħar. Fl-2025, 5,5 miljun bidwi rċevew appoġġ dirett mill-PAK.

Il-pakkett ta’ simplifikazzjoni tal-PAK ta’ Diċembru 2025 jappoġġa l-kompetittività, ir-reżiljenza u d-diġitalizzazzjoni tas-settur agrikolu b’appoġġ immirat għall-bdiewa żgħażagħ u organiċi. Dawn il-miżuri jistgħu jiffrankaw sa EUR 1,6 biljun fis-sena għall-bdiewa u EUR 210 miljun għall-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-pakkett iġib ukoll flessibbiltà u simplifikazzjoni fit-trattament tal-pagamenti, ċerti rekwiżiti u għodod għall-kriżijiet.

Barra minn hekk, fl-2025 l-UE pprovdiet, skont il-PAK, appoġġ ta’ emerġenza lill-bdiewa f’reġjuni milquta minn diżastri ( 39 ):

EUR 73 miljun f’appoġġ ta’ emerġenza għall-bdiewa affettwati mit-tibdil fil-klima u mid-diżastri naturali fiċ-Ċekja, fi Spanja, fil-Kroazja, f’Ċipru, fil-Latvja, fl-Ungerija u fis-Slovenja ( 40 );

EUR 1,7 miljun f’appoġġ eċċezzjonali għas-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal fil-Ġermanja ( 41 );

EUR 49,5 miljun f’appoġġ ta’ emerġenza għall-bdiewa tal-frott, il-ġewż u l-ħaxix affettwati mit-tibdil fil-klima fil-Bulgarija, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, fil-Polonja u fir-Rumanija ( 42 );

EUR 7,3 miljun bħala għajnuna biex jiġu kkumpensati l-bdiewa f’żoni affettwati minn tifqigħat tal-influwenza avjarja fil-Polonja ( 43 );

Bidliet eċċezzjonali fil-POSEI (il-programm ta’ soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-periferiċità u l-insularità) biex jgħinu lill-bdiewa f’Mayotte jerġgħu jibdew il-produzzjoni wara ċ-Ċiklun Chido ( 44 ).

Barra minn hekk, il-fergħa tal-ikel tal-programm tas-suq uniku pprovdiet aktar minn EUR 240 miljun fl-2025 fl-oqsma tal-kontroll tal-mard tal-annimali u tal-pjanti, il-laboratorji ta’ referenza tal-UE u l-bank tal-vaċċini tal-UE għall-mard tal-annimali, filwaqt li naqqset ir-riskji għas-sigurtà alimentari billi żgurat ir-reżiljenza kontra tifqigħat ta’ mard transfruntier kbir tal-annimali.

Investiment f’ekonomija intelliġenti fl-użu tal-ilma, fl-oċeani u fis-sajd

Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-politika ta’ koeżjoni kien jinkludi prijorità dedikata ġdida għar-reżiljenza tal-ilma. Dawn l-azzjonijiet għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess għall-ilma nadif, il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u r-reżiljenza tal-ilma fost nixfiet frekwenti u impatti oħrajn tat-tibdil fil-klima, flimkien mat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma. Ġew riallokati EUR 3,1 biljun għal din il-prijorità, minbarra t-EUR 13-il biljun li diġà qed jiġu implimentati. Kif enfasizzat fil-Boxxla għall-Kompetittività u fl-istrateġija għar-reżiljenza tal-ilma, il-bini ta’ soċjetà intelliġenti fl-użu tal-ilma huwa pilastru importanti għas-sigurtà ekonomika tal-Ewropa.

Il-Fond tal-UE għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura jikkontribwixxi għal ekonomija blu sostenibbli  fiż-żoni kostali, insulari u interni, u għall-iżvilupp tal-komunitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura. L-Istati Membri rċivew EUR 554,9 miljun f’pagamenti. Dawn iffinanzjaw proġetti bħat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid għall-persuni li jaħdmu fil-portijiet u madwarhom ( 45 ) u r-riċerka dwar it-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tas-sallura u tas-salamun Ewropej ( 46 ), flimkien mar-riċerka dwar l-irkapti tat-tkarkir ottimizzati bil-ħsieb li jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil ( 47 ). Biex tappoġġa l-konservazzjoni tal-oċeani, ix-xjenzi dwar l-oċeani, is-sajd sostenibbli, l-akkwakultura u l-ekonomija blu, il-Kummissjoni ppreżentat il-Patt Ewropew għall-Oċeani fil-Konferenza tan-NU dwar l-Oċeani tal-2025, flimkien ma’ EUR 1 biljun f’investiment għall-oċean ( 48 ).

Fl-2025, it-tewmi diġitali Ewropew tal-Oċean sar kompletament operazzjonali. Dan integra d-data ta’ osservazzjoni tal-baħar ta’ Copernicus u Ewropea, u ppermetta mmudellar b’riżoluzzjoni għolja tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Barra minn hekk, in-Network Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima kompla jipprovdi data tal-baħar fuq bażi traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u li tista’ terġa’ tintuża, li tirriżulta f’benefiċċji annwali ta’ bejn EUR 150 miljun u EUR 400 miljun permezz ta’ żieda fil-produttività u fl-innovazzjoni għall-utenti u informazzjoni aħjar dwar l-ibħra u l-oċeani tagħna.

Il-missjoni ta’ Orizzont Ewropa “Nirrestawraw l-oċeani u l-ilmijiet tagħna” appoġġat it-tranżizzjoni blu u t-tisħiħ tal-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar u tal-ilma ħelu fil-baċiri tal-baħar kollha. Sa tmiem l-2025, 80 proġett b’valur ta’ EUR 400 miljun kienu qed jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi f’223 sit ta’ dimostrazzjoni lokali.

Promozzjoni ta’ ekonomija ċirkolari, tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità

Il-programm LIFE għandu l-għan li jappoġġa t-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, kompetittiva u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Mill-2021, is-subprogramm tal-ekonomija ċirkolari u tal-kwalità tal-ħajja skont LIFE ffinanzja 180 proġett li jiffukaw fuq l-effiċjenza fir-riżorsi, fuq il-kwalità tal-arja u tal-ħamrija, fuq ir-reżiljenza tal-ilma u fuq l-immaniġġjar tal-iskart u tas-sustanzi kimiċi perikolużi. Dawn il-proġetti jirrappreżentaw investiment li jaqbeż il-EUR 1 biljun, b’LIFE jikkontribwixxi EUR 530 miljun, u jinkludu azzjonijiet bħall-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida għar-riċiklaġġ ta’ pannelli solari fi tmiem il-ħajja, il-konverżjoni ta’ eskrement mill-insetti (frass) f’fertilizzanti, flimkien ma’ riċerka dwar soluzzjonijiet biex jiġi stabbilizzat il-merkurju f’ħamrija kkontaminata.

Sal-2025, is-subprogramm LIFE dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih iffinanzja 123 proġett. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, dan jikkorrispondi għal valur totali tal-proġett ta’ EUR 681 miljun u għal kontribuzzjoni tal-UE ta’ EUR 399,2 miljun. Il-proġetti aġġudikati fl-2025 jinkludu EUR 66 miljun għal 24 proġett ta’ azzjoni standard u EUR 25,8 miljun għal proġetti strateġiċi. Is-sejħiet għal proġetti ta’ azzjoni standard u għal proġetti strateġiċi mnedija fl-2025 huma mistennija li jaġġudikaw EUR 61,5 miljun u 30 miljun rispettivament lill-proposti rebbieħa.

Is-subprogramm dwar in-natura u l-bijodiversità ta’ LIFE ffinanzja 170 proġett, u kkontribwixxa għal kundizzjonijiet imtejba għal madwar 560 speċi selvaġġa u aktar minn 2 miljun ettaru ta’ ħabitats sal-2025. Eżempji ta’ dan jinkludu:

il-proġett mużajk tal-ħajja ta’ EUR 4,8 miljun, li jirrestawra aktar minn 550 ettaru ta’ ħabitats tal-bwar fi tmien siti ta’ Natura 2000 fil-Kroazja;

il-proġett LIFE RiverFlow ta’ EUR 8,5 miljun, li jtejjeb il-konnettività tax-xmajjar fi tmien xmajjar fil-Latvja u jirrestawra aktar minn 1 034 km ta’ passaġġi fuq l-ilma; u

il-proġett LIFE repeat ta’ EUR 17-il miljun, li jirrestawra 1 044 ettaru ta’ torbieri mistagħdra elevati u moxa mistagħdra fi tliet siti ta’ Natura 2000 fir-reġjun ta’ Hannover.

Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jappoġġaw l-adattament għat-tibdil fil-klima, b’aktar minn EUR 14-il biljun allokati għall-perjodu 2021-2027. Dawn l-investimenti jiffukaw fuq il-prevenzjoni tar-riskji klimatiċi u jagħtu prijorità lil soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. B’riżultat ta’ dan, aktar minn 97 miljun persuna jibbenefikaw mill-protezzjoni kontra l-għargħar, u aktar minn 288 miljun mill-protezzjoni kontra n-nirien fis-selvaġġ. Barra minn hekk, permezz tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, l-Istati Membri allokaw mill-ġdid fondi għall-adattament għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari r-riskju ta’ għargħar u ta’ nixfa, taħt il-prijorità “reżiljenza tal-ilma”.



Protezzjoni tad-demokrazija tagħna, ħarsien tal-valuri tagħna

Meta niddefendu l-indipendenza tal-Ewropa nkunu qegħdin inħarsu l-libertajiet tagħna. Il-libertà li tiddeċiedi. Li ssemma’ leħnek. Li tista’ ddur madwar kontinent sħiħ. Il-libertà li tivvota. Li tħobb. Li titlob. Li tgħix f’Unjoni ta’ ugwaljanza. Id-demokrazija u l-istat tad-dritt tagħna huma l-garanti ta’ dawk il-libertajiet ( 49 ).

Ursula von der Leyen

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Protezzjoni tad-demokrazija Ewropea

Fl-2025, l-UE saħħet ir-reżiljenza demokratika kontra pressjonijiet interni u esterni filwaqt li tat is-setgħa  liċ-ċittadini biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv fit-tfassil tal-politika u jsawru l-komunitajiet tagħhom. Filwaqt li tibni fuq il-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea u l-pakkett dwar id-difiża tad-demokrazija, it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija ġiet ippreżentata f’Novembru biex issaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi, tipproteġi l-integrità tal-elezzjonijiet u tappoġġa l-libertà u l-pluraliżmu tal-media.

Il-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri għen biex tiġi appoġġata d-demokrazija parteċipattiva. Fl-2025, il-programm alloka aktar minn EUR 1,9 miljun biex jappoġġa l- mekkaniżmu tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), li jpoġġi liċ-ċittadini fil-qalba tad-demokrazija Ewropea billi jippromwovi l-parteċipazzjoni diretta fl-iżvilupp tal-politika tal-UE. Matul is-sena, ġew irreġistrati sitt inizjattivi ġodda, li jammontaw għal 49 inizjattiva bejn l-2021 u l-2025, b’rekord ta’ erba’ inizjattivi li laħqu l-limitu ta’ miljun firma, li jikkonferma l-involviment dejjem akbar taċ-ċittadini fil-livell tal-UE ( 50 ). 

Bini ta’ unjoni tal-ugwaljanza vera u r-rispett tal-istat tad-dritt

Il-programm dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri jippromwovi wkoll id-drittijiet u l-valuri minquxa fit-trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Sa tmiem l-2025, il-programm kien appoġġa 6 737 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi eliġibbli mhux tal-UE. Il-programm ipprovda appoġġ operazzjonali u azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, reġjonali, nazzjonali u tranżnazzjonali. Barra minn hekk, bejn l-2021 u l-2025, 2 155 proġett iffinanzjat huma mistennija jilħqu mill-inqas 79 miljun persuna. Eżempji ta’ proġetti jinkludu l-kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u tiġi promossa l-inklużjoni, azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni kontra d-diskors ta’ mibegħda u l-mibegħda online u avvenimenti tranżnazzjonali taċ-ċittadini li jħeġġu dibattitu dwar l-istorja, il-valuri demokratiċi u l-futur tal-Ewropa u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti tranżnazzjonali biex issir riflessjoni dwar il-passat, il-preżent u l-futur tal-Ewropa.

Il-programm dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri jappoġġa wkoll skemi ta’ premjijiet iffukati fuq il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà, l-inklużjoni u l-ugwaljanza fil-livell lokali. Permezz tal-Premju għall-Bliet Aċċessibbli u l- Premju għall-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità, il-programm ta rikonoxximent lill-irħula u l-bliet li wettqu azzjonijiet konkreti fl-avvanz tal-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità u fit-trawwim ta’ komunitajiet inklużivi u ħielsa mid-diskriminazzjoni. B’dan il-mod, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħidma eċċezzjonali fil-livell lokali, filwaqt li qasmet prattiki tajbin u ħeġġet l-apprendiment bejn il-pari fost l-awtoritajiet lokali.

Il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali huma appoġġati wkoll mill-programm dwar il-ġustizzja. Il-programm dwar il-ġustizzja jappoġġa l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, it-taħriġ ġudizzjarju u l-aċċess għall-ġustizzja. Fl-2025, l-implimentazzjoni tal-programm kopriet għotjiet ta’ azzjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja, it-taħriġ ġudizzjarju u l-aċċess għall-ġustizzja b’baġit indikattiv totali ta’ EUR 15,4 miljun. Barra minn hekk, il-programm kompla jappoġġa azzjonijiet mill-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam tal-ġustizzja: in-network ta’ korpi ta’ monitoraġġ tal-ħabsijiet, it-twassil tar-rapport SPACE (rapport annwali dwar l-istatistika tal-ħabsijiet li jipprovdi informazzjoni intuwittiva ċara dwar is-sitwazzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istati Membri) u l-istudju annwali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza tas-sistemi ġudizzjarji fost l-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, fl-2025 ġew konklużi kuntratti ta’ akkwist għal total ta’ EUR 9,2 miljun, biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod tal-IT u politiki ewlenin tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja permezz ta’ attivitajiet li jinkludu studju li jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt għar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Eurojust.

Ewropa Globali: Ingranaġġ tas-setgħa u s-sħubijiet tagħna

It-triq ’il quddiem hija permezz ta’ sħubijiet. Sħubijiet ibbażati fuq interessi komuni u r-rispett għas-sovranità. Dan huwa dak li jgħaqqadna hawnhekk illum. Dan huwa l-approċċ tal-Ewropa ( 51 ).

Ursula von der Leyen

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Żamma tal-appoġġ sod tal-UE għall-Ukrajna

L-UE tibqa’ impenjata li tappoġġa lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. Sa tmiem l-2025, l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu pprovdew madwar EUR 193,3 biljun, li minnhom EUR 88,3 biljun kienu permessi mill-baġit tal-UE. Fl-2025 biss, l-UE kopriet 84 % tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni kompliet tikkoordina l-assistenza tal-UE ma’ sħab oħrajn permezz tal-Pjattaforma tad-Donaturi għall-Ukrajna.

Appoġġ finanzjarju u ekonomiku

Fl-2025, l-UE żborżat EUR 18,1 biljun lill-Ukrajna permezz ta’ self eċċezzjonali ta’ Assistenza Makrofinanzjarja, bħala parti mill-inizjattiva ta’ Self għall-Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Eċċezzjonali tal-G7 miftiehma fl-2024. Sabiex tippermetti l-inizjattiva tal-G7, l-UE stabbiliet il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna biex toffri appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli lill-Ukrajna, iffinanzjat bl-ingranaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja miġbura fuq profitti straordinarji mhux mistennija li jirriżultaw minn assi immobilizzati tal-Bank Ċentrali Russu. L-Ukrajna tista’ tuża dan l-appoġġ biex tħallas lura lill-UE u self eliġibbli ieħor tal-G7, inkluż l-imgħax u kostijiet relatati oħra.

Barra minn hekk, il-Faċilità għall-Ukrajna kompliet tappoġġa l-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-Ukrajna f’konformità mal-perkors tagħha lejn l-UE. Sa mill-introduzzjoni tagħha, il-Faċilità għall-Ukrajna żborżat EUR 26,8 biljun bħala finanzjament eċċezzjonali u skont il-pjan għall-Ukrajna. Il-Faċilità ssussidjat il-kostijiet tas-self fuq is-self lill-Ukrajna pprovdut skont il-faċilità għall-ewwel darba fl-2025, u b’hekk għenet il-finanzi nazzjonali tal-Ukrajna b’EUR 321 miljun.

Il-Qafas ta’ Investiment għall-Ukrajna, il-fergħa tal-investiment tal-Faċilità għall-Ukrajna, irċieva total ta’ EUR 9,5 biljun f’appoġġ tal-UE fil-forma ta’ garanzija baġitarja tal-UE u operazzjonijiet ta’ taħlit u huwa mistenni jimmobilizza sa EUR 21,8 biljun f’investiment pubbliku u privat. Sa issa, ġew allokati EUR 6,9 biljun għall-finanzjament ta’ programmi ta’ investiment li huma ta’ benefiċċju dirett għall-poplu tal-Ukrajna – il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, il-forniment tal-elettriku, is-sħana u l-ilma nadif, l-appoġġ għal akkomodazzjoni affordabbli, il-bini ta’ xelters għall-bombi, ir-riabilitazzjoni ta’ infrastruttura li saritilha ħsara fil-gwerra u aktar.

Sabiex tirrestawra l-kapaċità kritika tal-enerġija u ssaħħaħ direttament il-grilja nazzjonali tal-Ukrajna, l-UE appoġġat ir-rilokazzjoni ta’ impjant tal-enerġija termali sħiħ mil-Litwanja għall-Ukrajna f’Diċembru 2025. L-impjant huwa kapaċi jipprovdi enerġija lil madwar miljun ċittadin Ukren – l-akbar operazzjoni unika sal-lum skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ( 52 ).

Il-Korsiji ta’ Solidarjetà, stabbiliti f’Mejju 2022, ikomplu jiżguraw li l-Ukrajna tkun tista’ timporta l-oġġetti li teħtieġ u tesporta prodotti agrikoli u prodotti oħra. Filwaqt li l-Korsiji ta’ Solidarjetà kienu essenzjali għall-esportazzjonijiet agrikoli tal-Ukrajna sa nofs l-2023, minn dak iż-żmien ’l hawn l-Ukrajna ġġieldet b’suċċess kontra r-Russja biex tiżgura l-kuritur tagħha tal-Baħar l-Iswed. L-UE tappoġġa l-kummerċ tal-Ukrajna marbut mal-Baħar l-Iswed billi tappoġġa dan il-kuritur, li jippermetti lill-bastimenti Ukreni jkomplu jesportaw. B’mod parallel, l-UE investiet fl-infrastruttura u fil-koordinazzjoni biex tiżgura li din ir-rotta marittima tibqa’ vijabbli u sigura.

L-UE kompliet tuża strumenti ta’ garanzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni matul is-sena biex tappoġġa l-kummerċ. Pereżempju, f’Ġunju, intlaħaq l-ewwel ftehim skont il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni tal-Ukrajna tal-UE, li pprovda EUR 20 miljun f’garanziji għall-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Ukrajna permezz tal-Uffiċċju tal-Esportazzjoni u tal-Importazzjoni tad-Danimarka ( 53 ).

Biex ittejjeb il-konnessjonijiet tat-trasport bejn l-UE, l-Ukrajna u l-Moldova, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 2,3 biljun, sal-2025, inklużi EUR 0,6 biljun f’finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Pereżempju, f’Lulju, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ffirmat proġett ġdid biex tibni linja ferrovjarja tal-UE b’wisa’ nominali standard tal-binarji mill-Polonja għal Sknyliv (qrib Lviv) fl-Ukrajna għal kontribuzzjoni tal-UE ta’ EUR 73,5 miljun ( 54 ). F’Settembru, l-Ukrajna fetħet l-ewwel linja ferrovjarja tal-UE b’wisa’ nominali standard tal-binarji , li tippermetti l-ivvjaġġar dirett bil-ferrovija mill-Ukrajna lejn bliet bħal Budapest fl-Ungerija u Vjenna fl-Awstrija ( 55 ).

Appoġġ umanitarju lill-Ukrajna

Fl-2025, l-UE kompliet tipprovdi għajnuna umanitarja fl-Ukrajna u fil-Moldova għal assistenza ta’ emerġenza. Dan kien jinkludi EUR 40 miljun allokati biex jgħinu lill-Ukreni ikampaw fir-raba’ xitwa tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, jassistu lis-sħab tal-għajnuna umanitarja tal-UE fit-twassil ta’ materjali ta’ kenn, fit-tiswija ta’ djar u ċentri li saritilhom il-ħsara għall-persuni spostati u fit-titjib tal-aċċess għall-ilma, tas-sanità u tat-tisħin. Mill-invażjoni fuq skala sħiħa tar-Russja fi Frar 2022, il-Kummissjoni allokat aktar minn EUR 1,2 biljun għal programmi ta’ għajnuna umanitarja fl-Ukrajna, inklużi EUR 220 miljun fl-2025.

Għajnuna umanitarja għall-Ukrajna u għall-Moldova mill-UE u mill-Istati Membri tagħha (2022-2025)

 

Appoġġ għan-nies fl-Ukrajna

Mill-2022 sal-2025, l-UE pprovdiet dawn li ġejjin lill-poplu fl-Ukrajna ( 56 ):

·EUR 220 miljun f’finanzjament ta’ għajnuna umanitarja li jwieġeb għall-ħtiġijiet ta’ dawk l-aktar vulnerabbli;

·EUR 100 miljun iddedikati għall-appoġġ tal-aċċess sikur għall-edukazzjoni għat-tfal fl-Ukrajna;

·EUR 60 miljun għal proġetti mmirati lejn il-bini tal-kapaċitajiet tal-universitajiet, tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali, u tal-organizzazzjonijiet tal-isport u taż-żgħażagħ Ukreni skont Erasmus+;

·EUR 65 miljun għal ikliet ta’ nofsinhar tal-iskola b’xejn u tajbin għas-saħħa għal 700 000 student tal-iskola primarja fl-Ukrajna;

·aktar minn EUR 50 miljun biex jiġu appoġġati s-setturi kulturali u kreattivi tal-Ukrajna, inklużi aktar minn EUR 11,5 miljun iddedikati għall-wirt kulturali;

·aktar minn EUR 700 000 f’għotjiet għall-mobbiltà għall-artisti u għall-professjonisti kulturali;

·EUR 123 miljun biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ukrajna.

Appoġġ militari u riċerka dwar id-difiża

L-UE u l-Istati Membri pprovdew madwar EUR 69,3 biljun f’appoġġ militari mill-2022 permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi. EUR 6,1 biljun minn dan ingħaddew permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi. Barra minn hekk, l-UE pprovdiet EUR 3,7 biljun mir-rikavati tal-assi immobilizzati Russi, li minnhom EUR 3,3 biljun ingħaddew lill-Faċilità Ewropea għall-Paċi u EUR 0,4 biljun lill-Faċilità għall-Ukrajna. L-UE tħarreġ il-Forzi Armati Ukreni permezz tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna, li s’issa ħarrġet madwar 85 000 membru tal-persunal militari Ukren.

L-UE qed tipprovdi wkoll strumenti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fil-qasam tad-difiża, prinċipalment permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża. Fl-2025, l-UE adottat ir-regolament biex tinċentiva investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE, li ppermetta l-assoċjazzjoni tal-Ukrajna mal-Fond Ewropew għad-Difiża, bl-objettiv li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni industrijali bejn l-UE u l-Ukrajna. Barra minn hekk, l-UE ħabbret it-tnedija ta’ BraveTechEU, inizjattiva konġunta bejn l-UE u l-Ukrajna li għandha l-għan li tqarreb l-ekosistemi tal-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża tal-UE u tal-Ukrajna biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ippruvati fuq il-kamp tal-battalja.

Miżuri restrittivi

L-UE adottat erba’ pakketti addizzjonali ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja u l-Belarussja b’rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, li jkomplu jnaqqsu l-aċċess għal teknoloġija kritika, għal prodotti industrijali u għal servizzi finanzjarji, u jnaqqsu l-flussi ta’ dħul tar-Russja, b’mod partikolari mill-enerġija. Sabiex iżżid l-effettività u l-impatt tas-sanzjonijiet, l-UE kompliet tagħmel enfasi akbar fuq miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni fil-qasam tal-kummerċ u l-enerġija, inkluż l-immirar tal-flotta mistura użata mir-Russja biex tevita l-limitu massimu fuq il-prezz taż-żejt. B’mod parallel, l-UE saħħet il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni tagħha ma’ pajjiżi mhux tal-UE.

Tkabbir tal-UE u l-viċinat usa’ tal-UE

Fl-2025, l-UE pprovdiet firxa wiesgħa ta’ appoġġ lill-pajjiżi tat-tkabbir, inklużi dawn li ġejjin.

EUR 184 miljun f’appoġġ żborżat taħt il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent.

Minn Ġunju, il-Garanzija tal-Balkani tal-Punent 4 għar-Reżiljenza tal-SMEs kienet impenjat l-aħħar ammont mill-EUR 60 miljun tagħha f’fondi tal-UE, u b’hekk irrilaxxat total ta’ EUR 886 miljun f’finanzjament biex tappoġġa t-tkabbir sostenibbli tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fir-reġjun.

Ġew żborżati EUR 288,9 miljun taħt il-Faċilità l-ġdida għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova.

Fl-2025, il-Kummissjoni ffinalizzat l-ipprogrammar tal-pjanijiet ta’ azzjoni pluriennali bilaterali u multinazzjonali tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III favur il-Balkani tal-Punent u t-Turkija, bl-eċċezzjoni tal- Kosovo( 57 ) . L-azzjonijiet adottati kienu jinkludu faċilità multinazzjonali u tas-soċjetà ċivili u pjan ta’ azzjoni pluriennali għall-media għall-2025–2027 b’valur ta’ EUR 553,9 miljun; pjan ta’ azzjoni pluriennali li jkopri azzjonijiet bilaterali favur l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja għall-2025–2027 ta’ EUR 491,9 miljun; pjan ta’ azzjoni pluriennali favur it-Turkija għall-2025–2027 għal EUR 311,7 miljun; u azzjoni pluriennali li tappoġġa l-ħtiġijiet essenzjali għar-refuġjati u l-ġestjoni tal-migrazzjoni fit-Turkija għall-2025–2027 ta’ EUR 1,15 biljun. 

Il-Moldova saret pajjiż kandidat fl-2022. L-UE kkooperat mal-Moldova permezz tal-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-Sħubija tal-Lvant. Fi Frar 2025, fil-kuntest tal-kriżi tal-enerġija kkawżata min-nuqqas ta’ sigurtà tal-provvisti Russi, il-Kummissjoni u l-Moldova qablu dwar strateġija komprensiva ta’ sentejn għall-indipendenza u għar-reżiljenza tal-enerġija, li tipprovdi appoġġ rapidu tal-UE sa EUR 160 miljun lill-pajjiż. F’Marzu, inħolqot il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova, għodda ta’ finanzjament ġdida ta’ EUR 1,9 biljun (2025-2027) biex jiġi ppromulgat il-Pjan ta’ Tkabbir. F’Ġunju 2025, il-Moldova rċeviet EUR 270 miljun f’self ta’ prefinanzjament skont il-faċilità, u EUR 24,3 miljun ġew irrilaxxati bħala appoġġ mhux ripagabbli. L-appoġġ finanzjarju kontinwu skont il-faċilità jiddependi mill-implimentazzjoni b’suċċess tar-riforma. F’Settembru 2025, wara li stabbiliet li l-Moldova kienet issodisfat erba’ indikaturi ta’ riforma mill-Aġenda, il-Kummissjoni għamlet l-ewwel pagament regolari tagħha skont il-faċilità, u b’hekk irrilaxxat EUR 18,9 miljun f’self. Ir-riformi kienu jinkludu l-iżvilupp ta’ swieq tal-elettriku u tal-gass miftuħa u kompetittivi, flimkien ma’ miżuri li jiggarantixxu s-sigurtà tal-enerġija.

Fil-viċinat tal-Lvant, is-Sħubija tal-Lvant tibqa’ l-qafas ta’ politika ġenerali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali, jiġu promossi l-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku u l-pajjiżi sħab jitqarrbu lejn l-UE. L-assistenza permezz ta’ programmi ta’ azzjoni pluriennali li jkopru l-perjodu 2025-2027 ġiet approvata f’Lulju għall-Armenja, għall-Ażerbajġan, għall-Belarussja, għall-Georgia u għall-Moldova, b’total ta’ EUR 668,2 miljun.

Fil-viċinat tan-Nofsinhar, ġie adottat programm ta’ kooperazzjoni pluriennali għal-Libja, b’baġit ta’ EUR 102 miljun biex jappoġġa l-governanza u l-istabbilizzazzjoni (EUR 55 miljun), it-tkabbir ekonomiku u t-trasformazzjoni diġitali (EUR 23,5 miljun), flimkien mal-azzjoni klimatika, enerġetika u ambjentali (EUR 23,5 miljun). Barra minn hekk, fl-2025, is-Sħubija Strateġika u Komprensiva mal-Eġittu (konkluża fl-2024) appoġġat it-tranżizzjoni ekoloġika tal-Eġittu u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ġenerali. Is-sħubija tinkludi wkoll operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja li għaddejja sa EUR 4 biljun biex tappoġġa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Eġittu, li minnhom EUR 1 biljun ġew żborżati f’Jannar 2026. Barra minn hekk, f’Settembru 2025, l-UE żborżat l-ewwel pagament parzjali tal-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja li għaddejja bħalissa lill-Ġordan, li jammonta għal EUR 250 miljun. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-Patt għall-Mediterran ipprovdiet qafas ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u n-Nofsinhar tal-Mediterran.

Fl-2025, is-sitwazzjoni volatili fil-Lvant Nofsani enfasizzat il-ħtieġa għal approċċ aktar strutturat u koordinat għall-kooperazzjoni fir-reġjun. L-UE ppreżentat proposta għal programm komprensiv pluriennali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Palestina għall-perjodu 2025–2027, għal ammont ta’ EUR 1,6 biljun. Barra minn hekk, issaħħew il-kooperazzjoni u l-involviment mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u ma’ pajjiżi individwali tal-Golf, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà, tat-tibdil fil-klima, tal-kooperazzjoni diġitali, u tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Barra minn hekk, l-isforzi tas-Sirja biex terġa’ tibda l-ekonomija tagħha, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-bini tal-kapaċitajiet u l-appoġġ għas-setturi ekonomiċi ewlenin, ġew appoġġati b’EUR 139 miljun.

Il-politika barranija u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE

Sħubiji internazzjonali

Il-Global Gateway hija strumentali fl-appoġġ tas-sħubijiet internazzjonali tal-UE. Fl-2025, l-UE u l-Istati Membri tagħha komplew iżidu l-istrateġija Global Gateway. Ġie organizzat it-tieni Forum tal-Global Gateway u l-President von der Leyen ħabbret li l-UE, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ finanzjament Ewropej, skont approċċ ta’ Tim Ewropa, kienu mmobilizzaw aktar minn EUR 306 biljun f’investimenti, li jaqbżu l-mira oriġinali ta’ EUR 300 biljun.

Il-25 anniversarju tas-sħubija bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana ġie ċċelebrat fl-2025. Permezz tal-Global Gateway, sal-2025 l-UE mmobilizzat EUR 120 biljun għal proġetti madwar l-Afrika. Fis-Summit tal-G20 fl-Afrika t’Isfel, l-avveniment finali b’appell għal wegħdiet ta’ donazzjonijiet tal-kampanja tal-Global Gateway Scaling up Renewables in Africa mmobilizza EUR 15,5 biljun għall-enerġija nadifa u għall-aċċess għall-elettriku madwar il-kontinent ( 58 ).

Matul l-2025, l-Aġenda ta’ Investiment tal-Global Gateway bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew (LAC) tat riżultati tanġibbli, u affermat mill-ġdid il-pożizzjoni tal-UE bħala l-investitur ewlieni fir-reġjun. Aktar minn 80 proġett avvanzaw fl-implimentazzjoni tagħhom, li juru s-saħħa tal-approċċ ta’ Tim Ewropa u l-impatt konkret tiegħu fil-prattika, inkluż, pereżempju: l-integrazzjoni reġjonali tal-elettriku, in-network tal-computing ta’ prestazzjoni għolja UE-LAC u l-valorizzazzjoni tas-sargassu komuni fil-Karibew.

Fl-2025, pakkett ta’ investiment tal-Global Gateway ta’ Tim Ewropa mmobilizza EUR 12-il biljun għall-Asja Ċentrali u, fl-ewwel Forum tan-Negozju bejn l-UE u l-Paċifiku li qatt sar, il-Kummissjoni ħabbret kważi EUR 300 miljun ta’ investimenti tal-Global Gateway iddedikati għar-reġjun kollu tal-Paċifiku. L-UE introduċiet ukoll inizjattiva ta’ EUR 42 miljun biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Asja-Paċifiku fl-użu tad-data ta’ Copernicus għall-ippjanar spazjali u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus ikkontribwixxa għall-espansjoni tal-Global Gateway billi qasam ir-riskji tas-sħab tal-finanzjament għall-iżvilupp meta jimmobilizzaw ir-riżorsi proprji tagħhom, u b’hekk attira investituri addizzjonali , b’mod partikolari mis-settur privat. Fl-2025, il-baġit tal-UE pprovda kopertura għal self mill-Bank Ewropew tal-Investiment ta’ madwar EUR 4 biljun, li huma mistennija li jingranaw EUR 14-il biljun f’investiment totali. Il-garanzija estiża kopriet ukoll garanziji ta’ arkitettura miftuħa għal EUR 2,5 biljun, b’investiment totali stmat ta’ mill-inqas EUR 5 biljun. Eżempji ta’ garanziji ta’ arkitettura miftuħa skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus jinkludu ż-żieda fil- finanzjament sostenibbli fl-Afrika ( 59 ), il-kontribut għal provvista tal-enerġija affidabbli u sostenibbli fl-Afrika u fir-reġjun tal-Asja tal-Paċifiku ( 60 ) u l- aċċess għall-finanzjament għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, b’mod partikolari negozji ġodda u intrapriżi mmexxija min-nisa, fl-Afrika u fil-Viċinat Ewropew ( 61 ).

Bħala parti mill-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Pajjiżi u t-Territorji Ekstra-Ewropej, id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ekstra-Ewropea, inkluża Greenland, appoġġat azzjonijiet sal-2025 li jammontaw għal EUR 366,3 miljun. Fl-2025, l-ewwel tliet azzjonijiet intrareġjonali ġodda ġew adottati għal total ta’ EUR 4,8 miljun: programm intrareġjonali wieħed għall-artijiet Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika, programm iddedikat għall- kultura u programm ta’ miżuri ta’ appoġġ, li t-tnejn ikopru l-pajjiżi u t-territorji barranin kollha. Il-kooperazzjoni territorjali kompliet tkopri diversi setturi mill-ilma sal-enerġija, it-turiżmu jew il-kapital naturali. L-UE appoġġat, pereżempju, każijiet bħall-politika ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri ta’ Saint Barthélemy, appoġġata b’EUR 2,5 miljun, fejn sal-2025 it-territorju kien kiseb erba’ vetturi ta’ salvataġġ u ta’ assistenza, wettaq korsijiet ta’ taħriġ dwar it-tiftix u s-salvataġġ u installa sistema ta’ twissija kontra t-tsunami.

Promozzjoni tal-paċi u tas-sigurtà

Fl-2025, skont l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, l-UE appoġġat 85 intervent ta’ rispons għall-kriżijiet li jammontaw għal 228,85 miljun, u interventi oħrajn relatati mal-ħtiġijiet tal-politika barranija li jammontaw għal EUR 112,45 miljun. Dan kien jinkludi r-rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-appoġġ għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, l-indirizzar tal-instabbiltà fil-Libanu, fis-Sudan u fis-Sirja u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni fis-Saħel u fil-Moldova. Barra minn hekk, ġew ipprovduti EUR 121,5 miljun għar-reżiljenza u għat-tiswir tal-paċi. Fil-każ tal-Afganistan, fl-2025 il-Kummissjoni adottat programm ta’ EUR 83 miljun biex tappoġġa l-ħtiġijiet bażiċi u l-għajxien skont il-prinċipju “għan-nisa, min-nisa” u allokat EUR 38,5 miljun addizzjonali biex tindirizza l-kriżi tal-ispostament. Sabiex tappoġġa l-paċi u s-sigurtà fl-Asja t’Isfel, l-UE nediet programm ta’ EUR 5 miljun “Appoġġ għar-reżiljenza tal-pajjiżi Asjatiċi għall-estremiżmu vjolenti fl-ispazju diġitali” u adottat programm reġjonali biex tappoġġa r-reżiljenza u l-kooperazzjoni transfruntiera, b’mod partikolari biex twieġeb għall-isfidi ppreżentati mill-kriminalità u mit-terroriżmu ffaċilitati mit-teknoloġija.

Skont il-politika estera u ta’ sigurtà komuni,, fl-2025 l-UE ffinanzjat 13-il missjoni ċivili tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, b’total ta’ EUR 416,7 miljun; tlettax-il Rappreżentant Speċjali tal-UE; u 30 azzjoni ta’ nonproliferazzjoni u diżarm li għaddejjin bħalissa, bi 12-il azzjoni mnedija fl-2025.

Fil-kuntest tal-Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, il-Kummissjoni nediet azzjoni dwar id-dimensjonijiet finanzjarji u diġitali tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti bħala parti minn pakkett ta’ finanzjament tal-UE ta’ EUR 78 miljun. Il-Kummissjoni tagħmel użu wkoll minn fondi mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għal azzjonijiet skont l-Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, inklużi EUR 10 miljun fl-2025, u kkontribwiet b’madwar EUR 12-il miljun permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna għas-Sħubija Operazzjonali Komuni ma’ pajjiżi mhux tal-UE għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin.

Għoti ta’ għajnuna umanitarja mill-UE

Il-kuntest ġeopolitiku kurrenti li qed jiħrax u l-impatti tat-tibdil fil-klima qed jaggravaw it-tensjonijiet, iżidu l-kunflitti eżistenti u jestendu l-kriżijiet fit-tul. F’dan il-kuntest, l-UE tibqa’ attur umanitarju affidabbli u bbażat fuq il-prinċipji.

Fl-2025, l-UE kompliet bl-appoġġ tagħha għall-Palestina ( 62 ). Is-sitwazzjoni fit-territorju Palestinjan okkupat iddeterjorat b’mod drammatiku wara l-attakki terroristiċi ta’ Ottubru 2023 fuq Iżrael u l-operazzjonijiet militari sussegwenti minn Iżrael f’Gaża u fix-Xatt tal-Punent, li rriżultaw f’sitwazzjoni umanitarja katastrofika, f’qerda u fi tbatija fuq skala kbira, bil-popolazzjoni kollha ta’ Gaża (2,1 miljun) soġġetta għal riskji għas-sigurtà u għall-protezzjoni ta’ severità bla preċedent. Skont il-programm ta’ għajnuna umanitarja, ġew impenjati EUR 220 miljun biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tat-territorji Palestinjani okkupati fejn il-popolazzjoni kollha ta’ Gaża qed tiffaċċja insigurtà tal-ikel akuta. F’April 2025, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal programm pluriennali u komprensiv ta’ EUR 1,6 biljun għall-irkupru u għar-reżiljenza Palestinjani (2025-2027). Parti mill-fondi (jiġifieri EUR 0,5 biljun) ġiet impenjata fl-2025.

Barra minn hekk, fl-2025 l-UE pprovdiet EUR 2,56 biljun f’għajnuna umanitarja lill-persuni l-aktar vulnerabbli. B’mod ġenerali, l-UE u l-Istati Membri tagħha qed jipprovdu madwar 33,8 % tas-sehem globali tal-kontribuzzjonijiet impenjati għall-għajnuna umanitarja. Eżempji ta’ dan l-appoġġ jinkludu:

EUR 273 miljun b’reazzjoni għall-kriżi fis-Sudan, li għadha l-akbar kriżi ta’ spostament fid-dinja;

EUR 129 miljun lir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani, b’rispons għall-eskalazzjoni drammatika tal-kunflitt fil-parti tal-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

EUR 124 miljun f’assistenza umanitarja, prinċipalment is-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni, lir-reġjun tas-Saħel Ċentrali, minkejja restrizzjonijiet dejjem akbar fuq l-aċċess umanitarju, biex tiġi indirizzata l-kriżi kkawżata minn spostamenti furzati lejn il-Golf tal-Guinea u l-Mauritania;

EUR 55 miljun biex jiġi indirizzat il-kunflitt fil-Myanmar, flimkien ma’ aktar minn 1 000 tunnellata metrika ta’ għajnuna permezz ta’ diversi pontijiet tal-ajru umanitarji;

EUR 39 miljun f’għajnuna umanitarja lir-refuġjati Rohingya fil-Bangladesh;

EUR 52 miljun biex jgħinu lin-nies fil-Venezwela jkollhom, fost affarijiet oħra, aċċess għas-servizzi tas-saħħa u għall-ilma nadif.

Għajnuna umanitarja tal-UE fl-2025

NB: L-appoġġ għall-Moldova, għat-Turkija, għall-Ukrajna u għall-Kawkasu tan-Nofsinhar jinkludi EUR 2 miljun għall-Asja Ċentrali, allokati fil-Pjan ta’ Implimentazzjoni Umanitarja għat-Turkija.

Fl-2025, ġew allokati aktar minn EUR 110 miljun għall-attivitajiet operazzjonali tal-Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew. Matul l-2025, il-finanzjament ta’ Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew ġie mmobilizzat total ta’ 118-il darba f’60 pajjiż, u pprovda total ta’ EUR 53,5 miljun f’finanzjament umanitarju ta’ emerġenza tal-ewwel linja. Il-kapaċitajiet tal-Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew wieġbu għal 20 kriżi li affettwaw 18-il pajjiż.



Kisbiet flimkien u tħejjija tal-Unjoni tagħna għall-futur

Irridu baġit li jiżgura l-aġenzija tal-Ewropa f’dinja li qed tinbidel malajr. Baġit li huwa aktar mgħaġġel u ambizzjuż. Aktar sempliċi u flessibbli. Baġit b’saħħtu għall-mument tal-indipendenza tal-Ewropa ( 63 ).

Ursula von der Leyen

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Ħidma fuq baġit ambizzjuż għall-futur

Fl-2025, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034, imfassla biex tipprovdi baġit aktar sempliċi, aktar flessibbli u li jibqa’ validu fil-futur, u biex twieġeb għall-isfidi ġeopolitiċi, ekonomiċi u ta’ sostenibbiltà li qed jikbru. Bi kważi EUR 2 triljun (ekwivalenti għal 1,26 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE), b’madwar EUR 25 biljun fis-sena (0,11 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE) għar-ripagament tas-self użat għall-finanzjament tan-NextGenerationEU, dan jipprovdi baġit aktar sempliċi, aktar flessibbli u aktar immirat biex jappoġġa l-indipendenza, is-sigurtà, il-prosperità, l-inklużività u r-reżiljenza tal-UE fid-deċennju li ġej.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija ankrata fi tliet pilastri ewlenin:

it-trawwim tal-kisba tal-prijoritajiet tal-UE fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali bil-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali l-ġodda, b’valur ta’ EUR 865 biljun;

il-kisba ta’ Ewropa aktar kompetittiva permezz tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività u Orizzont Ewropa, b’valur ta’ EUR 409 biljun;

il-bini ta’ sħubijiet fit-tul u ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi mhux tal-UE permezz ta’ Ewropa Globali, b’valur ta’ EUR 200 biljun.

Dawn il-pilastri ewlenin huma kkomplementati minn programmi oħrajn, inklużi l-programmi ewlenin tal-UE għall-investimenti fl-infrastruttura (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) u għall-investiment fin-nies u l-valuri (Erasmus+ u AgoraEU).

B’mod ġenerali, il-qafas finanzjarju pluriennali propost li jmiss:

jipprovdi flessibbiltà akbar fil-baġit kollu tal-UE, u b’hekk jippermetti lill-UE taġixxi u tirreaġixxi malajr meta tiffaċċja ċirkostanzi mhux mistennija jew prijoritajiet ta’ politika ġodda;

ikun aktar sempliċi, bi programmi finanzjarji tal-UE aktar razzjonalizzati u armonizzati, li jagħmluha aktar faċli għan-nies u għan-negozji biex jaċċessaw opportunitajiet ta’ finanzjament;

ikun aktar adattabbli għall-ħtiġijiet lokali, bi pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali li jippermettu impatti aktar immirati u flessibbiltà akbar għall-appoġġ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar l-UE;

jagħti spinta lill-kompetittività permezz ta’ appoġġ akbar għall-innovazzjoni, għall-iżvilupp teknoloġiku u għal ktajjen tal-provvista siguri;

jistabbilixxi riżorsi proprji ġodda biex jiġi żgurat dħul xieraq għall-prijoritajiet tal-UE filwaqt li tiġi mminimizzata l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi nazzjonali.

Il-proposta tipprevedi wkoll finanzjament innovattiv permezz ta’ ħames riżorsi proprji ġodda, biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali. Dawn se jipprovdu lill-UE bil-mezzi biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha filwaqt li tħallas lura dak li l-UE ssellfet taħt NextGenerationEU u tillimita l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE. Dawn jinkludu d-dħul mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, ir-rikavati mill-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri, riżorsa proprja ġdida bbażata fuq l-iskart elettroniku mhux miġbur, dazju tas-sisa fuq it-tabakk u kontribuzzjoni minn kumpaniji li joperaw u jbigħu fl-UE b’fatturat nett ta’ mill-inqas EUR 100 miljun.

Proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034

 

4. Prijoritajiet ta’ politika orizzontali fil-baġit tal-UE

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar il-finanzjament ta’ inizjattivi relatati mal-objettivi tal-klima, il-bijodiversità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-SDGs, kif previst fil-punt 16 (d–g) tal-ftehim interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 ( 64 ). Tingħata wkoll informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-promozzjoni tat-tranżizzjoni diġitali.

Ibbaġitjar ekoloġiku

Il-Kummissjoni tuża bbaġitjar ekoloġiku biex ittejjeb it-trasparenza tal-finanzjament tal-UE u tappoġġa l-kisba tal-objettivi klimatiċi u ambjentali, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Biex tenfasizza l-impenn tagħha lejn l-għanijiet klimatiċi u ambjentali tagħha, l-UE stabbiliet miri kwantitattivi tal-infiq għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 tagħha u għall-finanzjament tan-NextGenerationEU. B’mod partikolari, l-UE impenjat ruħha li tiddedika mill-inqas 30 % tal-qafas finanzjarju pluriennali tagħha u tal-baġit tan-NextGenerationEU għan-nefqa rilevanti għall-klima, u 7,5 % tal-baġit annwali tal-2024 u 10 % tal-baġits annwali tal-2026 u l-2027 għall-protezzjoni u għat-tisħiħ tal-bijodiversità.

Kontribuzzjoni mistennija għall-klima u għall-bijodiversità (impenji baġitarji) fil-perjodu 2021-2027 (f’miljuni ta’ EUR)

 

NB: Peress li l-istess azzjoni tista’ tikkontribwixxi għal aktar minn objettiv wieħed, huwa importanti li jitfakkar li l-prijoritajiet orizzontali (eż. iċ-ċifri tal-klima u tal-bijodiversità) ma jistgħux jingħaddu flimkien biex jiġi evitat l-għadd doppju.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Id-data disponibbli għall-perjodu 2021–2027 turi li l-baġit tal-UE, inkluż NextGenerationEU,  
tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha ta’ 30 % għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika matul il-perjodu, bis-saħħa tal-kontribuzzjoni qawwija mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-pjan REPowerEU. Iċ-ċifri ppreżentati
f’dan ir-rapport jużaw l-impenji tal-passat għas-snin 2021-2025 u l-approprjazzjonijiet ta’ impenn mistennija

għall-2026-2027 (
65 ).

Il-Fond għall-Innovazzjoni, iffinanzjat mid-dħul mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u mgħoddi mill-baġit tal-UE, jipprovdi impetu importanti għall-objettivi klimatiċi. Il-Fond għall-Modernizzazzjoni, strument barra l-baġit iffinanzjat mis-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, jikkontribwixxi wkoll għall-isforzi klimatiċi tal-Istati Membri.

Għall-integrazzjoni tal-bijodiversità, filwaqt li nkisbet l-ambizzjoni tal-2024, il-miri tal-2026 u tal-2027 huma previsti li jaqgħu taħt l-ambizzjonijiet inizjali. Aktar dettalji huma disponibbli fit-taqsima ddedikata għall-bijodiversità hawn taħt.

Il-kontribuzzjonijiet għall-klima u għall-bijodiversità huma kkalkolati abbażi tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn, kif muri hawn taħt.

·Għall-ġestjoni diretta, l-istimi jitħejjew abbażi tal-aktar data aġġornata disponibbli. Għall-istimi futuri, jintużaw il-programmi ta’ ħidma, il-miri settorjali u l-valuri storiċi.

·Għall-ġestjoni kondiviża, iċ-ċifri tal-passat u tal-futur huma ppreżentati abbażi tal-programmi u tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK miftiehma mal-Istati Membri, u aġġornati f’konformità mar-rapporti annwali.

·Għall-ġestjoni indiretta, iċ-ċifri huma bbażati fuq il-miri u fuq il-ftehimiet eżistenti mas-sħab ta’ implimentazzjoni, flimkien mar-rapporti annwali tagħhom.

·In-nefqa tal-passat tiġi rriveduta kull sena wara rieżami tal-kwalità mwettaq mid-dipartimenti tal-Kummissjoni, li jinkorpora informazzjoni addizzjonali disponibbli dwar il-proġett magħżul.

Enfasi fuq ir-riżultati ( 66 )

49 gigawatt-siegħa ta’ ffrankar stmat fl-effiċjenza enerġetika fis-sena minn bini privat u pubbliku.

1 380 gigawatt-siegħa addizzjonali  
ta’ kapaċità tal-enerġija rinnovabbli installata.

124 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju evitati fis-sena, li minnhom kważi nofshom kienu permezz ta’ investiment f’bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU. Barra minn hekk, huwa mistenni tnaqqis ta’ 962 miljun tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju mill-Fond għall-Innovazzjoni, minn proġetti li għaddejjin jew li tlestew, matul l-ewwel 10 snin tal-operazzjoni tagħhom.



Enfasi ċara fuq ir-riżultati hija essenzjali għal ibbaġitjar ekoloġiku effettiv u għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE b’mod ġenerali. Ir-riżultati li jirriżultaw mill-indikaturi disponibbli jistgħu jintużaw biex jinkiseb infiq aktar immirat u biex tittejjeb it-tmexxija tal-baġit tal-UE. Tista’ wkoll tagħmel it-tranżizzjoni ekoloġika aktar effiċjenti billi ttejjeb l-akkontabilità. Dan tal-aħħar huwa importanti wkoll fid-dawl tal-ħtieġa li jingħata kontribut għal impenji internazzjonali multipli.

L-enfasi fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz tal-effiċjenza enerġetika u l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tan-newtralità klimatika tal-UE u biex jintlaħqu l-miri għall-2030. Ir-riżultati ta’ hawn fuq juru li l-baġit tal-UE qed jgħin lill-Istati Membri jiddiversifikaw it-taħlita enerġetika tagħhom u gradwalment inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili. Dan jirriżulta f’kostijiet tal-enerġija aktar baxxi u fi tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, li jgħinu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Kejl tal-impatt tal-investiment tan-NextGenerationEU

F’Diċembru 2025, il-Kummissjoni ppubblikat it-tielet rapport tal-impatt annwali għall-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU. Ir-rapporti jimmarkaw kisba kbira fit-trasparenza, li tippermetti l-kejl tal-impatt konkret fuq il-klima tal-investiment iffinanzjat minn dawn il-bonds.

Filwaqt li jibni fuq il-qafas robust tal-bonds ekoloġiċi tal-UE, ir-rapport huwa bbażat fuq analiżijiet dettaljati tal-objettivi intermedji u tal-miri għal investiment iffinanzjat minn bonds ekoloġiċi skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan jipprovdi l-bażi għall-kalkolu tal-impatt tagħhom fuq il-klima, li jippermetti l-kejl tal-progress fit-triq lejn futur sostenibbli u jiżgura rabta diretta bejn il-finanzjament u l-impatt fuq il-klima.

L-analiżi turi li wara l-implimentazzjoni sħiħa, l-investiment ta’ bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU għandu l-potenzjal li jevita l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’total ta’ 53,4 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju fis-sena – ekwivalenti għal 1,5 % tal-emissjonijiet totali tal-UE fl-2022. Ir-rapport jistma tnaqqis annwali kurrenti ta’ 14,0 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju, ċifra li tirrappreżenta 26,2 % tal-ammont totali projettat u li tkompli tiżdied hekk kif l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza taċċellera (meta mqabbla ma’ 2,7 % fl-2024).

Attivitajiet appoġġati mill-UE u t-tassonomija tal-UE għal finanzjament sostenibbli

Għat-tielet sena konsekuttiva, id-“dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programm” (l-Anness 4 ta’ dan ir-rapport) ta’ diversi programmi baġitarji ewlenin tal-UE jinkludu analiżi ta’ kif l-attivitajiet appoġġati tagħhom jirrelataw mat-tassonomija tal-UE għal attivitajiet sostenibbli. Din iż-żieda tipprovdi punt tat-tluq importanti għal analiżijiet futuri dwar kif l-infiq tal-UE jikkontribwixxi għal futur aktar ekoloġiku ( 67 ).

Filwaqt li l-analiżi tar-relazzjoni bejn l-attivitajiet appoġġati u t-tassonomija fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ġiet dettaljata qabel fil-kuntest tar-rapportar tal-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU,
il-kamp ta’ applikazzjoni jkopri programmi addizzjonali li jistgħu jinvestu f’attivitajiet koperti mit-tassonomija tal-UE.

Dan l-approċċ joffri stampa aktar komprensiva tal-impenn tal-UE għal finanzjament sostenibbli fid-diversi inizjattivi tagħha.

Appoġġ għall-objettivi klimatiċi u ambjentali fil-perjodu 2028-2034
baġit fit-tul

Il-valutazzjoni tal-impatt ( 68 ) li tirfed il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-Prestazzjoni enfasizzat it-tagħlimiet meħuda mill-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti. Din identifikat għadd ta’ żviluppi u ta’ sfidi pożittivi, bħan-nuqqas ta’ metodoloġija armonizzata biex jiġu traċċati l-kontribuzzjonijiet għall-objettivi ekoloġiċi fil-programmi kollha tal-baġit tal-UE, it-trikkib fit-traċċar bejn il-klima u l-bijodiversità u nuqqas ta’ miri speċifiċi għall-programm għall-bijodiversità.

B’riżultat ta’ dan, għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034, il-Kummissjoni pproponiet mira ta’ nfiq ta’ 35 % tal-baġit tal-UE, li tkopri l-objettivi klimatiċi u ambjentali kollha, inklużi l-ekonomija ċirkolari, l-ilma u l-arja nadifa, minbarra l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u l-bijodiversità, filwaqt li jiġu evitati r-riskji ta’ għadd doppju. Il-proposta tinkludi wkoll miri ta’ nfiq speċifiċi għall-programm għall-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali, il-Fond Ewropew għall-Kompetittività, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Ewropa Globali. Il-kontribuzzjoni tal-programmi kollha tal-baġit tal-UE għall-politiki klimatiċi u ambjentali se tiġi trekkjata skont metodoloġija armonizzata stabbilita fir-Regolament dwar il-Prestazzjoni, li tippermetti li jiġu traċċati l-kontribuzzjonijiet rilevanti għall-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Ir-Regolament propost dwar il-Prestazzjoni jintroduċi wkoll, għall-ewwel darba, sett armonizzat ta’ indikaturi tal-output u tar-riżultati applikabbli fil-programmi kollha tal-baġit tal-UE. Dan jippermetti l-aggregazzjoni tad-data dwar il-prestazzjoni fil-livell tal-baġit tal-UE u jsaħħaħ il-monitoraġġ tal-azzjoni klimatika u tal-protezzjoni tal-ambjent. Il-qafas jinkludi indikaturi bħall-“emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra evitati (tCO2e)”, il-“kapaċità tal-enerġija ġdida jew addizzjonali installata fil-produzzjoni tal-elettriku (MW)” u “ettari ta’ żoni protetti jew restawrati”.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll approċċ orizzontali u sistemiku biex tintegra l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fil-programmi kollha tal-UE. Il-gwida dwar “la tagħmilx ħsara sinifikanti” se tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi, filwaqt li tibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fil-programmi eżistenti.



Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika

Eżempji ta’ kisbiet

Il-proġetti LIFE kisbu tnaqqis ta’ 14 162 593 tunnellata ta’ ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju fis-sena, iffrankar annwali tal-enerġija primarja ta’ 8 332 gigawatt-siegħa u produzzjoni addizzjonali ta’ enerġija rinnovabbli ta’ 3 153 gigawatt-siegħa fis-sena. Aktar minn 3,5 miljun ċittadin ibbenefikaw minn vulnerabbiltà mnaqqsa għat-tibdil fil-klima.

Skont Ewropa Globali (l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali), l-UE qed tavvanza b’mod attiv it-tranżizzjoni ekoloġika fis-Sħubija tal-Lvant permezz ta’ programmi mmirati li jagħtu riżultati konkreti. Il-programm EU4Climate Resilience (EUR 17-il miljun) jipprovdi appoġġ tekniku u proġetti pilota biex jissaħħaħ l-adattament għat-tibdil fil-klima fil-livell muniċipali, jgħin lill-pajjiżi sħab jissodisfaw l-impenji tagħhom tal-Ftehim ta’ Pariġi u jallinjaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Fil-missjoni “Bliet” ta’ Orizzont Ewropa, 103 ibliet impenjaw ruħhom formalment għan-newtralità klimatika, bi tnaqqis mistenni tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju ugwali għal madwar 6,2 % tat-total tal-UE fl-2023.

Skont il-PAK, twettqu azzjonijiet biex jittejbu s-sekwestru u l-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u fil-bijomassa fuq 38 % taż-żona agrikola tal-UE.

Il-Politika ta’ Koeżjoni għandha rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-adattament għat-tibdil fil-klima mhux biss permezz ta’ investimenti fl-infrastruttura, iżda wkoll billi tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. Sa tmiem l-2025, il-fondi appoġġaw il-ħolqien ta’ 52 strateġija fir-reġjuni kollha tal-UE, filwaqt li żguraw approċċ strutturat u fit-tul għar-reżiljenza.

Kemm nonfqu?

Kontribuzzjoni għall-klima fil-perjodu 2021–2027 (f’miljuni ta’ EUR)

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Għall-perjodu 2021-2027, il-baġit tal-UE – inkluż NextGenerationEU – huwa pproġettat li jikkontribwixxi EUR 662 biljun għall-objettivi tal-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika, li jirrappreżentaw 34 % tal-pakkett baġitarju, li jaqbeż il-mira inizjali ta’ 30 %. Barra minn hekk, permezz tal-programm InvestEU, il-baġit tal-UE huwa mistenni li jgħin biex jimmobilizza aktar minn EUR 128 biljun f’investiment biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-UE.

Differenzjazzjoni bejn in-nefqa fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u n-nefqa fuq l-adattament

Skont il-ftehim interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrapporta dwar in-nefqa fuq il-klima, filwaqt li tagħmel differenzjazzjoni bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, fejn dan ikun fattibbli. Sabiex ikun jista’ jsir dan ir-rapportar, ġie kkummissjonat studju estern biex jassisti fl-iżvilupp ta’ metodoloġija għad-diżaggregazzjoni tan-nefqa fuq il-klima fuq dawn iż-żewġ dimensjonijiet.

Il-metodoloġija tfasslet biex tevita l-ħolqien ta’ piżijiet amministrattivi addizzjonali billi tibni fuq is-sistema eżistenti ta’ oqsma ta’ intervent użati skont ir- Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-fondi ta’ koeżjoni u għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Għall-programmi ta’ azzjoni esterna, intużaw metodoloġiji eżistenti, filwaqt li għall-PAK, il-metodoloġija ġiet żviluppata bħala parti minn studju speċifiku kkummissjonat għal din il-politika.

Kontribuzzjoni għall-klima fil-perjodu 2021-2025 diżaggregata skont il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
u l-adattament għat-tibdil fil-klima

 

NB: Iċ-ċifri għall-PAK jirreferu biss għall-perjodu 2023-2025.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Integrazzjoni tal-bijodiversità

Eżempji ta’ kisbiet

65 miljun ettaru art huma koperti minn proġetti magħżula għall-protezzjoni kontra n-nirien fis-selvaġġ skont il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Is-servizzi ta’ monitoraġġ ta’ Copernicus jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-bidliet fl-ekosistemi u fit-telf tal-bijodiversità,  
b’appoġġ għall-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità,  
ir-Regolament tal-UE dwar ir-Restawr tan-Natura, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u r-rapportar dwar l-SDGs.

Skont LIFE, it-telf tal-bijodiversità twaqqaf  
jew treġġgħu lura madwar 2,0 miljun ettaru ta’ ħabitats, u 557 speċi bbenefikaw minn sforz ta’ konservazzjoni.

Bejn l-2022 u l-2024, intgħażlu 2 691 miżura li jikkontribwixxu għal “status ambjentali tajjeb” skont il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura.

41 miljun Ettaru (25,3 % tar-raba’ tal-UE)  
huma koperti mill-konservazzjoni tal-bijodiversità  
u l-impenji ta’ restawr fl-2024  
skont il-PAK.

Kemm nonfqu?

Kontribuzzjoni għall-bijodiversità fil-perjodu 2021-2027 (f’miljuni ta’ EUR)

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Għall-perjodu 2021-2027, il-baġit tal-UE – inkluż NextGenerationEU – qed jikkontribwixxi EUR 113-il biljun, jew 5,8 % tal-baġit totali, għall-objettivi tal-integrazzjoni tal-bijodiversità. Filwaqt li l-ambizzjoni tal-allokazzjoni ta’ 7,5 % tal-baġit tal-UE għall-bijodiversità fl-2024 intlaħqet, il-miri ta’ 10 % għall-2026 u għall-2027 huma previsti li se jaqgħu taħt l-ambizzjonijiet inizjali.

Il-metodoloġija tal-PAK għall-perjodu 2023-2027 tagħti riżultati aktar granulari u akkurati meta mqabbla mal-perjodu preċedenti. Mill-abbozz tal-baġit tal-2024, il-kontribuzzjoni tal-PAK għall-bijodiversità hija stmata mill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-UE (100 %, 40 % u 0 %) u l-fatturi ta’ ponderazzjoni (100 %, 70 % u 50 %) li għandhom l-għan li jirriflettu l-kontribuzzjoni differenzjata ta’ kull tip ta’ intervent lejn l-objettivi tal-bijodiversità. Barra minn hekk, minħabba t-tfassil tal-PAK u tal-politika ta’ koeżjoni – u l-ipprogrammar finanzjarju taż-żewġ programmi – ma huwiex possibbli li jiġu assenjati riżorsi għal snin speċifiċi, peress li l-proġetti għandhom natura pluriennali li ma tistax tiġi attribwita għal sena waħda.



Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri

B’rispons għad-differenzi persistenti bejn il-ġeneri u l-inugwaljanzi intersezzjonali, l-UE intensifikat l-isforzi biex tagħmel
il-baġit u t-tfassil tal-politika tagħha aktar inklużivi. Sfidi bħall-kriżi tal-għoli tal-ħajja, id-disparitajiet fil-piż tal-kura u l-aċċess mhux ugwali għall-impjiegi diġitali u ekoloġiċi enfasizzaw il-ħtieġa għal investiment sostnut

fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

B’riżultat ta’ dan, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri issa hija inkorporata fil-politiki u fil-programmi ta’ finanzjament ewlenin tal-UE, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, Orizzont Ewropa, il-PAK u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali. Dawn l-għodod jippromwovu l-aċċess ugwali għar-riżorsi, il-parteċipazzjoni ekonomika u l-protezzjoni soċjali, flimkien mal-prevenzjoni tal-vjolenza relatata mal-kunflitti u l-parteċipazzjoni fil-proċessi tal-paċi – b’mod partikolari għan-nisa u għall-gruppi sottorappreżentati.

Meta wieħed iħares ’il quddiem, f’Marzu 2026 ġiet ippubblikata strateġija ġdida dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-2030-2026, b’segwitu għal-linji gwida politiċi tal-2024 għall-Kummissjoni 2024-2029. L-istrateġija mhux biss tibni fuq il-kisbiet tal-passat iżda tistabbilixxi wkoll parametru referenzjarju ġdid fl-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, li jimmarka pass deċiżiv ’il quddiem kemm fl-ambizzjoni kif ukoll fl-akkontabbiltà. Din twieġeb għall-isfidi emerġenti b’approċċ aktar robust u li jħares ’il quddiem, filwaqt li jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-mod kif il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu traċċati u jitkejlu.

Eżempji ta’ kisbiet

Il-programm dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri kkontribwixxa b’mod qawwi għat-tliet pilastri
tal-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’ 25 % tal-baġit tal-programm ikollu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

bħala objettiv
 primarju. Fl-2025, dan kien prinċipalment xprunat mis-sejħa Daphne, li għandha l-għan li tipprevjeni
u tiġġieled kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza kontra t-tfal,
  fejn EUR 15,4 miljun minn EUR 23 miljun ikkontribwew għall-punteġġ 2. B’mod ġenerali, madwar 54 % tal- baġit tal-programm ġie allokat għall-punteġġ 1, li juri integrazzjoni b’saħħitha tal-perspettiva tal-ġeneri fl-azzjonijiet tal-programm.

Skont Orizzont Ewropa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prijorità trażversali. Skont il-programm, ir-riċerka
u l-innovazzjoni jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri primarjament permezz tal-integrazzjoni effettiva tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-kontenut tar-riċerka u tal-innovazzjoni, jiġifieri l-kunsiderazzjoni tad-differenzi bejn is-sess u l-ġeneri fl-objettivi tar-riċerka, fil-metodoloġiji, fil-ġbir tad-data, fl-analiżi u fir-riżultati. Il-proġett Improve jappoġġa lill-vittmi tal-vjolenza domestika
b’mod partikolari dawk minn gruppi emarġinati billi jiżviluppa għodod tal-IA għar-rapportar, għad-detezzjoni u għall-assistenza. Barra minn hekk, il-proġett tal-limitu massimu tal-ħaxix (Cluster 6) jindirizza l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri billi jfassal b’mod konġunt soluzzjonijiet ma’ innovaturi nisa rurali. Permezz ta’ ċentri tal-komunità, dan ilaqqa’ flimkien bdiewa nisa, uffiċjali tal-intrapriżi, istituzzjonijiet finanzjarji u riċerkaturi biex jidentifikaw l-ostakli, joħolqu b’mod konġunt sistemi ta’ appoġġ u jiġġeneraw negozji, sħubijiet u rakkomandazzjonijiet ta’ politika ġodda.

B’finanzjament ta’ EUR 2,4 miljun, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jappoġġa l-proġett “FairPlusService” fl-Awstrija biex jissaħħu l-iżvilupp professjonali u t-taħriġ ulterjuri ta’ nisa formalment b’livell baxx ta’ ħiliet u mhux kwalifikati, filwaqt li jitrawmu l-opportunitajiet indaqs u awtonomizzazzjoni. L-inizjattiva hija mmirata lejn in-nisa bi kwalifiki formali limitati, u toffri firxa ta’ miżuri biex tappoġġa l-impjiegi, bħall-għoti ta’ taħriġ kumpatt u unitajiet ta’ apprendiment qosra biex jistimulaw l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet, flimkien ma’ servizzi ta’ konsulenza u coaching imfassla apposta kemm għall-kumpaniji Awstrijaċi kif ukoll għan-nisa nfushom. Il-proġett jiffoka fuq setturi ewlenin bħall-kummerċ, it-turiżmu, is-saħħa u l-kura soċjali u l-edukazzjoni, fejn jingħataw servizzi ta’ konsulenza biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet u jiġi promoss l-avvanz fil-karriera. Dawn is-servizzi huma kkomplementati minn sforzi komprensivi ta’ sensibilizzazzjoni u inizjattivi wiesgħa ta’ kondiviżjoni tal-għarfien biex jiġi żgurat impatt fit-tul. B’mod ġenerali, il-proġett ifittex li jippromwovi l-istabbiltà tal-impjiegi fit-tul, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol għal xi wħud mill-aktar nisa vulnerabbli tal-Awstrija.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għad għandu rwol ċentrali fl-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz ta’ approċċ doppju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u interventi mmirati. Għall-
perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, ġie allokat total ta’ EUR
 19,9 biljun għal miżuri mmirati lejn il-ġeneru u ta’ integrazzjoni. Pereżempju, dan l-appoġġ se jiffaċilita l-parteċipazzjoni tan-nisa fir-riċerka u fl-innovazzjoni, jintegra lenti tal-ġeneru fl-iżvilupp urban sostenibbli u fit-tranżizzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli u jtaffi l-piżijiet sproporzjonati tal-kura li jġarrbu n-nisa billi jtejjeb l-aċċess għal servizzi ta’ kura ta’ kwalità. 

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza appoġġat firxa wiesgħa ta’ miżuri li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Dawn jinkludu investimenti u riformi mfassla speċifikament biex jindirizzaw l-inugwaljanzi bbażati fuq il-ġeneru (punteġġ 2, li jikkontribwixxu għal dan l-objettiv b’madwar EUR 12,4 biljun matul il-ħajja tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza) u tip ieħor ta’ investimenti u riformi li qed jikkontribwixxu direttament jew indirettament għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri (punteġġ 1, li jikkorrispondi għal madwar EUR 5,7 biljun). Pereżempju, miżura mfassla speċifikament biex tindirizza l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri hija r-riforma Portugiża biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel, li tagħti siġill lill-kumpaniji b’differenza żgħira fil-pagi bejn il-ġeneri. Eżempju ta’ miżuri li jikkontribwixxu direttament jew indirettament għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri jinkludi investimenti u riformi li jtejbu l-aċċess għall-kura fit-tul u l-kwalità tagħha, li għalihom in-nisa tradizzjonalment iġarrbu piż sproporzjonat fl-unitajiet domestiċi fiċ-Ċekja, fl-Estonja, fi Spanja, f’Ċipru, fil-Litwanja, fl-Awstrija, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja.

Skont l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III, 35 % tal-azzjonijiet kollha adottati bejn
l-2021 u l-2025 għandhom il-ġeneru bħala objettiv sinifikanti jew prinċipali u għadd dejjem akbar ta’ azzjonijiet nazzjonali u reġjonali għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv prinċipali. Dawn l-azzjonijiet immirati jinkludu, fost l-oħrajn, il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-Maċedonja ta’ Fuq permezz tal-azzjoni “We care: United we stand to fight against sexual and gender-based violence”, li tagħti s-setgħa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex iħeġġu bidla pożittiva fl-imġiba fis-soċjetà kollha għall-protezzjoni effettiva tan-nisa. Fl-Albanija, l-UE tappoġġa l-parteċipazzjoni u t-tmexxija ugwali permezz tal-“UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri II
Faċilità għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Albanija”, li tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni konsistenti ta’ governanza reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru mill-awtoritajiet nazzjonali, biex issaħħaħ l-ugwaljanza, tiġġieled id-diskriminazzjoni, u ssaħħaħ it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u d-drittijiet tal-bniedem, f’konformità mal-acquis tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Skont l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, bejn l-2021 u l-2025, is-sehem tal-azzjonijiet esterni li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa laħaq it-83 % u, minn dawn, 4,7 % (madwar 90 programm fil-livelli tal-pajjiż, reġjonali u globali) kellhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv prinċipali. Pereżempju, il-Programm Advocacy, Coalition Building and Transformative Feminist Action huwa inizjattiva ta’ EUR 22 miljun iffinanzjata mill-UE u implimentata minn UN Women. Il-programm isaħħaħ il-movimenti tad-drittijiet tan-nisa biex jippromwovu u jaħdmu mal-awtoritajiet pubbliċi dwar riformi ta’ politika u legali u mekkaniżmi ta’ akkontabilità biex jintemmu l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, b’mod partikolari f’kuntesti ta’ spazju ċiviku li qed jiċkien.
Fl-2025, permezz tal-programm, l-organizzazzjonijiet u l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa sawru aktar minn 20 proċess normattiv u ta’ politika globali u reġjonali, bħall-adozzjoni tal-Ftehim Mercosur

dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Miżuri ta’ Protezzjoni għan-Nisa f’Sitwazzjonijiet ta’ Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, ir-ratifika tal-Konvenzjoni 190 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u l-oqfsa kontinentali

ta’ ġustizzja u ta’ responsabbiltà, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tal-Unjoni Afrikana dwar it-Tmiem tal-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Bniet.

Kemm nonfqu?

F’konformità mal-istrateġija tal-2020-2025 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027 u n-NextGenerationEU jappoġġaw firxa ta’ inizjattivi li jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-infrastruttura tal-kura, l-intraprenditorija tan-nisa u l-bilanċ bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u fil-professjonijiet. Il-finanzjament dedikat jappoġġa wkoll lis-soċjetà ċivili u lill-istituzzjonijiet pubbliċi li jindirizzaw il-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija biex issegwi l-infiq relatat mal-ġeneru fil-livell tal-programm, f’kollaborazzjoni mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u infurmat mir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-2021 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE ( 69 ).

Mis-sena finanzjarja 2023, il-monitoraġġ tan-nefqa fuq il-ġeneri ssaħħaħ bl-inklużjoni
tad-data diżaggregata skont il-ġeneru disponibbli għal kull programm fid-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programmi (l-Anness
 4 ta’ dan ir-rapport).

L-allokazzjoni tal-baġit tal-UE għall-punteġġi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri

L-allokazzjoni tal-baġit tal-UE għall-punteġġi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, abbażi tal-aggregazzjoni tal-interventi tal-2025 li jikkwalifikaw għal kull punteġġ, hija deskritta hawn taħt. F’konformità mal-metodoloġija, programm jista’ jikkwalifika għal punteġġ wieħed jew aktar tal-ġeneru abbażi tal-objettivi segwiti mill-interventi rispettivi tiegħu.

·Punteġġ 2: l-interventi li l-objettiv prinċipali tagħhom huwa li jtejbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kienu jikkorrispondu għal
1 % tal-baġit tal-UE ġie implimentat fl-2025 u inkluż fi 13-il programm.

·Punteġġ 1: l-interventi li għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv importanti u intenzjonat (iżda mhux bħala r-raġuni prinċipali għall-intervent) kienu jikkorrispondu għal 19 % tal-baġit tal-UE implimentat fl-2025 u ġew inklużi fi 22 programm.

·Punteġġ 0*: l-interventi li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri kienu jikkorrispondu għal 5 % tal-baġit tal-UE implimentat fl-2025 u ġew inklużi fi tliet programmi.

·Punteġġ 0: l-interventi li ma għandhomx effett sinifikanti fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kienu jikkorrispondu għal 76 % tal-baġit tal-UE implimentat fl-2025 u ġew inklużi fi 53 programm.

Fl-2025, kważi 20 % tal-baġit tal-UE ġie allokat għal miżuri li jappoġġaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (punteġġi 2 u 1), li jimmarka kontinwazzjoni soda mis-sena preċedenti u jikkonferma li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tibqa’ prijorità b’saħħitha u konsistenti fil-qafas finanzjarju tal-UE. Dan il-livell sostnut ta’ ambizzjoni juri li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma hijiex sforz ta’ darba, iżda objettiv li jitqies sistematikament sena wara sena fid-deċiżjonijiet baġitarji. Dan jirrifletti impenn kredibbli u dejjiemi, flimkien ma’ integrazzjoni aktar profonda tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-istrumenti baġitarji kollha. B’mod aktar ġenerali, dan juri li l-UE qed tinkorpora dejjem aktar il-kunsiderazzjonijiet tal-ġeneru fil-qalba tal-infiq tagħha, filwaqt li tiżgura li r-riżorsi finanzjarji jiġu diretti b’mod konsistenti lejn politiki u programmi li javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri madwar l-Istati Membri.

F’termini konkreti, din il-prijoritizzazzjoni sostnuta tissarraf f’appoġġ finanzjarju sinifikanti: fl-2025, l-UE allokat total ta’ EUR 37,5 biljun għal proġetti li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (punteġġi tal-ġeneru 2 u 1), u b’hekk saħħet kemm l-iskala kif ukoll il-kredibbiltà tal-impenn tagħha f’dan il-qasam.

B’mod ġenerali, ir-riżultati tal-2025 jirriflettu progress kontinwu fil-programmi kollha tal-UE, kemm fl-implimentazzjoni kif ukoll fil-kapaċità ta’ rapportar imsaħħa, li jippermetti fehim aktar preċiż u granulari ta’ kif il-baġit tal-UE jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. It-tnaqqis ulterjuri fin-nefqa kklassifikata bħala 0* juri sforzi sostnuti biex jiġu rfinati l-metodoloġiji, tittejjeb iċ-ċarezza u jiġi identifikat aħjar l-infiq rilevanti għall-ġeneru – b’appoġġ għal rikonoxximent aktar akkurat tad-dimensjoni tal-ġeneru tal-baġit tal-UE.

Fl-istess ħin, 0* issa laħqet livell normali u mistenni ta’ 5 %, li huwa kuntrast impressjonanti mal-ammont inizjali rrapportat fl-2021, jiġifieri 95 %. Illum, 0* tirrifletti primarjament l-intervall latenti inerenti ta’ ċerti tipi ta’ proġetti fejn l-impatti fuq il-ġeneru jistgħu jintwerew biss maż-żmien. Dan jikkonferma li 0* ma għadhiex xprunata minn diskrepanzi fil-metodoloġija jew fil-kapaċità, iżda tikkorrispondi għaċ-ċiklu tal-ħajja naturali tal-interventi, li jindika li s-sistema issa qed tiffunzjona kif maħsub. Fi kliem ieħor, ma għadhiex sistemika, iżda pjuttost tikkorrispondi għal rata naturali. Pereżempju, ċerti azzjonijiet fejn l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fir-riċerka u fl-innovazzjoni hija obbligatorja, bħar-riċerka skont Orizzont Ewropa, jeħtieġu valutazzjoni ex post biex jiġi vverifikat kif din ġiet implimentata. Sakemm tali evidenza tkun disponibbli, dawn l-azzjonijiet jiġu assenjati 0*, li jindika impatt pożittiv probabbli – iżda li għadu ma ntweriex –fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Illum, 0* jikkonċerna biss dawn it-tipi ta’ proġetti.

Punteġġi tal-ġeneru bħala perċentwal tal-baġit totali tal-UE fl-2025

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Riżultati aggregati tal-2021-2025

In-nefqa tal-passat tiġi riveduta kull sena permezz ta’ rieżami tal-kwalità mwettaq mid-dipartimenti tal-Kummissjoni, li jinkorpora informazzjoni addizzjonali disponibbli dwar il-proġetti magħżula. Dan huwa partikolarment il-każ għal miżuri li ġew assenjati punteġġ tal-ġeneru ta’ 0* fis-snin preċedenti. F’dan il-kuntest, ir-rivalutazzjoni kkonkludiet li, matul il-perjodu 2021-2025, 13 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE kkontribwiet għall-promozzjoni tal-ġeneru (punteġġi 1 u 2 tal-ġeneru), li jammontaw għal EUR 190 biljun sinifikanti matul dawn il-5 snin.

Fl-istess ħin, is-sehem tal-baġit tal-UE taħt il-punteġġ tal-ġeneru 0* naqas b’mod kostanti u issa huwa ta’ 3 % biss għall-perjodu ta’ 4 snin. Dan jirrifletti l-effettività tal-isforzi kontinwi ta’ rivalutazzjoni tal-Kummissjoni, li kkontribwew għal fehim aktar preċiż u aktar ċar tal-appoġġ baġitarju tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Għall-perjodu 2021-2025, 84 % tal-allokazzjonijiet ġew assenjati punteġġ ta’ 0, minħabba r-rivalutazzjoni sistematika tan-nefqa ta’ 0* mill-2021 sal-2025.

L-impenji finanzjarji li saru matul dan il-perjodu ta’ 5 snin kellhom impatt tanġibbli f’diversi oqsma, inklużi l-impjiegi, il-protezzjoni soċjali u l-għoti tas-setgħa ekonomika, it-tisħiħ tar-rwol tal-UE bħala mexxejja globali fil-finanzjament tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Punteġġi tal-ġeneru bħala perċentwal tal-baġit totali tal-UE (2021-2025)

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Data diżaggregata skont il-ġeneru

Din is-sena, għat-tielet darba, id-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programmi (l-Anness 4 ta’ dan ir-rapport), li jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar il-prestazzjoni fil-livell tal-programmi, issaħħew biex jinkludu l-informazzjoni rilevanti diżaggregata skont il-ġeneru disponibbli għal kull programm. Dan jinkludi firxa wiesgħa ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru mmirata lejn it-titjib tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-programm fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Għal xi programmi, b’mod partikolari dawk taħt ġestjoni kondiviża u indiretta, id-disponibbiltà ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru hija ristretta mir-regolamenti tal-programmi u l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni. B’ħarsa ’l quddiem lejn il-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027, l-Artikolu 44 tar-Regolament Finanzjarju jirrikjedi li d-data relatata mal-indikaturi tal-prestazzjoni tal-programmi finanzjarji tkun diżaggregata skont il-ġeneru fejn fattibbli, u xierqa f’konformità mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur. Filwaqt li tibni fuq dan, il-Kummissjoni pproponiet Regolament dwar il-Prestazzjoni f’Lulju 2025. Dan jipprevedi li tali data tiġi diżaggregata skont il-ġeneru għal sett ta’ indikaturi, fejn rilevanti u fattibbli. Dan huwa pass importanti biex jittejjeb il-monitoraġġ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-programmi tal-UE. Jikkomplementa wkoll il-linji gwida aġġornati għal regolamentazzjoni aħjar, li jiżguraw li l-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante futuri tal-programmi ta’ nfiq rilevanti jqisu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri mill-bidu nett.

Eżempji ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru rrapportata fid-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programmi (l-Anness 4 ta’ dan ir-rapport)

·Skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri jirrapportaw data diżaggregata skont il-ġeneru għar-riżultati u għall-outputs miksuba bl-appoġġ tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fi ħdan l-indikaturi komuni 8, 10, 11 u 14. Pereżempju, il-faċilitajiet ta’ riċerka appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza impjegaw 34 900 riċerkatur maskili u 23 400 riċerkatur mara ekwivalenti għall-full-time fl-2025 (indikatur komuni 8). Sa issa, il-parteċipanti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ammontaw għal total ta’ 12,9 miljun parteċipant fil-gruppi ta’ età kollha. Mit-total, ġew irrapportati 7,7 miljun mara u 5,2 miljun raġel (indikatur komuni 10). L-għadd totali ta’ 7 miljun persuna f’impjieg jew f’attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa suddiviż fi 3,7 miljun mara u fi 3,3 miljun raġel fil-gruppi ta’ età kollha (indikatur komuni 11). L-għadd ta’ żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena li rċevew appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ammonta għal 863 200 raġel u 893 400 mara (indikatur komuni 14).

·Skont Orizzont Ewropa, minn Jannar 2026, in-nisa kkoordinaw 32 % tal-proġetti ta’ Orizzont Ewropa (6 281 mara). Hemm varjazzjonijiet kbar fil-programm kollu: is-sehem tan-nisa huwa ogħla f’azzjonijiet orjentati lejn ix-xjenza soċjali (Cluster 2: 45 %) u inqas f’dawk iffukati fuq l-industrija (Cluster 4: 23 %). In-nisa jirrappreżentaw 53,1 % tal-membri tal-bordijiet u tal-gruppi ta’ esperti ta’ Orizzont Ewropa, b’55,6 % fi gruppi ta’ esperti uffiċjali (70 mara) u 49,3 % fi gruppi speċjali (40 mara). Fost ir-riċerkaturi ta’ Orizzont Ewropa, in-nisa ammontaw għal 38,3 % (101 142), meta mqabbla ma’ 61,6 % għall-irġiel (162 705), filwaqt li 0,05 % ġew identifikati bħala mhux binarji (128).

·Fl-2024, skont Erasmus+, 60 % tal-opportunitajiet ta’ mobbiltà pprovduti ttieħdu minn nisa. Id-distribuzzjoni tal-ġeneri tvarja skont il-qasam tal-edukazzjoni; l-edukazzjoni għall-adulti għandha l-ogħla perċentwal ta’ nisa (69,3 %), segwita mill-edukazzjoni skolastika (65,3 %), mill-edukazzjoni għolja (60,4 %), mill-edukazzjoni għaż-żgħażagħ (57,6 %), mill-edukazzjoni u mit-taħriġ vokazzjonali (54,3 %) u mill-isport (41,7 %)

·Skont il-PAK, l-għadd totali ta’ bdiewa li rċevew appoġġ dirett (data proviżorja għall-2024) kien ta’ 5 604 178, li minnhom: nisa: 1 768 426 (31,6%); irġiel: 3 553 350 (63,4%); mhux binarji: 250 (0,0%); l-ebda prevalenza: 209 340 (3,7 %) u jippreferu ma jweġbux: 72 812 (1,3%).

·Skont il-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-indikaturi komuni kollha dwar il-parteċipanti huma diżaggregati skont il-ġeneru. Sa tmiem l-2025, 16,0 miljun parteċipant kienu ġew appoġġati, li minnhom 8,4 miljun kienu nisa, 7,5 miljun kienu rġiel u 0,1 miljun kienu mhux binarji.

·Skont l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III, 393 418-il persuna bbenefikaw direttament minn interventi appoġġati mill-UE li għandhom l-għan li jnaqqsu l-inugwaljanza soċjali u ekonomika. Id-data disponibbli diżaggregata skont is-sess tindika li mill-inqas 202 532 kienu nisa u 191 068 kienu rġiel.

·Skont il-programm ta’ għajnuna umanitarja, il-perċentwal ta’ benefiċjarji diżaggregati skont il-ġeneru fl-2025 huwa kif ġej: 50 % nisa, 42 % irġiel u 8 % mhux magħrufa ( 70 ).



Appoġġ għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-baġit fit-tul 2028-2034

Matul il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, l-ibbaġitjar skont il-ġeneru ssaħħaħ permezz tal-introduzzjoni ta’ metodoloġija dedikata għat-trekkjar tan-nefqa fl-2021 u permezz tal-integrazzjoni f’xi wħud mill-programmi tal-baġit tal-UE. Dan il-progress irriżulta f’madwar 13 % tal-baġit tal-UE matul il-perjodu 2021-2025 li jappoġġa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Fl-istess ħin, hemm lok ċar għal aktar progress, peress li maġġoranza kbira tan-nefqa (madwar 84 %) tibqa’ kklassifikata taħt il-punteġġ 0, li jindika li ma ġiet identifikata l-ebda kontribuzzjoni. Dan jirrifletti, parzjalment, dispożizzjonijiet inkonsistenti fil-programmi kollha, inkluż dwar il-monitoraġġ, id-disponibbiltà limitata tad-data dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, flimkien mal-integrazzjoni limitata tal-kunsiderazzjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-valutazzjonijiet tal-impatt li jirfdu l-atti bażiċi tal-programmi 2021-2027. Dawn il-limitazzjonijiet illimitaw l-effettività ġenerali tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru u jenfasizzaw il-ħtieġa għal qafas baġitarju tal-UE aktar robust u armonizzat biex jappoġġa u jimmonitorja l-objettivi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Bi tweġiba għal dawn l-isfidi, il-Kummissjoni pproponiet ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri se tibqa’ integrata bis-sħiħ bħala prinċipju orizzontali fil-programmi baġitarji kollha tal-UE, f’konformità mar-rekwiżiti mir- Regolament Finanzjarju . Dan se jippermetti li jissaħħaħ l-appoġġ għal objettivi bħall-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, l-intraprenditorija tan-nisa, il-parteċipazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Għall-ewwel darba, ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni jintroduċi regoli vinkolanti u orizzontali biex joperazzjonalizza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-modi kollha ta’ ġestjoni, filwaqt li jiżgura li l-kunsiderazzjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu integrati matul iċ-ċiklu ta’ politika – mill-ippjanar sal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni. Dan isaħħaħ ukoll il-monitoraġġ u l-akkontabilità billi jirrikjedi data diżaggregata skont il-ġeneru fl-indikaturi tal-prestazzjoni fejn rilevanti u fattibbli. Barra minn hekk, jintroduċi metodoloġija msaħħa ta’ trekkjar tan-nefqa, li tibni fuq it-tagħlimiet mill-perjodu 2021-2027, u li tikklassifika n-nefqa skont il-kontribuzzjoni tagħha għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri (punteġġi 2, 1 u 0). Gwida dedikata għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri se tappoġġa l-implimentazzjoni tal-metodoloġija ta’ trekkjar.

B’mod ġenerali, il-qafas propost għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034 jgħolli l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala prinċipju trażversali fil-programmi kollha ta’ finanzjament tal-UE, filwaqt li jsaħħaħ l-integrazzjoni tagħha fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tan-nefqa tal-UE. Dan għandu l-għan li tiżgura li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tibqa’ mutur ċentrali fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

Trekkjar diġitali

It-tranżizzjoni diġitali hija element ewlieni tal-aġenda tal-kompetittività tal-Kummissjoni. Lil hinn mit-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE, inkluża t-tmexxija fl-innovazzjoni tal-IA, din isservi bħala katalizzatur vitali għall-prosperità, għall-irkupru ekonomiku u għar-reżiljenza filwaqt li tippermetti soluzzjonijiet innovattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali.

Fl-2021, il-Kummissjoni ppreżentat il-viżjoni tagħha għat-trasformazzjoni diġitali tal-UE sal-2030, b’kumpass diġitali għad-Deċennju Diġitali tal-UE li jevolvi madwar erba’ dimensjonijiet diġitali:

il-ħiliet,

l-infrastruttura diġitali sigura u sostenibbli,

it-trasformazzjoni diġitali tan-negozji, u

id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi.

Fl-14 ta’ Diċembru 2022, il-koleġiżlaturi adottaw il-programm ta’ politika tad-Deċennju Diġitali, billi adottaw il-kumpass diġitali u l-viżjoni tiegħu, bl-istabbiliment ta’ miri kwantitattivi tal-UE għall-erba’ punti kardinali li għandhom jintlaħqu sal-2030, u bl-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri biex isir progress lejn dawn il-miri.

Eżempji ta’ kisbiet

20 miljun abitazzjoni kisbu aċċess għal networks tal-internet b’kapaċità għolja ħafna, inklużi networks 5G u veloċità tal-gigabits, permezz ta’ miżuri skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, InvestEU u l-finanzjament ta’ koeżjoni
sal-aħħar tal-2025.

13-il logħba vidjo, li l-iżvilupp tagħhom kien appoġġat mill-fergħa tal-media tal-programm Ewropa Kreattiva, irċevew 34 nomina fl-aktar kompetizzjonijiet importanti tal-industrija ( 71 ) fl-2025.

Skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, inħolqu 10 362 terabit fis-sekonda ta’ kapaċità addizzjonali fl-2025 minn networks ewlenin użati, inklużi kejbils sottomarini.

Fl-2025, bdew jiġu varati 19-il fabbrika tal-IA f’16-il Stat Membru, li offrew lill-istart-ups tal-IA, lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u lir-riċerkaturi aċċess għal kompjuters ta’ prestazzjoni għolja ottimizzati għall-IA, taħriġ fl-IA u għarfien espert tekniku biex jippromwovu riċerka u applikazzjonijiet tal-IA mill-aktar avvanzati. Il-fabbriki tal-IA jibbenefikaw min-network pubbliku tas-supercomputing ewlieni fid-dinja stabbilit mill-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew.



Kemm nonfqu?

L-eżerċizzju ta’ rendikont tal-2026 biex jiġi stmat l-infiq tal-UE fuq it-tranżizzjoni diġitali twettaq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2021-2027 matul il-perjodu 2021-2025. Is-sejbiet juru li l-baġit tal-UE, inkluż NextGenerationEU, qed jgħaddi kontribuzzjonijiet sinifikanti għad-dimensjonijiet ewlenin kollha tat-tranżizzjoni diġitali. L-ambizzjoni tal-Kummissjoni hija li tibni fuq is-sejbiet biex tiżviluppa metodoloġija komprensiva u robusta għall-kejl tal-kontribut ġenerali tal-baġit tal-UE għat-tranżizzjoni diġitali fil-programmi kollha.

Abbażi tar-riżultati tal-eżerċizzju ta’ rendikont, kważi EUR 229 biljun tal-baġit tal-UE (inkluż NextGenerationEU) kienu ddedikati għat-tranżizzjoni diġitali bejn l-2021 u l-2025, li jirrappreżentaw 14,5 % tal-baġit totali tal-UE għal dak il-perjodu ( 72 ). Sehem sinifikanti minn dan l-ammont ġie mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li ddedikat EUR 150,9 biljun għat-tranżizzjoni diġitali matul l-istess perjodu.



Kontribuzzjonijiet stmati għat-tranżizzjoni diġitali tal-programmi tal-baġit tal-UE, fl-2021-2025 (b’mod kumulattiv) (*)

(*) Inkluż NextGenerationEU, f’miljuni ta’ EUR.
NB: Għall-finijiet ta’ leġibbiltà, l-iskala hija maqsuma, peress li l-
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tipprovdi aktar minn għaxar darbiet aktar appoġġ għat-tranżizzjoni diġitali mill-programm li jmiss li l-aktar jikkontribwixxi. L-abbrevjazzjonijiet jirrappreżentaw: RRF  Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; HORIZONEU – Orizzont Ewropa; NDICI  Strument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali; DIGITALEU – il-programm Ewropa diġitali; FSE PLUS – Fond Soċjali Ewropew Plus; JTM – Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta; SPACE – programm spazjali tal-UE; FNE – Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; IPA III – Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III; IBMF – Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri; ISF – Fond għas-Sigurtà Interna; CREATIVEEU – programm Ewropa Kreattiva; PAK – politika agrikola komuni; FEMSA – Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura; SECURE CONNECTIVITY - Programm tal-UE għal konnettività sigura;
TSI – Strument ta’ Appoġġ Tekniku; KES – Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; OCT – Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Ekstra-Ewropea, inkluża Greenland; RIGHTS – programm dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri; TCC – il-komunità Ċiprijotta Torka; EDF  – Fond Ewropew għad-Difiża;  
WBF – Faċilità tal-Balkani tal-Punent.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.



Kważi l-programmi baġitarji kollha tal-UE jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali. Madankollu, minħabba l-limitazzjonijiet tad-data, in-nefqa relatata mad-diġitali għall-perjodu 2021-2025 tista’ tiġi trekkjata biss għal 32 mit-53 programm ta’ nfiq implimentati fl-2025.

F’termini ta’ konċentrazzjoni tematika, qed isiru sforzi sinifikanti biex tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi (b’mod partikolari s-soluzzjonijiet tal-ICT tal-gvern u d-diġitalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa) u tan-negozji, b’appoġġ qawwi dirett lejn l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Aktar informazzjoni hija pprovduta fit-taqsimiet li jmiss.

Kontribuzzjonijiet stmati għat-tranżizzjoni diġitali skont dimensjonijiet diġitali ewlenin (2021-2025) (*)

 

(*) Inkluż NextGenerationEU, f’biljuni ta’ EUR.

(**) Tinkludi programmi li ma setgħux jiġu diżaggregati f’kategoriji speċifiċi minħabba limitazzjonijiet metodoloġiċi (Erasmus+, il-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, Ewropa Kreattiva, il-PAK u l-politika komuni tas-sajd, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-programm LIFE, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Programm tal-UE għal Konnettività Sigura).

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-eżerċizzju ta’ rendikont tal-2026.

Diġitalizzazzjoni tan-negozji u tas-servizzi pubbliċi

Il-baġit tal-UE (inkluż NextGenerationEU) qed jagħti kontribut sinifikanti għad-diġitalizzazzjoni tas-setturi privati u pubbliċi. Għall-perjodu 2021-2025, madwar EUR 63,2 biljun ġew iddedikati għall-appoġġ tal-baġit tal-UE għas-servizzi pubbliċi (inkluża d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa u tal-ġustizzja) u EUR 46,2 biljun għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tan-negozji. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni huma kontributuri importanti għal dan l-investiment. Fis-snin mill-2021 sal-2025, 11,8 % tal-ammonti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond ta’ Koeżjoni ntużaw biex jiffinanzjaw interventi li javvanzaw it-tranżizzjoni diġitali, b’mod partikolari l-appoġġ għall-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u s-servizzi pubbliċi.

Kontribuzzjonijiet stmati tal-baġit tal-UE għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi
(2021-2025)
 (*)

(*) Inkluż NextGenerationEU.

(**) Dawn l-ammonti huma r-riżultat tal-eżerċizzju ta’ rendikont imwettaq għall-2021 sal-2025 u jeskludu l-programmi ta’ azzjoni esterna, in-nefqa taħt ġestjoni indiretta, Erasmus+, il-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, Ewropa kreattiva, il-PAK u l-politika komuni tas-sajd, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-programm LIFE, il-Fond Ewropew għad-Difiża, u l-Programm tal-UE għal Konnettività Sigura minħabba limitazzjonijiet metodoloġiċi.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-eżerċizzju ta’ rendikont tal-2026.

Appoġġ għall-iżvilupp u għall-varar tat-teknoloġiji diġitali u tar-riċerka

Mill-2021 sal-2025, l-istimi jindikaw li l-UE kkontribwiet EUR 29,6 biljun għall-investiment fil-kapaċitajiet diġitali u għall-varar ta’ teknoloġiji avvanzati, u EUR 17,5 biljun għar-riċerka. Dawn in-numri jinkludu kontribut għall-objettiv diġitali minn Orizzont Ewropa, li l-objettiv primarju tiegħu huwa li jappoġġa r-riċerka. Dawn iċ-ċifri għadhom ma humiex finali u se jiġu aġġornati hekk kif aktar informazzjoni minn proġetti ffinanzjati ssir disponibbli.

Il-programmi ewlenin li jikkontribwixxu għall-investiment fil-kapaċitajiet diġitali u l-varar ta’ teknoloġiji avvanzati u tar-riċerka huma l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, Orizzont Ewropa, il-programm spazjali tal-UE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-programm Ewropa diġitali.

Investiment fil-ħiliet diġitali

Mill-2021 sal-2025, il-baġit tal-UE, inkluż NextGenerationEU, ta kontribut sinifikanti kemm lill-ħiliet diġitali bażiċi kif ukoll lil dawk avvanzati, b’investiment stmat li jammonta għal EUR 32,4 biljun. Minbarra l-appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali fil-livelli kollha, flimkien mas-servizzi u mal-applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-ħiliet diġitali u għall-inklużjoni diġitali, inxteħtet enfasi partikolari fuq l-appoġġ taż-żgħażagħ. Il-programmi ewlenin li jikkontribwixxu għat-titjib tal-ħiliet diġitali huma l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (EUR 22,0 biljun) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (EUR 8,1 biljun), li jipprovdu appoġġ għall-impjieg taż-żgħażagħ u għall-integrazzjoni soċjoekonomika taż-żgħażagħ.

Titjib tal-konnettività diġitali

Il-baġit tal-UE, inkluż NextGenerationEU, qed jikkontribwixxi għat-titjib tal-konnettività diġitali, li se tagħti liċ-ċittadini u lin-negozji opportunitajiet ġodda biex jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku diġitali u jaċċelleraw it-tkabbir ekonomiku. Bejn l-2021 u l-2025, l-investiment fil-konnettività diġitali, inkluż l-investiment f’networks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna u l-kopertura tan-network 5G, huwa stmat li laħaq id-EUR 19,0 biljun. Il-programmi kontribwenti prinċipali huma l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (EUR 12,7 biljun), il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni (EUR 1,0 biljun) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Iċ-ċifri diġà rrapportati dwar il-kontribuzzjoni mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kellhom jiġu aġġustati minħabba emendi għall-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza li seħħew fl-2025.

Il-PAK għandha rwol ewlieni fit-titjib tal-aċċess għall-broadband f’żoni rurali billi tappoġġa l-infrastruttura tal-broadband u aċċess imtejjeb għas-servizzi tal-gvern elettroniku. Kważi 13-il miljun persuna li jgħixu f’żoni rurali qed jibbenefikaw minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u għall-infrastruttura tal-ICT bħala riżultat tal-appoġġ mill-baġit tal-UE.

Skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, inħolqu 10 300 terabit fis-sekonda ta’ kapaċità addizzjonali minn networks ewlenin implimentati, inklużi kejbils sottomarini. Ġew aġġudikati aktar minn EUR 800 miljun lil
45 proġett biex tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tan-network trans-Ewropew tat-trasport, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ

għat-teknoloġija tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju. Il-programm għandu wkoll l-għan li jimmodernizza l-grilji tal-enerġija u li jimplimenta infrastruttura tal-konnettività diġitali biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali tal-UE. B’mod speċifiku, il-programm se jappoġġa l-varar ta’ sistemi 5G u ta’ networks diġitali ta’ kapaċità għolja biex jittrasformaw diversi setturi, inklużi l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-manifattura. Dan se jtejjeb il-prontezza diġitali, il-kompetittività u l-inklużività, b’mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi, u se jikkontribwixxi għall-irkupru u għat-tkabbir ekonomiku tal-UE. Permezz ta’ InvestEU, aktar minn żewġ miljun unità domestika, intrapriża jew faċilità pubblika kisbu aċċess għal internet b’veloċità għolja. Il-Fond Ewropew tal-Investiment alloka EUR
 3,6 biljun biex jappoġġa lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-innovazzjoni u fid-diġitalizzazzjoni permezz ta’ garanzija ddedikata appoġġata mill-InvestEU. Din il-garanzija tappoġġa diversi sforzi ta’ diġitalizzazzjoni, inklużi mudelli ta’ negozju innovattivi, ġestjoni tal-katina tal-provvista u akkwist ta’ ħiliet diġitali. B’enfasi fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju konġunti, il-fond jappoġġa wkoll investimenti li jrawmu l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-industrija diġitali, kulturali u kreattivi.

It-tranżizzjoni doppja: l-isfruttar tas-sinerġiji

It-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali hija interkonnessa ħafna, u toffri l-potenzjal li jinħolqu sinerġiji sinifikanti. Il-baġit tal-UE huwa strumentali f’dan il-proċess, billi jaġixxi bħala faċilitatur ewlieni biex jiġu sfruttati dawn is-sinerġiji. Dan jipprovdi l-appoġġ finanzjarju neċessarju għal inizjattivi li jallinjaw mal-objettivi taż-żewġ tranżizzjonijiet, u b’hekk jiżgura li l-benefiċċji potenzjali jkunu jistgħu jinkisbu bis-sħiħ. It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi eżempji illustrattivi ta’ wħud mis-sinerġiji li qed jinkisbu bl-appoġġ tal-baġit tal-UE.

·Il-proġett IM4CA, iffinanzjat skont Orizzont Ewropa, isaħħaħ l-azzjoni klimatika billi jtejjeb il-kapaċità tal-Ewropa li timmonitorja u tifhem l-emissjonijiet tal-metan. Billi jikkombina osservazzjonijiet satellitari u dawk ibbażati fuq l-art, il-proġett jipprovdi data u metodi biex jiġu kkwantifikati aħjar is-sorsi, il-bjar u x-xejriet tal-metan, filwaqt li jappoġġa l-mitigazzjoni bbażata fuq l-evidenza u l-progress lejn il-miri klimatiċi tal-UE u dawk globali.

·L-appoġġ għall-grilji intelliġenti, bħal dawk skont il-fergħa tal-enerġija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli bl-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-iżvilupp ta’ grilji enerġetiċi intelliġenti. Eżempju ta’ dan huwa l-proġett Danube inGrid, li l-ewwel fażi tiegħu hija mistennija li titlesta sa tmiem l-2027. Il-proġett jadotta teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti u jrawwem il-varar ta’ infrastruttura tal-enerġija moderna fiż-żoni transfruntiera tal-Ungerija u tas-Slovakkja, biex jappoġġa b’mod effiċjenti d-domanda akbar tal-konsumaturi, tal-prosumaturi u tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli distribwiti.

·Barra minn hekk, bħala riżultat tal-investimenti f’sistemi tal-enerġija intelliġenti ffinanzjati permezz tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 kollu, madwar 2 miljun utent finali addizzjonali se jkunu konnessi mas-sistemi tal-enerġija intelliġenti.

·Bl-appoġġ tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, kumpanija pubblika tal-ilma f’Sardenja ddiġitalizzat u ċċentralizzat is-servizz tal-ilma tagħha, u pprovdiet ilma tax-xorb lil aktar minn 1,6 miljun resident. Din tejbet il-kwalità tas-servizz tagħha billi żviluppat sistema ċentralizzata ta’ kontroll u ta’ akkwist tad-data li tippermetti monitoraġġ f’ħin reali, ġestjoni mill-bogħod u għodod għas-simulazzjoni u għall-ottimizzazzjoni tal-flussi tar-riżorsi tal-ilma. Dan se jippermetti ppjanar aħjar ta’ interventi mmirati biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-ilma fil-kuntest taż-żieda fl-istress idriku fir-reġjun.

·Bħala parti mill-isforzi usa’ tal-UE biex timmodernizza l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali skont il-PAK, il-pjanijiet strateġiċi skont il-politika jappoġġaw it-tranżizzjoni doppja billi jgħinu lill-bdiewa jadottaw teknoloġiji diġitali li jistgħu jwasslu wkoll benefiċċji ambjentali u klimatiċi. Dan l-appoġġ jitwassal prinċipalment permezz ta’ proġetti ta’ investiment tal-proġetti tal-grupp operazzjonali tal-EIP-AGRI, iżda wkoll permezz ta’ ekoskemi u impenji agroambjentali klimatiċi. Pereżempju, fil-Fjandri, il-bdiewa jistgħu jużaw makkinarju ggwidat mis-satelliti
biex jitnaqqas it-trikkib u l-użu tal-input. Eżempju ieħor huwa l-Passaport tal-Ħamrija, li jgħin lill-bdiewa jużaw data dwar il-ħamrija fil-livell tal-irqajja’ biex itejbu l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija. Stati Membri oħra, inklużi l-Estonja, il-Polonja u r-Rumanija, ippjanaw ukoll investimenti fl-
agrikoltura ta’ preċiżjoni.

·Is-sistema bis-satellita tal-UE Galileo tappoġġa teknoloġiji li huma faċilitaturi ewlenin għal
trasport intelliġenti u sostenibbli, u b’mod partikolari għas-sewqan konness u awtonomu. Fit-trasport bit-triq, l-użu ta’ servizzi ta’ navigazzjoni u ta’ pożizzjonament minn Galileo jwassal għal firxa ta’ applikazzjonijiet innovattivi li jippermettu mobbiltà intelliġenti u diġitalizzazzjoni tat-trasport b’diversi modi b’rotot tal-ivvjaġġar ottimizzati, u b’hekk jippermettu tnaqqis fl-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. Fit-trasport bl-ajru, l-użu tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja għad-definizzjoni effiċjenti tar-rotot tat-titjiriet jgħin biex jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju.



Il-baġit tal-UE u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli

X’nagħmlu?

L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-17-il SDG tagħha u  
169 mira, taw impetu ġdid lill-isforzi globali biex jinkiseb żvilupp sostenibbli.
L-UE kellha rwol importanti fit-tfassil tal-aġenda, permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi, djalogu mas-sħab u riċerka fil-fond. L-UE hija impenjata li taqdi rwol attiv biex timmassimizza l-progress lejn l-SDGs, kif deskritt, pereżempju, fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli”, fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “It-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU – Approċċ komprensiv” (“Delivering on the UN’s Sustainable Development Goals
 – A comprehensive approach”) u reċentement fl-ewwel rieżami volontarju tal-UE li qatt sar dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottat fil-15 ta’ Mejju 2023. Barra minn hekk, il-Eurostat jippubblika rapport kull sena dwar il-monitoraġġ tal-progress lejn l-SDGs tan-NU f’kuntest tal-UE.

F’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2021 dwar l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar u l-objettivi tal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti, il-Kummissjoni kompliet issaħħaħ l-integrazzjoni tal-SDGs fiċ-ċiklu politiku u baġitarju tal-UE. B’mod ġenerali, dan l-approċċ jiżgura li l-proposti leġiżlattivi u finanzjarji ewlenin kollha jiġu vvalutati għall-kontribut tagħhom għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b’hekk jissaħħaħ l-impenn tal-UE għas-sostenibbiltà, għall-prospettiva strateġika u għat-tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ilha mill-2021 tidentifika b’mod sistematiku l-SDGs rilevanti għal kull proposta u teżamina kif l-inizjattiva tappoġġa l-kisba tagħhom. Barra minn hekk, ir-rabtiet mal-SDGs se jiġu inklużi matul l-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt. Fil-livell tal-UE, l-isfidi tal-iżvilupp sostenibbli huma indirizzati permezz ta’ politiki u strumenti regolatorji. Fir-rigward ta’ dawk tal-ewwel, il-baġit tal-UE, permezz tal-programmi ta’ nfiq tiegħu, jipprovdi kontribut sinifikanti għall-iżvilupp sostenibbli billi jikkomplementa l-baġits nazzjonali, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. B’dan il-mod, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ nfiq tal-UE għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi f’kull qasam ta’ politika, filwaqt li jippromwovu s-sostenibbiltà permezz tal-inizjattivi u l-interventi tal-programmi rilevanti b’mod konness u konsistenti. B’mod partikolari, 49 minn 53 programm ta’ nfiq tal-UE għall-perjodu 2021-2027 ikkontribwew għal mill-inqas SDG wieħed fl-2025.



Għadd ta’ programmi 2021-2027 li jikkontribwixxu għall-għanijiet individwali ta’ żvilupp sostenibbli  
fl-2025

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Fid-dawl tan-natura trażversali tal-SDGs, u biex jiġi żgurat approċċ olistiku fl-indirizzar tal-iżvilupp sostenibbli, 99 % tal-baġit tal-UE jikkontribwixxi għall-SDGs. Barra minn hekk, il-maġġoranza l-kbira tal-programmi 2021-2027 (43 minn 53) huma mfassla biex jindirizzaw diversi SDGs permezz tal-miżuri ta’ politika tagħhom. Fid-dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-programmi (l-Anness 4 ta’ dan ir-rapport), il-Kummissjoni tippreżenta l-SDGs li għalihom jikkontribwixxi kull programm ta’ finanzjament tal-UE, flimkien ma’ eżempji tal-kontribut tagħhom. L-infografika ta’ hawn taħt tipprovdi, b’mod mhux eżawrjenti, eżempji li juru kif il-programmi tal-UE jikkontribwixxu għall-SDGs.

Ir-rieżami volontarju tal-UE tal-2023 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, flimkien mar-Rapport tal-2026 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-Unjoni EwropeaMonitoraġġ tal-progress lejn l-SDGs fil-kuntest tal-UEedizzjoni tal-2026, affermaw mill-ġdid il-baġit tal-UE bħala mutur ewlieni għat-twettiq ta’ progress sostanzjali fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli ( 73 ). B’ħarsa ’l quddiem, l-UE saħħet l-impenn tagħha li tintegra u tirrapporta b’mod sistematiku dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fil-programmi rilevanti kollha tal-UE, filwaqt li tiżgura l-koerenza tal-politika u momentum sostnut lejn il-kisba tal-għanijiet kollha.

Fil-Bulgarija, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jappoġġa proġett li jimmodernizza s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali , bl-għan li jtejjeb l-aċċess għall-gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal u l-persuni b’diżabilità. Billi ttejjeb il-kapaċità tal-persunal, l-Aġenzija tal-Assistenza Soċjali se tiżgura kura adegwata billi toffri lil dawk fil-bżonn appoġġ kompetenti u b’diversi komponenti, f’konformità ma’ teknoloġiji ġodda u tiżgura titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħhom. Din l-inizjattiva tiżgura appoġġ aktar rapidu u effiċjenti, tgħin fil-prevenzjoni tal-iżolament soċjali u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja.

Il-programm tas-suq uniku jappoġġa inizjattivi bħal miżuri ta’ emerġenza għall-kontroll tal-mard tal-annimali u tal-pjanti, il-Laboratorji ta’ Referenza tal-UE u l-bank tal-vaċċini tal-UE għall-mard tal-annimali, inaqqsu direttament ir-riskji għas-sigurtà alimentari billi jiżguraw produzzjoni agrikola sostenibbli u reżiljenza kontra tifqigħat ta’ mard bħad-deni Afrikan tal-ħnieżer, l-influwenza avjarja, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-marda tal-infafet fil-ġilda, il-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż.

Il-programm jappoġġa l-attivitajiet tal-Federazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Ikel biex jiffaċilita d-donazzjoni tal-ikel u jżid is-sehem tal-ikel żejjed disponibbli għall-konsum mill-bniedem, u b’hekk jindirizza kemm is-sigurtà tal-ikel kif ukoll il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. L-għotja annwali tgħin biex tiżdied il-kapaċità tal-federazzjoni li tqassam l-ikel mill-ġdid.

Il-programm UE għas-Saħħa u l-programmi ta’ ħidma annwali tiegħu jwettqu azzjonijiet biex jimplimentaw l-inizjattiva “Healthier together”, il-pjan tal-Ewropa biex jingħeleb il-kanċer, l-approċċ komprensiv għas-saħħa mentali, u jindirizzaw fatturi ta’ riskju ewlenin biex titnaqqas il-mortalità prematura minn mard mhux komunikabbli. Il-programm jiffinanzja wkoll azzjonijiet li qed jipproduċu gwida biex jittejjeb l-aċċess għall-kura tas-saħħa li tikkontribwixxi għall-SDG 3.8, filwaqt li jiffinanzja wkoll azzjonijiet biex jiġi indirizzat l-SDG 3.3 biex jintemmu l-epidemiji tal-HIV/AIDS, it-tuberkulożi, il-mard tropikali ttraskurat u l-ġlieda kontra l-epatite, il-mard li jittieħed mill-ilma u mard ieħor li jittieħed. Il-programm jiffinanzja azzjonijiet biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi għal twissija bikrija, tnaqqis tar-riskju u ġestjoni tar-riskji għas-saħħa nazzjonali u globali, filwaqt li jindirizza l-SDG 3.D.

Iffinanzjat minn Erasmus+, il-proġett tal-kondiviżjoni tal-mużika għall-apprendiment inklużiv fl-edukazzjoni tfassal biex jappoġġa lill-għalliema fl-indirizzar ta’ din l-isfida billi jipprovdi qafas prattiku u juri l-aħjar prattiki għall-ġestjoni tal-inklużjoni u tad-diversità fl-edukazzjoni. L-għan primarju tiegħu huwa li joffri lill-għalliema tal-iskejjel preprimarji u primarji għarfien ġdid, kompetenzi ewlenin u materjali edukattivi lesti għall-użu biex jużaw il-mużika b’mod effettiv bħala għodda pedagoġika għall-edukazzjoni inklużiva.

Barra minn hekk, il-proġett għandu l-għan li jgħin lill-għalliema jiżviluppaw il-ħiliet soċjali u diġitali tagħhom permezz tar-repożitorju diġitali u r-riżorsi ta’ taħriġ online tiegħu. Filwaqt li l-proġett tfassal għall-għalliema, il-benefiċjarji finali huma l-istudenti, li l-benesseri u l-prestazzjoni akkademika tagħhom huma mistennija li jitjiebu bħala riżultat ta’ dawn il-prattiki inklużivi integrati.

Skont l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku fl-2025, reċentement bdew għadd ta’ proġetti ġodda relatati mal-ġeneru. Pereżempju, il-proġett tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku dwar il-valutazzjoni dwar l-effettività tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol qed jgħin lill-Portugall jindirizza l-isfidi demografiċi tiegħu u jippromwovi soċjetà aktar inklużiva u ekwa, filwaqt li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u għall-kompetittività tal-pajjiż.

L-UE tipprovdi appoġġ għall-ilma tax-xorb sikur, għas-sanità u għall-iġjene permezz tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja tagħha u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa li jsalva u jippreserva l-ħajja u jtaffi t-tbatija tal-popolazzjonijiet li qed jiffaċċjaw riskji ambjentali serji għas-saħħa u insigurtà tal-ilma fil-kuntest ta’ kriżijiet umanitarji antiċipati, li għaddejjin u reċenti, pereżempju fl-Ukrajna. Il-mekkaniżmu kien attiv ukoll fir-rispons għal żoni mgħarrqa b’oġġetti mhux tal-ikel, bl-aċċess għas-saħħa u għall-ilma u b’materjal sanitarju u tal-iġjene, bħal fir-rispons għall-Uragan Melissa fil-Karibew (Kuba, il-Ġamajka) u f’żoni affettwati mit-terremoti bħall-Myanmar. Dawn id-donazzjonijiet ġew offruti mill-Istati Membri, u ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza kkofinanzja l-kostijiet tat-trasport u tal-varar.

Permezz ta’ Orizzont Ewropa, il-proġett ASCEND, b’kontribuzzjoni tal-UE ta’ EUR 19,99 miljun, jappoġġa enerġija affordabbli u nadifa fil-bliet billi jipprovdi żewġ Distretti Pożittivi ta’ Enerġija Nadifa f’Lyon u fi Munich u jinvolvi tmien bliet sħab biex iħejju r-replikazzjoni. Il-proġett jiżviluppa u jxerred soluzzjonijiet tal-enerġija skalabbli u kosteffettivi fil-livell distrettwali biex jaċċellera t-tranżizzjonijiet tal-enerġija urbana.

Skont l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, il-proġett reġjonali “Appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistema moderna ta’ pagament u żona ta’ investiment reġjonali fil-Balkani tal-Punent” , implimentat mill-Bank Dinji, jappoġġa lis-sħab tal-Balkani tal-Punent biex jissieħbu fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA). Fl-2025, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja ssieħbu fl-ambitu ġeografiku tas-SEPA, wara l-Albanija u l-Montenegro li kienu diġà ssieħbu fi tmiem l-2024. Barra minn hekk, minn Ottubru 2025, l-Albanija, il-Montenegro u l-Maċedonja ta’ Fuq bdew igawdu l-benefiċċji konkreti tas-SEPA billi ngħaqdu mal-iskemi ta’ pagament tagħha. Dan irriżulta fi tranżazzjonijiet aktar rapidi u fi tnaqqis tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet sa għaxar darbiet. Huwa stmat li l-implimentazzjoni sħiħa tas-SEPA fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent tista’ potenzjalment tiffranka sa EUR 500 miljun fis-sena għall-individwi u għan-negozji.

L-Ewropa Diġitali qed tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni diġitali usa’ ta’ oqsma ta’ interess pubbliku u tal-industrija. L-akkwist u l-varar ta’ kapaċitajiet avvanzati tas-supercomputing għandhom l-għan li jsaħħu l-kompetittività industrijali tal-Ewropa. Barra minn hekk, in-network stabbilit tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej jikkontribwixxi għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija u jindirizza kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà teknoloġika, filwaqt li jiżgura li n-negozji, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ikollhom aċċess għal teknoloġiji u finanzi avvanzati għall-adattament għall-bidla diġitali. L-azzjoni Ewropa interoperabbli tappoġġa l-iżvilupp ta’ infrastruttura/soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà riutilizzabbli, bil-ħsieb li tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali tas-settur pubbliku u tinħoloq kapaċità għall-awtoritajiet pubbliċi biex jikkollaboraw b’mod effettiv biex jistabbilixxu servizzi transfruntiera bla xkiel.

Skont il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-fażi sebgħa tal-programm reġjonali għall-iżvilupp u għall-protezzjoni għall-Afrika ta’ Fuq se tkun għaddejja mill-2025 sal-2028 b’baġit (ammont massimu ta’ għotja tal-UE) ta’ EUR 37,5 miljun. L-objettiv prinċipali tal-azzjoni proposta huwa li tappoġġa pajjiżi mhux tal-UE fl-Afrika ta’ Fuq u fir-rotta tal-migrazzjoni Atlantika u Mediterranja biex jiġu kkonsolidati s-sistemi ta’ migrazzjoni u ażil tagħhom u tinbena l-kapaċità tagħhom li jipprovdu akkoljenza, protezzjoni u soluzzjonijiet dejjiema adegwati għall-migranti vulnerabbli, għal dawk li jfittxu l-ażil u għar-refuġjati.

Skont l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, fl-2025 l-UE nediet it-tielet fażi tal-inizjattiva ewlenija tagħha Sindki għat-Tkabbir Ekonomiku (2025-2028, EUR 8 miljun), implimentata mill-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, li ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-iżvilupp ekonomiku lokali fis-Sħubija tal-Lvant kollha mill-2017. Din il-fażi l-ġdida tagħti s-setgħa lill-bliet u lill-bliet żgħar fl-Armenja, fil-Moldova u fl-Ukrajna biex jindirizzaw sfidi bħad-depopolazzjoni rurali, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tibdil fil-klima, u t-tranżizzjoni diġitali, b’enfasi msaħħa fuq l-ippjanar tal-iżvilupp ekonomiku lokali u fuq l-aċċess għall-finanzi. Fl-2025 biss, l-inizjattiva żblukkat madwar EUR 1 miljun biex tappoġġa lill-gvernijiet lokali fit-tmexxija tat-trasformazzjoni ekonomika tagħhom stess.

Sa tmiem l-2025, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza appoġġat l-installazzjoni ta’ kapaċità fotovoltajka fil-bini tan-negozju fil-Lussemburgu.

Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa mfassal biex iwieġeb għal dan l-għan u jieħu azzjoni urġenti biex jiġġieled it-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu. Il-proġett GRIP għandu l-għan li jiddekarbonizza l-produzzjoni tas-sħana industrijali sa 200 °C billi jżid l-industrijalizzazzjoni tat-teknoloġija innovattiva tal-pompi tas-sħana tar-rotazzjoni. Il-proġett ENDOR għandu l-għan li jipproduċi fjuwil tal-avjazzjoni elettriku sostenibbli biex jappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni.

L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jippromwovu l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar billi jtejbu l-miżuri ta’ ġestjoni adottati wara parir xjentifiku u billi jippromwovu ħażniet tat-tonn b’saħħithom fl-Oċean Atlantiku u fl-Oċean Indjan, u permezz tal-qafas ta’ governanza stabbilit minn ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ għadd ta’ pajjiżi mhux tal-UE.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ppjana EUR 9,5 biljun biex jappoġġa dan l-għan. Pereżempju, il-proġett tal-parks tal-bijodiversità urbana f’Turku (il-Finlandja) jirrifletti l-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida billi jippromwovi r-restawr u r-riġenerazzjoni ekoloġiċi urbani permezz tal-ħolqien ta’ parks tal-bijodiversità u ta’ spazji ekoloġiċi pilota. Dan jirrifletti l-ambizzjoni ta’ Turku li ssir waħda mill-“bliet tan-natura u tal-klima” ewlenin fid-dinja. L-għan tal-proġett huwa li jiġi stabbilit park tal-bijodiversità ta’ 20 ettaru, li jipprovdi żona rikreazzjonali – filwaqt li jservi wkoll bħala pjattaforma għall-involviment tal-komunità u għall-apprendiment sperimentali. Il-kunċett qed jiġi ppilotat fiż-żona ta’ Skanssi ta’ Turku, b’aktar piloti iżgħar ippjanati f’viċinati suburbani oħra.

Il-miżuri tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-paċi, għall-prevenzjoni tal-kunflitti, għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, għall-konsolidazzjoni u għall-appoġġ tad-demokrazija, għall-istat tad-dritt u għad-drittijiet tal-bniedem billi jagħtu pariri u jibnu l-kapaċità dwar ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, l-istat tad-dritt u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jappoġġaw inizjattivi ta’ medjazzjoni u ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti jew billi jappoġġaw l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva ta’ trattati u ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li jindirizzaw il-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva jew ta’ armi konvenzjonali.

Il-programm ta’ għajnuna umanitarja jappoġġa lill-atturi u lis-sħab lokali biex isaħħu kemm il-kapaċitajiet tagħhom, is-sigurtà tal-persunal kif ukoll il-kapaċità li jilħqu komunitajiet f’żoni li diffiċli jintlaħqu. Din il-ħidma tingħata aktar setgħa mill-impenn tagħna għall-inklużività fil-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni kull fejn ikun possibbli. Fil-Myanmar, terz tal-baġit imur għall-organizzazzjonijiet lokali, b’ħafna programmi li joperaw permezz ta’ networks kbar ta’ sħab lokali li jiżguraw assistenza umanitarja bbażata fuq il-prinċipji, sensittiva għall-kuntest u f’waqtha, anke f’ambjenti ristretti ħafna u mhux siguri. Dawn is-sħubijiet isaħħu s-sjieda lokali, itejbu l-aċċess u l-aċċettazzjoni fil-livell komunitarju, u jikkontribwixxu għal eżiti umanitarji aktar sostenibbli.

(1) ()    Dan l-ammont jinkludi EUR 190,9 biljun mill-baġit finali adottat; EUR 1,6 biljun mill-approprjazzjonijiet riportati jew li reġgħu saru disponibbli mill-2024; u EUR 14,1 biljun mill-approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn dħul assenjat (li minnhom EUR 0,4 biljun minn NextGenerationEU).
(2) ()    Minn Jannar 2026.
(3) ()    Data aggregata tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin, li jirriflettu l-impatt stmat u mistenni mill-proġett tal-baġit tal-UE mill-2014.
(4) ()    Iffinanzjati mill-programmi2021-2027 li ġejjin: Fiscalis; il-programm doganali; il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura; il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; il-Euratom; il-Fond Soċjali Ewropew Plus; il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta; Erasmus+; il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati; Ewropa kreattiva; il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; il-programm dwar il-ġustizzja; il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni; il-Fond għas-Sigurtà Interna; Orizzont Ewropa; InvestEU; il-programm tas-suq uniku; il-programm Ewropa Diġitali; il-politika reġjonali; il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija.
(5) ()    Kif previst fil-punt 16(d–g) tal-ftehim interistituzzjonali għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.
(6) ()    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ traċċar u ta’ prestazzjoni tan-nefqa baġitarja u regoli orizzontali oħra għall-programmi u għall-attivitajiet tal-Unjoni, COM(2025) 545 final tas-16 ta’ Lulju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52025PC0545&qid=1753797488776 .
(7)

()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent, COM(2020) 57 final tal-5 ta’ Frar 2020, https://enlargement.ec.europa.eu/enhancing-accession-process-credible-eu-perspective-western-balkans_en?prefLang=mt .

(8) ()    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj ).
(9) ()    Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni.
(10) ()    Data kumulattiva għall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Strument Ewropa Globali għall-perjodu 2021-2025.
(11) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “Speech by President von der Leyen at the Copenhagen Competitiveness Summit”, artiklu tal-aħbarijiet, l-1 ta’ Ottubru 2025, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/speech_25_2272 .
(12) ()    Il-Kummissjoni Ewropea, “Programm ta’ Ħidma ta’ Orizzont Ewropa 2026-2027 14. Attivitajiet orizzontali”, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2025) 8493 tal-11 ta’ Diċembru 2025, is-sejħiet HORIZON-CID-2026-01 U HORIZON-CID-2027-01, https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/docs/2021-2027/horizon/wp-call/2026-2027/wp-14-horizontal-activities_horizon-2026-2027_en.pdf .
(13) ()    Ir-Regolament (UE) 2025/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2015/1017, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695 u (UE) 2021/1153 fir-rigward taż-żieda fl-effiċjenza tal-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2021/523 u fir-rigward tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar (ĠU L, 2025/2005, 23.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2005/oj ).
(14) ()    Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, il-Pjattaforma tad-Data tal-EIC, iffiltrata għall-fluss ta’ finanzjament tal-Aċċelleratur, aċċessat fl-24.4.2026  https://eic.ec.europa.eu/impact/eic-data-hub_en .
(15) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (n.d.), “Programmi ta’ ħidma 2026-2027 ta’ Orizzont Ewropa”, is-sit web tar-Riċerka u l-innovazzjoni, Horizon Europe work programmes - Research and innovation .
(16) ()    Il-Kummissjoni Ewropea, “ACCEPT: Automotive Cells Company European Production Take-off”, l-iskeda informattiva tal-proġett tal-Fond għall-Innovazzjoni, https://ec.europa.eu/assets/cinea/project_fiches/innovation_fund/101250958.pdf .
(17) ()    Il-Kummissjoni Ewropea, “MeCaClay: Green Cement Production through Mechano-Chemical Activation of Clay”, l-iskeda informattiva tal-proġett tal-Fond għall-Innovazzjoni, https://ec.europa.eu/assets/cinea/project_fiches/innovation_fund/101250933.pdf .
(18) ()    Il-Kummissjoni Ewropea, “H2CRI: RFNBO hydrogen production plant in Zaragoza”, l-iskeda informattiva tal-proġett tal-Fond għall-Innovazzjoni, https://ec.europa.eu/assets/cinea/project_fiches/innovation_fund/101241587.pdf .
(19) ()    European Commission, “Swap2Zero”, l-iskeda informattiva tal-proġett tal-Fond għall-Innovazzjoni, https://ec.europa.eu/assets/cinea/project_fiches/innovation_fund/101191050.pdf .
(20) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (n.d.), “SG Pan EU Wind Package”, is-sit web tal-InvestEU, https://investeu.europa.eu/sg-pan-eu-wind-package_en?prefLang=mt&etrans=mt .
(21) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (n.d.), “Marguerite III (CDPE)”, is-sit web tal-InvestEU, https://investeu.europa.eu/marguerite-iii-cdpe_en?prefLang=mt&etrans=mt .
(22) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (n.d.), “Cristal Fiber Rollout”, is-sit web tal-InvestEU, https://investeu.europa.eu/cristal-fibre-rollout_en?prefLang=mt&etrans=mt .
(23) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (n.d.), “2024-7-ES-SP-CHUAC”, is-sit web ta’ Kohesio, https://kohesio.ec.europa.eu/mt/pro%C4%A1etti/Q7421383 .
(24) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (n.d.), “Magnetic Plant Narva”, is-sit web ta’ Kohesio, https://kohesio.ec.europa.eu/mt/pro%C4%A1etti/Q7423897 .
(25) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (2026), “Rail Baltica 1 435 mm standard gauge railway line development in Estonia, Latvia and Lithuania (Part IX C)”, il-Programm tat-trasport tal-FNE, https://ec.europa.eu/assets/cinea/project_fiches/cef/cef_transport/23-EU-TC-RBGP%20Part%20IX%20C.pdf .
(26) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (2026), “MILES General: Mobility Infrastructure for Logistics Electric & Sustainable in AT, BE, DE, DK, ES, FR, IT, NL, and SE”, il-Programm tat-trasport tal-FNE, 24-EU-TG-MILES General.pdf .
(27) ()    “Multisettorjali” tirreferi għall-baġit allokat għal STEP minn sejħiet għal proposti u offerti li jimmiraw aktar minn settur wieħed rilevanti għal STEP.
(28) ()    Ir-Regolament (UE) 2025/1914 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18  ta’ Settembru 2025 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu (ĠU L, 2025/1914, 19.9.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1914/oj ).
(29) ()    Ir-Regolament (UE) 2025/2653 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19  ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153 u (UE) 2024/795, fir-rigward tal-inċentivar ta’ investiment relatat mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe (ĠU L, 2025/2653, 22.12.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2653/oj ).
(30) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “Id-Diskors tal-2025 dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President von der Leyen”, l-10 ta’ Settembru 2025, https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/state-union/state-union-2025_mt .
(31) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (n.d.), “Projects funded under the Internal Security Fund call for proposals on the protection of public spaces: ISF-2024-TF2-AG-PROTECT”, https://home-affairs.ec.europa.eu/document/download/cc4034e6-bc2a-4d71-9238-9f61d465c91b_en?filename=Projects%20funded%20under%20ISF_booklet.pdf .
(32) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “Speech by President von der Leyen in the European Parliament plenary debate on the Commission Work Programme”, artiklu tal-aħbarijiet, 21 ta’ Ottubru 2025, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/speech_25_2462 .
(33) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni  Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall-Ewropej kollha, COM(2025) 79 final tas-26  ta’ Frar 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52025DC0079  
(34) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (n.d.), “CEF Energy: Instrumental funding to achieve the Baltic synchronisation with the Continental European Network”, https://cinea.ec.europa.eu/cef-energy-instrumental-funding-achieve-baltic-synchronisation-continental-european-network_en?prefLang=mt .
(35) ()    Simulazzjonijiet tal-mudell għall-evalwazzjoni ex post tal-2014-2020. Eżattament EUR 2,9, 15-il sena wara t-tmiem tal-perjodu.
(36) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2025) 90 final tal-5 ta’ Marzu 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:52025DC0090 .
(37) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (2025), “Pact for Skills Annual Report 2025”, https://pact-for-skills.ec.europa.eu/document/download/84378a3e-3380-488f-b35a-9bd97a024ab1_en?filename=Annual%20Report%202025_FINAL.pdf .
(38) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “Speech by President von der Leyen in the European Parliament plenary debate on the Commission Work Programme 2026”, artiklu tal-aħbarijiet, il-21 ta’ Ottubru 2025, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/speech_25_2462 .
(39) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (2026), “L-UE fl-2025: Rapport ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea”, il-Kapitolu 5: Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, http://op.europa.eu/webpub/com/general-report-2025/mt/chapter5.html#subchapter5-2 .
(40) ()    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/441 tas-6 ta’ Marzu 2025 li jipprevedi appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza għas-setturi agrikoli affettwati minn eventi klimatiċi avversi u diżastri naturali fi Spanja, fil-Kroazja, f’Ċipru, fil-Latvja u fl-Ungerija, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/441, 10.3.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/441/oj u ĠU L, 2025/1137, 11.6.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1137/oj ).
(41) ()    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1145 tal-10 ta’ Ġunju 2025 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-settur tal-ħalib u għas-settur tal-laħam tal-majjal fil-Ġermanja (ĠU L, 2025/1145, 11.6.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1145/oj ).
(42) ()    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2061 tal-10 ta’ Ottubru 2025 li jipprevedi appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza għas-setturi agrikoli affettwati minn avvenimenti klimatiċi avversi fil-Bulgarija, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija fil-Polonja u fir-Rumanija, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/2061, 13.10.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2061/oj ).
(43) ()    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1485 tal-24 ta’ Lulju 2025 dwar miżuri eċċezzjonali tas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fil-Polonja (ĠU L, 2025/1485, 25.7.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1485/oj ).
(44) ()    Ir-Regolament (UE) 2025/1276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 228/2013 fir-rigward ta’ assistenza addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi affettwati minn diżastri naturali severi, u aktar flessibbiltà fir-rigward tagħhom u fil-kuntest tad-devastazzjoni kkawżata miċ-ċiklun Chido f’Mayotte (ĠU L, 2025/1276, 27.6.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1276/oj ).
(45) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (n.d.), “Blue ports: Empowering ports for a greener future’, https://cinea.ec.europa.eu/featured-projects/blue-ports-empowering-ports-greener-future_en?prefLang=mt .
(46) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (n.d.), “Diaspara project: Unlocking the secrets of Europe’s endangered eel and salmon”, https://cinea.ec.europa.eu/featured-projects/diaspara-project-unlocking-secrets-europes-endangered-eel-and-salmon_en?prefLang=mt .
(47) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (n.d.), “Decarbonyt – Decarbonising the fishing fleet in the Mediterranean and Black Sea”, https://cinea.ec.europa.eu/featured-projects/decarbonyt-decarbonising-fishing-fleet-mediterranean-and-black-sea_en?prefLang=mt .
(48) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (2026), “L-UE fl-2025: Rapport ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea”, il-Kapitolu 5: Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, http://op.europa.eu/webpub/com/general-report-2025/mt/chapter5.html#subchapter5-2 .
(49) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “Id-Diskors tal-2025 dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President von der Leyen”, l-10 ta’ Settembru 2025, https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/state-union/state-union-2025_mt .
(50) ()    Informazzjoni dwar l-inizjattivi tista’ tinstab fuq https://citizens-initiative.europa.eu/find-initiative_mt .
(51) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni “Keynote speech by President von der Leyen at the Global Gateway Forum”, artiklu tal-aħbarijiet, id-9 ta’ Ottubru 2025, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/speech_25_2337 .
(52) ()    Il-Kummissjoni Ewropea, “Commission delivers thermal plant to supply power for 1 million Ukrainians”, stqarrija għall-istampa, it-22 ta’ Diċembru 2025, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_25_3137 .
(53) ()    Il-Kummissjoni Ewropea, “First deal under EU’s Ukraine export credit guarantee facility: €20 million for EU exports to Ukraine through Denmark’s EIFO”, stqarrija għall-istampa, il-5 ta’ Ġunju 2025,  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_25_1429 .
(54) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (2026), “Implementation of the 1435 connectivity PL/UA border – Mostyska II – Sknyliv (Lviv) Stage 1”, il-Programm tat-trasport tal-FNE, https://ec.europa.eu/assets/cinea/project_fiches/cef/cef_transport/24-UA-TG-EUUA1435PLUABCPML1.pdf .
(55) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport, “New EU-funded railway line brings Ukraine even closer to EU”, artiklu tal-aħbarijiet, il-5 ta’ Settembru 2025, https://transport.ec.europa.eu/news-events/news/new-eu-funded-railway-line-brings-ukraine-even-closer-eu-2025-09-05_en?prefLang=mt .
(56) ()    Il-Kummissjoni Ewropea (2026), “L-UE fl-2025: Rapport ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea”, il-Kapitolu 1: L-Appoġġ tal-UE għall-Ukrajna,  https://op.europa.eu/webpub/com/general-report-2025/mt/chapter1.html#subchapter1-1 .
(57) ()    Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(58) ()    Il-Kummissjoni Ewropea, “L-Ewropa għandha rwol mexxej fil-wegħdiet ta’ donazzjonijiet f’kampanja li timmobilizza EUR 15,5 biljun għal enerġija nadifa għall-Afrika”, stqarrija għall-istampa, il-21 ta’ Novembru 2025,  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_25_2781 .
(59) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (n.d.), “African Local Currency Bond Fund”, https://international-partnerships.ec.europa.eu/funding-and-technical-assistance/funding-instruments/european-fund-sustainable-development-plus/african-local-currency-bond-fund_en?prefLang=mt  
(60) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (n.d.), “Accelerate the Energy Transition AccelerET”, https://international-partnerships.ec.europa.eu/funding-and-technical-assistance/funding-instruments/european-fund-sustainable-development-plus/accelerate-energy-transition-acceleret_en?prefLang=mt  
(61) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (n.d.), “Access to Finance”, https://international-partnerships.ec.europa.eu/funding-and-technical-assistance/funding-instruments/european-fund-sustainable-development-plus/access-finance_en?prefLang=mt  
(62) ()    Din id-deżinjazzjoni tal-Palestina ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni.
(63) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “Speech by President von der Leyen at the European Parliament plenary debate on the new 2028-2034 Multiannual Financial Framework: architecture and governance’, artiklu tal-aħbarijiet, it-12 ta’ Novembru 2025, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/speech_25_2673 .
(64) ()    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, (ĠU L 433I, 22.12.2020, ELI:  http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj ).
(65) ()    Id-data dwar l-ipprogrammar tal-baġit għall-2026 u għall-2027 ippreżentata f’dan ir-rapport tirrifletti l-informazzjoni disponibbli mill-31 ta’ Mejju 2026.
(66) ()    Data aggregata tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li tirrifletti l-impatt stmat u mistenni mill-programmi tal-baġit tal-UE matul il-perjodu 2014-2025 (kontribuzzjonijiet mill-politika reġjonali, il-programm LIFE, il-programm InvestEU, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza).
(67) ()    L-allinjament mat-Tassonomija ma huwiex prerekwiżit għall-finanzjament.
(68) ()    Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni – Rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ traċċar u ta’ prestazzjoni tan-nefqa baġitarja u regoli orizzontali oħra għall-programmi u għall-attivitajiet tal-Unjoni, SWD(2025) 590 final tas-16  ta’ Lulju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52025SC0590 .
(69) ()    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Gender Mainstreaming in the EU budget: Time to turn words into action, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021, https://www.eca.europa.eu/lists/ecadocuments/sr21_10/sr_gender_mainstreaming_mt.pdf .
(70) ()    L-għadd ta’ benefiċjarji skont l-età u s-sess milħuqa minn operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja disponibbli fid-data operazzjonali tal-azzjonijiet tal-EVA (tali data tirrifletti informazzjoni kkodifikata fil-Fiche Opérationnelle u fil-Federazzjoni Ewropea tal-Isptarijiet u tal-Kura tas-Saħħa).
(71) ()    The Game Awards, The Indie Game Awards, Tribeca Games, Game Developers Choice Awards, IGF, DEVGAMM, A Maze, Swedish Game Awards, Golden Joystick Awards, TIGA Awards, Venice Immersive, VR Awards.
(72) ()    Minħabba li għadha ma ġietx stabbilita metodoloġija ta’ trekkjar sħiħa għall-kontribuzzjonijiet diġitali tal-baġit tal-UE, kwalunkwe aggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ programmi individwali f’dan l-istadju għandha tiġi interpretata b’kawtela. Dan għaliex il-metodoloġiji użati minn programmi ta’ nfiq individwali jistgħu ma jkunux strettament komparabbli. Minkejja dan, tali aggregazzjoni xorta tista’ tipprovdi stima ġenerali tal-kontribuzzjoni diġitali totali mill-baġit tal-UE. Kważi 70 % tan-nefqa diġitali rrapportata din is-sena tista’ tiġi attribwita għall-erba’ kategoriji tal-kumpass diġitali.
(73) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Eurostat, Sustainable Development in the European Union – Monitoring report on progress towards the SDGs in an EU context – 2026 edition, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2026, https://data.europa.eu/doi/10.2785/9931334 ; https://ec.europa.eu/eurostat/en/web/products-flagship-publications/w/ks-01-25-064?etrans=mt .
Top

Strasburgu, 16.6.2026

COM(2026) 824 final

ANNESSI

għal

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI

Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE — sena finanzjarja 2025


Werrej

Werrej    

Anness 2 – Kontroll intern u ġestjoni finanzjarja    

1Għodod b’saħħithom għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE f’ambjent kumpless

2.Kontrolli kosteffettivi li jipproteġu l-baġit tal-UE

3.Aċċertament tal-ġestjoni

4.Prospettiva għall-2026 u lil hinn

Anness 3 – Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza skontNextGenerationEU    

1.Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza– għodda innovattiva u ta’ suċċess għar-rispons għall-kriżijiet

2.Ir-riżultati tal-kontroll jikkonfermaw l-ilħuq sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri kollha għall-pagamenti li saru fl-2025



Anness 2 – Kontroll intern u ġestjoni finanzjarja

1Għodod b’saħħithom għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE f’ambjent kumpless

Il-Kummissjoni Ewropea trid taqdi r-rwol kruċjali tagħha fit-tiswir u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea filwaqt li tagħmel l-aħjar użu possibbli minn flus il-kontribwenti. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-infiq tal-UE jkun effettiv, effiċjenti u ekonomiku, filwaqt li jkun konformi wkoll mar-regoli applikabbli. Il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tilħaq l-ogħla standards ta’ ġestjoni finanzjarja filwaqt li ssib il-bilanċ it-tajjeb bejn livell baxx ta’ errur, ħlas fil-pront u kostijiet tal-kontroll raġonevoli.

1.1.Il-baġit tal-UE: varjetà wiesgħa ta’ oqsma, ta’ riċevituri u ta’ nfiq f’ambjent kumpless

Fl-2025, in-nefqa ġestita mill-Kummissjoni ammontat għal EUR 166,7 biljun (ara l-illustrazzjonijiet hawn taħt) ( 1 ). Dan jinkludi s-sehem tal-baġit tal-UE ġestit mill-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ( 2 ) u l-fondi fiduċjarji tal-UE. Din in-nefqa saret permezz ta’ kważi 328 000 pagament, li jvarjaw minn ftit mijiet ta’ euro għal kull benefiċjarju (għal għotjiet ta’ mobbiltà ta’ Erasmus+) sa mijiet ta’ miljuni ta’ euro (għal proġetti kbar bħar-reattur termonukleari tal-ITER jew Galileo u Copernicus, flimkien ma’ appoġġ baġitarju għall-pajjiżi sħab) u saħansitra biljuni ta’ euro (għall-Istati Membri skont il-fondi ta’ koeżjoni, il-fondi agrikoli u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jew għall-Ukrajna). Dan juri li r-riċevituri tal-fondi tal-UE huma diversi u numerużi ħafna. Din in-nefqa tikkonċerna kemm il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-2020 kif ukoll dak tal-2021-2027. Fl-2025, l-ammont tal-pagamenti relatati ma’ dawn tal-aħħar sar ogħla minn dak tal-pagamenti relatati mal-ewwel perjodu.

In-nefqa rilevanti tal-baġit tal-UE implimentata mill-Kummissjoni fl-2025, skont il-qasam ta’ politika

Suq uniku, innovazzjoni u diġitali

Koeżjoni, reżiljenza u valuri

Riżorsi naturali u ambjent

Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri

Sigurtà u difiża

Viċinat u d-dinja

Amministrazzjoni pubblika Ewropea

EUR 8,9 biljun (5,3 %)

EUR 25,1 biljun (15,0 %)

EUR 54,0 biljun (32,4 %)

EUR 58,0 biljun (34,8 %)

EUR 2,8 biljun (2,3 %)

EUR 0,6 biljun (0,4 %)

EUR 16,4 biljun (9,8 %)

 

Aktar minn 4 300 għotja ta’ Orizzont Ewropa ġew iffirmati fl-2025, 19 500 b’mod kumulattiv u kontribuzzjoni tal-UE ta’ kważi EUR 53 biljun mill-2021.

Madwar 5 miljun intrapriża ġew appoġġati u kważi 145 miljun persuna ġew koperti minn servizzi tas-saħħa mtejba mill-2014.

Fl-2025, madwar 5,6 miljun benefiċjarju ġew appoġġati b’fondi agrikoli skont varjetà ta’ interventi u ta’ skemi differenti.

L-Istati Membri rċevew allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 169,9 miljun għax-xiri ta’ tagħmir li għandu jintuża għas-sorveljanza tal-fruntieri.

Mill-2021, il-Fond Ewropew għad-Difiża appoġġa 225 proġett kollaborattiv li jiffokaw fuq ir-riċerka u fuq l-iżvilupp fid-difiża.

L-iżvilupp sostenibbli, l-istabbiltà u s-sħubijiet ġew appoġġati madwar 130 pajjiż mhux tal-UE madwar id-dinja.

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.

Skont il-baġit tal-UE, in-nefqa li għaliha l-ġestjoni hija kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ( 3 ) (speċjalment in-nefqa fuq il-politika ta’ koeżjoni u l-agrikoltura) tirrappreżenta l-akbar sehem tan-nefqa totali. Il-bqija tal-baġit ġie implimentat jew direttament mill-Kummissjoni jew indirettament permezz ta’ entitajiet fdati bħal organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment u banek promozzjonali nazzjonali. It-tabella li ġejja tiddeskrivi t-tliet modalitajiet ta’ ġestjoni.

Nefqa tal-2025 mill-baġit tal-UE skont il-modalità ta’ ġestjoni

Eżempji  
ta’ programmi/infiq

Atturi oħrajn involuti, f’  
kooperazzjoni mal-Kummissjoni

Ġestjoni diretta

Il-fondi jiġu implimentati mill-Kummissjoni.

Il-programmi Orizzont; il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; nefqa amministrattiva.

m/a (il-finanzjament imur direttament għand il-benefiċjarji).

Ġestjoni indiretta

Il-fondi jiġu implimentati f’kooperazzjoni ma’ entitajiet fdati.

Erasmus+; parti mill-għajnuna għall-iżvilupp u dik umanitarja; assistenza ta’ qabel l-adeżjoni; azzjoni esterna.

Aġenziji; impriżi konġunti; in-Nazzjonijiet Uniti; il-Bank Dinji; il-Bank Ewropew tal-Investiment; il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp; pajjiżi mhux tal-UE; eċċ.

Ġestjoni kondiviża

Il-fondi jiġu implimentati f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u/jew reġjonali tal-Istati Membri, li għandhom l-ewwel livell ta’ responsabbiltà fl-implimentazzjoni tal-baġit.

Il-fondi agrikoli; il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura; il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; il-Fond ta’ Koeżjoni; il-Fond Soċjali Ewropew u l-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ; il-fondi għall-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà.

Aġenziji tal-pagamenti għall-politika agrikola komuni: 72; L-awtoritajiet maniġerjali għall-programmi operazzjonali għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni: 441, fl-Istati Membri kollha għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 (380 għall-2021-2027), L-awtoritajiet maniġerjali għall-programmi għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (26) u t-tliet Fondi għall-Affarijiet Interni (39).

Sors: Abbozz tal-kontijiet annwali tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 – Rapport tal-prestazzjoni finanzjarja.



Barra minn hekk, il-Kummissjoni nefqet kważi EUR 115,9 biljun bl-użu tal-ammonti meħuda b’self fuq is-swieq kapitali. Dawn il-fondi kollha huma implimentati direttament mill-Kummissjoni. Fl-2025, il-maġġoranza ta’ dawn il-fondi ntużaw għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kemm għal self (EUR 47,2 biljun) kif ukoll għal appoġġ mhux ripagabbli (EUR 33,2 biljun). L-ammonti li jifdal intużaw għal self ta’ assistenza makrofinanzjarja (AMF) lill-Ukrajna (EUR 18,1 biljun) u lill-Ġordan (EUR 250 miljun), self skont il-Faċilitajiet għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent (EUR 184,4 miljun), ir-Repubblika tal-Moldova (EUR 288,9 miljun); u l-Faċilità għall-Ukrajna (EUR 10,1 biljun). Barra minn hekk, intużaw EUR 6,6 biljun għal appoġġ mhux ripagabbli skont NextGenerationEU għajr il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Użu tal-ammonti meħuda b’self fl-2025 fuq is-swieq kapitali

 

(*)    Il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova u l-Assistenza Makrofinanzjarja
lill-Ġordan.

Sors: Abbozz tal-kontijiet annwali tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 – Rapport tal-prestazzjoni finanzjarja.



1.2.Sistema ta’ governanza robusta li tirfed ir-responsabbiltà tal-Kulleġġ

Bħala l-uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni, il-Kulleġġ tal-Kummissarji huwa politikament responsabbli għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE u, għalhekk, huwa akkontabbli għall-ħidma tad-dipartimenti tal-Kummissjoni. Il-governanza tal-baġit tal-UE hija mibnija fuq diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-livelli politiċi u dawk maniġerjali; awditu intern indipendenti appoġġat mill-Kumitat tal-Progress tal-Awditu, li jinkludi esperti esterni; kontabilist indipendenti; impenn qawwi għall-ġestjoni tal-prestazzjoni u konformità mal-qafas legali; trasparenza u standards etiċi għoljin; u rapportar trasparenti.

Is-sistema ta’ governanza u l-katina tal-akkontabilità tal-Kummissjoni huma mfassla apposta għall-mudell uniku tagħha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet deċentralizzat fl-implimentazzjoni tal-baġit. Il-Kulleġġ tal-Kummissarji jiddelega l-ġestjoni operazzjonali ta’ kuljum lil 52 uffiċjal awtorizzanti b’delega ( 4 ) li jimmaniġġjaw u jmexxu lid-dipartimenti tagħhom biex iwettqu l-objettivi fil-prospettivi strateġiċi tagħhom, filwaqt li jqisu r-riżorsi disponibbli. Kull uffiċjal awtorizzanti b’delega huwa responsabbli għas-sehem tal-baġit tal-UE implimentat fid-dipartiment tiegħu.

Fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom, l-uffiċjali awtorizzanti b’delega jirrapportaw b’mod trasparenti dwar il-prestazzjoni u r-riżultati miksuba, dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom u dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-sehem tagħhom tal-baġit tal-UE – filwaqt li jqisu l-aċċertament ipprovdut mill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża u s-sħab ta’ implimentazzjoni fil-ġestjoni indiretta. Kull rapport annwali tal-attività fih dikjarazzjoni ta’ aċċertament. Din tista’ tkun ikkwalifikata b’riżerva jekk uffiċjal awtorizzanti b’delega jidentifika dgħufijiet b’impatt sinifikanti.

Ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni jissintetizza r-riżultati annwali għall-baġit tal-UE fil-livell tal-Kummissjoni, abbażi tal-aċċertament u tar-riżervi li jinsabu fir-rapporti annwali tal-attività kollha. Dan ir-rapport huwa parti mill-pakkett tar-rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat tal-Kummissjoni, li huwa adottat mill-Kulleġġ tal-Kummissarji ( 5 ).

Il-proċedura ta’ kwittanza baġitarja annwali li tirriżulta tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jżommu lill-Kummissjoni politikament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Id-deċiżjoni tal-Parlament tqis ir-rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat tal-Kummissjoni; ir-rapporti annwali u speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ aċċertament ta’ din tal-aħħar dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti; is-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji u tad-Diretturi Ġenerali; u rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Dawn l-arranġamenti ta’ governanza robusti jgħinu lill-Kulleġġ tal-Kummissarji jilħaq l-objettivi tal-Kummissjoni, juża r-riżorsi b’mod effiċjenti u effettiv, u jiżgura li l-baġit tal-UE jiġi implimentat f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Ħarsa ġenerali hija ppreżentata fiċ-ċart ta’ hawn taħt.

 

Il-bini tal-aċċertament u l-akkontabilità tal-Kummissjoni għall-baġit tal-UE: rwoli u responsabbiltajiet ċari

1.3.Qafas ta’ kontroll intern matur li jikkontribwixxi
għall-ilħuq tal-objettivi tal-Kummissjoni f’ambjent li qed jevolvi

1.3.1.Qafas ta’ kontroll intern matur aġġustat kontinwament biex jindirizza dgħufijiet minuri

Il-Kummissjoni tibbaża fuq qafas ta’ kontroll intern korporattiv b’saħħtu bbażat fuq l-ogħla standards internazzjonali. Hija tuża wkoll politika robusta ta’ ġestjoni tar-riskju biex tidentifika, tivvaluta u timmaniġġja r-riskji f’kull livell tal-organizzazzjoni, sabiex tipprovdi aċċertament dwar l-ilħuq tal-objettivi tagħha. Fl-2025, il-Kummissjoni kompliet tiżgura li l-ammonti allokati mill-baġit tal-UE jiġu investiti għall-iskop maħsub tagħhom f’konformità stretta mar-regoli finanzjarji, sabiex jiġu mminimizzati, individwati u pprevenuti l-erruri, jiġi evitat il-finanzjament doppju, tiġi evitata l-frodi, tissaħħaħ it-trasparenza u titwitta t-triq lejn il-kwittanza.

B’mod ġenerali, fl-2025, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonkludew li l-prinċipji ta’ kontroll intern li fuqhom huma bbażati s-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom kienu preżenti u qed jaħdmu kif maħsub, u kienu stabbli matul is-snin (ara l-graff ta’ hawn taħt) anke jekk hemm il-ħtieġa ta’ titjib żgħir f’xi oqsma. Din il-valutazzjoni ġenerali kkonfermat li d-dipartimenti tal-Kummissjoni kienu komplew bl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom identifikati fl-2024. Il-progress li sar fl-2025 irriżulta, fost affarijiet oħra, mit-titjib tal-istrateġiji lokali f’diversi oqsma (eż. ir-riżorsi umani, il-ġlieda kontra l-frodi), miż-żieda fil-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ apprendiment, mill-adozzjoni ta’ pjanijiet għall-kontinwità tal-operat u ta’ pjanijiet ta’ rilokazzjoni, u mit-titjib tal-kwalità tal-informazzjoni pprovduta fuq intranets lokali.

Valutazzjoni tal-funzjonament tal-komponenti u tal-prinċipji ta’ kontroll intern (*)

(*)    L-għadd ta’ dipartimenti tal-Kummissjoni li rrapportaw li l-komponenti u l-prinċipji tal-kontroll intern ġew irrispettati u ħadmu kif xieraq fl-2023, fl-2024 u fl-2025.

Sors: Rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea.

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni, bl-appoġġ tas-Servizz Finanzjarju Ċentrali, komplew itejbu, jaġġornaw u jirfinaw is-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom fejn neċessarju. Għal xi prinċipji ta’ kontroll intern, għad hemm bżonn ta’ titjib, li jikkorrispondi l-aktar għal nuqqasijiet minuri. B’mod simili għas-snin preċedenti, l-effettività parzjali spiss tkun relatata ma’ fatturi esterni. Din il-valutazzjoni hija inerenti għas-sitwazzjoni politika instabbli f’ċerti pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE fejn qed iseħħu l-operazzjonijiet. Din il-volatilità akbar tipprevjeni l-implimentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet standard ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ kontroll mingħajr ma twaqqaf it-twassil urġenti u essenzjali tal-assistenza finanzjarja. Fil-biċċa l-kbira taż-żmien, ġiet individwata effettività parzjali mill-awditi (interni jew esterni) u din wasslet għal rakkomandazzjonijiet tal-awditjar li għalihom ġew żviluppati pjanijiet ta’ azzjoni u diġà bdiet l-implimentazzjoni, iżda għadha ma tlestietx. Id-dipartimenti kkonċernati kif ukoll l-oqsma għat-titjib ivarjaw minn sena għal oħra. Din hija r-raġuni għaliex il-varjazzjonijiet matul is-snin fil-livell tal-Kummissjoni għadhom marġinali. Tista’ tinstab ħarsa ġenerali fl-aċċertament ipprovdut mis-Servizz tal-Awditjar Intern fil-volum III, l-Anness 6.

1.3.2.Progress fit-trasformazzjoni diġitali tal-Kummissjoni

Fi sfond ta’ sfidi mingħajr preċedent, it-trasformazzjoni diġitali tal-Kummissjoni qed timxi ’l quddiem billi tkompli bl-iżvilupp ta’ għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva aktar effiċjenti biex iżżid l-effiċjenza tal-proċessi kummerċjali tagħha u toffri kapaċitajiet dejjem akbar ta’ ġestjoni u ta’ rapportar tad-data.

Fl-2025, f’konformità mal-istrateġija diġitali tal-UE, il-Kummissjoni kompliet timplimenta u tuża l-pjattaforma finanzjarja korporattiva l-ġdida tagħha, SUMMA. Dan kien objettiv intermedju importanti fit-trasformazzjoni diġitali xprunata min-negozju tal-Kummissjoni. Din kienet bidla u aġġornament ta’ ordni ta’ kobor bla preċedent (ara l-kaxxa ta’ hawn taħt).

SUMMA – il-pjattaforma finanzjarja korporattiva l-ġdida tal-Kummissjoni

Il-pjattaforma ġiet attivata fid-dipartimenti tal-Kummissjoni u fl-aġenziji eżekuttivi f’Jannar 2025, u ssostitwiet bis-sħiħ is-sistema ċentrali preċedenti tal-kontabbiltà, tal-baġit u tat-teżor. F’Jannar 2026, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u 22 aġenzija deċentralizzata tal-UE bdew jużaw is-SUMMA huma wkoll. Sal-2027, SUMMA se tiġi varata ulterjorment f’kull waħda mis-27 entità li għadhom jużaw is-sistema finanzjarja preċedenti, u fir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard u fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

SUMMA hija sistema finanzjarja moderna mfassla f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sidien tan-negozju, ibbażata fuq l-aħjar standards tal-industrija u integrata bis-sħiħ fix-xenarju tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva tal-Kummissjoni. L-integrazzjoni tagħha mas-sistemi korporattivi u lokali prinċipali żiedet il-livell ġenerali ta’ awtomatizzazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Kummissjoni.

SUMMA hija sors importanti għaċ-ċentru ċentrali tad-data u tar-rapportar, li jfassal u jipprovdi soluzzjonijiet ta’ rapportar moderni, minn dashboards interattivi għal rapporti korporattivi, għal medda wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati: il-Kummissjoni, l-aġenziji eżekuttivi u korpi, istituzzjonijiet u aġenziji deċentralizzati oħra. Iċ-ċentru ta’ rapportar jagħmel id-data finanzjarja ċara, affidabbli u faċli biex tintuża. Iċ-ċentru tad-data u ta’ rapportar jipprovdi wkoll soluzzjonijiet ta’ ppjanar u ta’ tbassir, li jippermettu lill-entitajiet tal-UE jipprogrammaw aħjar in-nefqa tagħhom.

Il-programm SUMMA għandu qafas ta’ governanza b’saħħtu u juża sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità bir-reqqa, ibbażata fuq testijiet regolari fuq il-proċessi u fuq l-integrazzjonijiet ta’ SUMMA.

B’mod ġenerali, SUMMA toffri żieda sinifikanti fl-effiċjenza tan-negozju, flimkien mal-flessibbiltà permezz ta’ analitika integrata f’ħin reali u tnaqqis fil-kostijiet relatati mas-sjieda u mal-manutenzjoni futura.

1.3.3.Qafas imsaħħaħ għall-ġestjoni tar-riskju tal-operazzjonijiet finanzjarji

Minn meta tnieda l-programm ta’ teħid b’self tan-NextGenerationEU fi tmiem l-2021, l-operazzjonijiet finanzjarji tal-UE espandew b’mod sinifikanti fil-volum u fl-ambitu biex jindirizzaw l-isfidi emerġenti. Il-garanziji baġitarji u s-self biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE, iffinanzjati permezz tal-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn, intużaw fuq skala kbira biex jiġu indirizzati sfidi emerġenti u kriżijiet suċċessivi. Il-Kummissjoni lestiet il-programm ta’ finanzjament tagħha għall-2025, u ġabret total ta’ EUR 155 biljun matul is-sena. Il-ħruġ tal-2025 ġab l-ammont pendenti totali ta’ bonds tal-UE għal EUR 560 biljun sa tmiem is-sena, bi EUR 78,5 biljun maħruġa fil-forma ta’ bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ħatret Uffiċjal Kap tar-Riskji biex ifassal, jiżviluppa u jimplimenta qafas xieraq ta’ ġestjoni tar-riskju u tal-konformità biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE u biex jiżgura li d-diversi riskji li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self jiġu identifikati, ġestiti u mmitigati b’mod adegwat u f’waqtu. Dan il-qafas ittejjeb kontinwament billi ġew stabbiliti proċessi, punti ta’ kontroll u sorveljanza tar-riskju fl-attivitajiet ewlenin kollha ta’ teħid u ta’ għoti b’self, inkluż l-ippjanar tal-finanzjament, l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self, il-ġestjoni tal-likwidità, u l-kalkolu u l-allokazzjoni tal-kostijiet.

Filwaqt li qieset il-kumplessitajiet miżjuda u l-iskala akbar tal-operazzjonijiet finanzjarji kollha tal-UE, il-Kummissjoni kellha bżonn tevolvi malajr lejn qafas ta’ ġestjoni tar-riskju aktar komprensiv u sofistikat li huwa allinjat mal-aħjar prattiki fl-industrija. Dan inkiseb fil-bidu tal-2025 billi r-rwol tal-Uffiċjal Kap tar-Riskji ġie estiż lil hinn mill-operazzjonijiet tal-UE ta’ teħid b’self u ta’ għoti b’self relatati u ta’ ġestjoni tad-dejn għal operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi, għal garanziji baġitarji u għal assistenza finanzjarja lil pajjiżi mhux tal-UE ( 6 ). F’konformità mal-aħjar prattiki, il-Kummissjoni implimentat il-mudell ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ “tliet linji ta’ difiża”:

l-ewwel linja ta’ difiża hija magħmula mid-direttorati ġenerali responsabbli għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-UE f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, li għandhom jimplimentaw proċessi sodi ta’ ġestjoni tar-riskju finanzjarju u jiżguraw konformità mal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju u jirrapportaw dwar kwalunkwe devjazzjoni;

l-Uffiċjal Kap tar-Riskji jaġixxi bħala t-tieni linja ta’ difiża fil-livell korporattiv, u huwa responsabbli għall-istabbiliment ta’ qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju finanzjarju għall-operazzjonijiet finanzjarji kollha tal-UE u għall-valutazzjoni u għar-rapportar indipendenti tar-riskju;

it-tielet linja ta’ difiża hija s-Servizz tal-Awditjar Intern, li jeżerċita r-rwol tiegħu f’konformità mal-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni issa qed tiżviluppa l-qafas li jirregola l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju u l-konformità għad-diversi kategoriji tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-UE. Dan il-qafas se jiżgura approċċi ta’ riskju konsistenti u armonizzati f’diversi servizzi tal-Kummissjoni. Il-politiki se jiżguraw allinjament mal-istandards internazzjonali billi jadottaw l-aħjar prattiki għall-kejl u għall-monitoraġġ tar-riskju.

Il-Kummissjoni issa qed tiżviluppa l-qafas li jirregola l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju u l-konformità għad-diversi kategoriji tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-UE. Dan il-qafas se jiżgura approċċi ta’ riskju konsistenti u armonizzati f’diversi servizzi tal-Kummissjoni. Il-politiki se jiżguraw allinjament mal-istandards internazzjonali billi jadottaw l-aħjar prattiki għall-kejl u għall-monitoraġġ tar-riskju.



1.4.Strateġiji ta’ kontroll pluriennali biex jiġi żgurat li n-nefqa
tkun legali u regolari

L-uffiċjali awtorizzanti, bħala maniġers tal-baġit tal-UE, stabbilew strateġiji ta’ kontroll pluriennali biex jipprevjenu, jindividwaw u jikkoreġu l-erruri. F’konformità mar-responsabbiltà tagħhom li jwettqu pagamenti individwali, jeħtieġ li jibnu l-aċċertament tagħhom minn isfel għal fuq u fid-dettall (jiġifieri skont il-programm jew segment rilevanti ieħor tan-nefqa). Dan jippermetti lill-Kummissjoni tindividwa d-dgħufijiet u l-erruri b’mod dettaljat u differenzjat għal kull programm jew segment tan-nefqa; tidentifika l-kawżi ewlenin tal-erruri sistemiċi (eż. il-kumplessità tar-regoli f’ċerti oqsma ta’ politika, bħar-riċerka jew il-koeżjoni); tieħu miżuri korrettivi mmirati u proporzjonati; u tiżgura li t-tagħlimiet meħuda jintużaw biex jittejbu s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u t-tfassil ta’ programmi finanzjarji futuri.

Il-programmi ta’ nfiq tal-UE huma pluriennali mit-tfassil tagħhom, u hekk ukoll huma l-istrateġiji ta’ kontroll relatati. Dan jimplika li d-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-erruri jistgħu jseħħu kontinwament, sal-għeluq tal-programm. Barra minn hekk, l-istrateġiji ta’ kontroll huma ddifferenzjati skont ir-riskju (jiġifieri huma aġġustati għall-karatteristiċi u għar-riskji assoċjati mal-modalitajiet differenti ta’ ġestjoni, mal-atturi involuti, mal-oqsma ta’ politika u/jew mal-arranġamenti ta’ finanzjament). L-istrateġiji ta’ kontroll normalment jinvolvu kontrolli preventivi (kontrolli ex ante) imwettqa qabel ma jsir il-pagament tal-Kummissjoni u kontrolli korrettivi (kontrolli ex post) imwettqa wara li jkun sar il-pagament.

L-approċċ kurrenti għan-nefqa bbażata fuq il-kostijiet, u għan-nefqa fejn tiġi ddeterminata rata ta’ errur, huwa ppreżentat fl-element viżwali ta’ hawn taħt. Il-mekkaniżmi preventivi u korrettivi ewlenin tal-Kummissjoni huma spjegati fid-dettall fil-Volum III, l-Anness 5.

Iċ-ċiklu ta’ kontroll pluriennali tal-Kummissjoni Ewropea

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Għall-istrumenti bbażati fuq il-kost, ir-riskju fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq huma ddeterminati f’punti ta’ żmien differenti, kif spjegat fl-element viżwali ta’ hawn taħt.

Riskju fil-waqt tal-pagament u riskju fl-għeluq

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Għal informazzjoni addizzjonali dwar ir-riskju tal-2025 fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq, ara t-Taqsima 2.1 ta’ hawn taħt u l-Anness 5, it-Taqsimiet 5.1 u 5.2.

Għall-pagamenti bbażati fuq il-prestazzjoni, is-sekwenza tal-kontrolli tibqa’ simili għal dik deskritta hawn fuq iżda ma hemm l-ebda kalkolu ta’ riskju fil-waqt tal-pagament u riskju fl-għeluq. Għan-nefqa skont il-mudell il-ġdid ta’ twassil għall-politika agrikola komuni tal-2023-2027, hemm enfasi fuq il-funzjonament tas-sistemi fis-seħħ fl-Istati Membri u fl-awditi tas-sistemi, kemm mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar ( 7 ) kif ukoll mill-Kummissjoni. Għan-nefqa skont il-Faċilità għall-Ukrajna, minħabba l-istadju bikri fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-istrument u l-progress li diġà sar fl-implimentazzjoni tiegħu, u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni fil-prattika, il-valutazzjoni hija bbażata prinċipalment fuq eżamijiet dokumentarji ex ante. B’mod simili għall-istrumenti bbażati fuq il-kost, il-kontrolli jkomplu jirriżultaw f’aġġustamenti u f’korrezzjonijiet, sew jekk qabel ma jsir il-pagament b’sospensjonijiet u tnaqqis jew wara li jsir il-pagament b’korrezzjonijiet u bi rkupri finanzjarji.

Fir-rigward tal-programmi ta’ finanzjament l-oħrajn għall-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027, minħabba l-aċċellerazzjoni fil-pagamenti fl-2025, il-Kummissjoni issa tista’ timplimenta bis-sħiħ l-istrateġiji ta’ kontroll tagħha. Aktar pagamenti jfissru aktar tranżazzjonijiet biex jittieħed kampjun għall-awditjar u, għalhekk, inqas ħtieġa li wieħed jirrikorri għal rati fissi, iżda wkoll il-possibbiltà li wieħed jibbaża fuq ir-riżultati tal-awditjar għar-rati ta’ errur, li jsiru aktar akkurati, filwaqt li jinżamm approċċ konservattiv.



1.5.Ġlieda kontra l-frodi: il-progress fl-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi
u proposti ulterjuri

1.5.1.Implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni
kontra l-frodi

Il-Kummissjoni għandha tolleranza żero għall-frodi. Skont l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jipproteġu l-baġit tal-UE kontra frodi u attivitajiet illegali oħrajn.

Matul l-2025, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi għamlu progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni li jakkumpanja l-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi ( 8 ) mill-2019. L-istrateġija għandha rwol sinifikanti fil-prevenzjoni tal-użu ħażin possibbli tal-flus tal-UE. Hija akkumpanjata minn pjan ta’ azzjoni, rivedut fl-2023 ( 9 ), li jinkludi 44 miżura taħt seba’ temi li jkopru l-prijoritajiet tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-frodi. Id-data mira għall-miżuri differenti tvarja mill-2023 għall-2026, iżda għall-maġġoranza l-implimentazzjoni hija “lesta”, jew “lesta u kontinwa”. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi kompla jappoġġa lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-tfassil tal-istrateġiji tagħhom ta’ kontra l-frodi u kompla jikkondividi l-aħħar żviluppi dwar il-politika kontra l-frodi fin-Network għall-Prevenzjoni u għad-Detezzjoni tal-Frodi.

Matul is-sena, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi avvanza l-ħidma analitika strateġika tiegħu, li tintuża biex tikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ frodi tad-dipartimenti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz ta’ analiżijiet tad-detezzjoni u r-rapportar ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi f’setturi differenti u tal-impatt tal-frodi u l-vulnerabbiltà għaliha fid-diversi oqsma tal-politika ta’ koeżjoni.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi involva ruħu mal-awtoritajiet nazzjonali biex itejjeb ir-rapportar tal-irregolaritajiet u tal-frodi, u pprovda analiżi strateġika biex jikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet tar-riskju tal-frodi tad-dipartimenti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi kompla jinvolvi ruħu mal-Istati Membri, kemm fil-kuntest tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-Prevenzjoni tal-Frodi kif ukoll billi pprovda appoġġ fuq talba għall-attivitajiet tagħhom kontra l-frodi, inkluż lil pajjiżi kandidati, bħall-Ukrajna. Ir-rapport annwali tal-2024 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ( 10 ) inkluda valutazzjoni kwalitattiva aġġornata tal-istrateġiji nazzjonali ta’ kontra l-frodi.

B’riżultat tal-ħidma investigattiva tiegħu, fl-2025 l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi rrakkomanda l-irkupru ta’ EUR 597 miljun, u li EUR 18,1 miljun ma jitħallewx jintnefqu bla bżonn. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi jirrapporta dwar l-attivitajiet investigattivi tiegħu fir-rapport annwali tiegħu ( 11 ).

Rieżami tal-arkitettura tal-UE kontra l-frodi

F’Lulju 2025, il-Kummissjoni nediet rieżami tal-arkitettura tal-UE kontra l-frodi ( 12 ). Dan ir-rieżami kontra l-frodi għandu l-għan li jippromwovi l-effiċjenza f’kull stadju taċ-ċiklu kontra l-frodi, jappoġġa l-komplementarjetà bejn l-atturi kontra l-frodi fil-prevenzjoni, fid-detezzjoni, fl-investigazzjoni, fil-korrezzjoni u fil-prosekuzzjoni tal-frodi u l-irkupru aktar effiċjenti u effettiv tal-ammonti għall-baġit tal-UE. Il-White Paper stiednet ukoll lill-partijiet ikkonċernati u lill-atturi tal-arkitettura kontra l-frodi biex jikkontribwixxu għar-rieżami. L-eżitu tar-rieżami se jiġi ppreżentat fl-2026 u jista’ jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

Sistema ta’ detezzjoni bikrija u ta’ esklużjoni

Fl-2025, abbażi tan-novitajiet introdotti mir-Regolament Finanzjarju tal-2024, il-Kummissjoni intensifikat l-isforzi tagħha biex tippromwovi s-sistema ta’ detezzjoni bikrija u ta’ esklużjoni – għodda ewlenija fis-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-frodi, il-korruzzjoni u forom oħra ta’ mġiba ħażina, bħal ksur tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess jew inċitament għall-mibegħda u għad-diskriminazzjoni. Dan kien jinkludi attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni indirizzati lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-UE. Dan wassal ukoll għal applikazzjoni aktar armonizzata tal-qafas tas-sistema ta’ detezzjoni bikrija u ta’ esklużjoni u għal skrutinju tas-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni fis-servizzi. Barra minn hekk, fl-2025, ir-regoli ta’ proċedura tal-panel tas-sistema ta’ detezzjoni bikrija u ta’ esklużjoni ġew riveduti biex jaċċelleraw id-deċiżjonijiet tal-uffiċjali awtorizzanti u jtejbu l-effiċjenza ġenerali tas-sistema.

1.5.2.L-iżgurar taċ-ċibersigurtà

Is-sigurtà, is-sikurezza, iċ-ċibersigurtà u l-kontinwità tal-operat għandhom prijorità għolja fl-aġenda tal-Kummissjoni. Fl-2024-2025, il-Kummissjoni nediet u wettqet il-kampanja “Be prepared”, li hija l-inizjattiva ewlenija interna biex iżżid is-sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar dawn il-kwistjonijiet. Bl-ingranaġġ tal-pariri ta’ “Be prepared” mibgħuta lill-persunal kollu tal-Kummissjoni, l-elementi viżwali f’forma ta’ ritratti ta’ “Be prepared” li jintwerew fuq skrins madwar il-bini tal-Kummissjoni, fir-roadshows ta’ “Be prepared” u fl-inizjattivi dedikati ta’ “Be prepared”, fis-servizzi orizzontali responsabbli mis-sigurtà, mis-sikurezza, miċ-ċibersigurtà u mill-kontinwità tal-operat iżidu s-sensibilizzazzjoni kuntestwali tal-persunal tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet rilevanti speċifiċi f’dawn l-erba’ oqsma. Filwaqt li tibni fuq ir-riżultati ta’ suċċess, il-kampanja ġiet estiża għall-perjodu 2026-2027, filwaqt li ppromwoviet ulterjorment l-involviment attiv u dinamiku mal-persunal.

Fir-rigward taċ-ċibersigurtà, l-attakki kontra l-Kummissjoni ġew ikkontrollati b’suċċess u l-impatt tal-inċidenti ġie limitat b’suċċess. Il-Kummissjoni tkompli tkun mira attraenti għall-atturi tat-theddid ċibernetiku fil-kuntest ġeopolitiku u fix-xenarju tat-theddid kurrenti, li huwa kkaratterizzat mill-isfruttament tal-vulnerabbiltajiet tekniċi u umani b’modi dejjem aktar sofistikati. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kontinwament tinvesti fit-titjib tal-qagħda taċ-ċibersigurtà tagħha u fl-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet tagħha ta’ intelligence dwar it-theddid, ta’ detezzjoni tiegħu u ta’ rispons għalih.

Kif meħtieġ mir-regolament dwar iċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-UE ( 13 ), il-Kummissjoni stabbiliet rieżami inizjali taċ-ċibersigurtà, wettqet il-valutazzjoni tal-maturità u rrapportat dwar il-pjan taċ-ċibersigurtà tagħha, filwaqt li bniet fuq il-qafas intern eżistenti ta’ governanza, ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar taċ-ċibersigurtà, u fuq l-istrateġija korporattiva taċ-ċibersigurtà. L-implimentazzjoni tal-ewwel ċiklu sħiħ ta’ rapportar meħtieġ mir-regolament ikkontribwiet għall-istabbiliment ta’ qafas komprensiv u vinkolanti biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà fl-entitajiet kollha tal-UE, inklużi obbligi dwar il-governanza, il-ġestjoni tar-riskju, ir-rapportar tal-inċidenti u l-kooperazzjoni.

Fil-kuntest ġeopolitiku kurrenti, is-sovranità diġitali tirriżulta wkoll bħala qasam kritiku. F’Novembru 2025, il-korp ta’ governanza korporattiva tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-Kummissjoni approva pjan ta’ azzjoni dwar is-sovranità diġitali, li għandu l-għan li jżid il-kontroll fuq l-assi diġitali tal-Kummissjoni stess. Il-pjan ta’ azzjoni ġie kondiviż b’mod proattiv permezz tal-Kumitat Interistituzzjonali għat-Trasformazzjoni Diġitali, biex iservi bħala referenza għal istituzzjonijiet oħra tal-UE li jżommu l-awtonomija amministrattiva għall-għażliet diġitali tagħhom stess.

Il-Kummissjoni qed tippromwovi b’mod attiv it-tmexxija Ewropea, l-innovazzjoni u l-awtonomija strateġika, u diġà ħadet passi biex tnaqqas id-dipendenza fuq fornituri mhux tal-UE għall-infrastruttura kritika, biex iżżid ir-reżiljenza u tissalvagwardja l-kompetittività. F’Ottubru 2025, il-Kummissjoni nediet sejħa għal offerti ta’ cloud sovrana ta’ EUR 180 miljun li għandha tingħata taħt qafas ġdid ta’ sovranità tal-cloud. Billi tinkorpora kunsiderazzjonijiet ta’ sovranità fil-proċeduri tal-akkwist tat-teknoloġija tal-informazzjoni tagħha u tistabbilixxi parametru referenzjarju għall-użu sovran tas-servizzi tal-cloud, il-Kummissjoni tikkontribwixxi għat-tiswir ta’ prattiki tas-suq li jappoġġaw soluzzjonijiet sovrani u li jmexxu bl-eżempju fir-rigward tal-Istati Membri.

1.6.Għodod oħra biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi
finanzjarji tal-UE

1.6.1.Reġim ta’ kundizzjonalità

Mill-2021, ir-regolament dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE ( 14 ) (ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità), ipproteġa l-baġit minn ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jaffettwa jew li jirriskja li jaffettwa b’mod serju l-interessi finanzjarji tal-UE b’mod dirett biżżejjed. Ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jikkomplementa proċeduri oħra stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE. Il-validità tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità ġiet irrispettata bis-sħiħ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’żewġ sentenzi mill-2022 ( 15 ). Wara dawk is-sentenzi, il-Kummissjoni adottat il-linji gwida tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità ( 16 ). Minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni ilha timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u se tagħti bidu għall-proċedura skont ir-Regolament jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tiegħu.

Fi tmiem l-2022, tnediet proċedura waħda, li tikkonċerna lill-Ungerija. Il-Kunsill iddeċieda li jissospendi 55 % tal-impenji baġitarji għal tliet programmi ( 17 ) skont il-politika ta’ koeżjoni, li jikkorrispondu għal ammont ta’ madwar EUR 6,4 biljun għall-perjodu 2021-2027, u pprojbixxa lill-Kummissjoni milli tidħol f’impenji legali ġodda ma’ trusts ta’ interess pubbliku jew ma’ entitajiet miżmuma minnhom (li ħafna minnhom huma universitajiet) skont kwalunkwe programm tal-UE ġestit direttament jew indirettament mill-Kummissjoni.
Il-projbizzjoni rigward it-tieni miżura ġiet ikkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali (il-kawża għadha pendenti).

Fl-2025, il-Kummissjoni kompliet timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha u baqgħu fis-seħħ miżuri protettivi fir-rigward tal-Ungerija. Il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid is-sitwazzjoni għall-Ungerija fi tmiem l-2023 fuq inizjattiva proprja, u fi tmiem l-2024 wara notifika bil-miktub mill-Ungerija dwar miżuri ta’ rimedju biex jiġi indirizzat it-tħassib pendenti. Kull darba, hija kkonkludiet li l-baġit tal-UE baqa’ fl-istess livell ta’ riskju u ma pproponiet l-ebda tneħħija jew adattament tal-miżuri protettivi. Fl-2025, l-Ungerija ma nnotifikatx miżuri ta’ rimedju ġodda biex tindirizza l-kwistjonijiet identifikati mill-Kunsill. Aktar dettalji jistgħu jinstabu fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt ( 18 ).

1.6.2.Użu tal-għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju – Arachne

Ir-Regolament Finanzjarju (riformulazzjoni), adottat f’Settembru 2024, jirrikjedi għodda modernizzata għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju, li għandha tintuża fil-modalitajiet ta’ ġestjoni kollha. L-għodda eżistenti għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju, Arachne, li fuqha se tkun ibbażata l-għodda futura, diġà tintuża mis-servizzi tal-Kummissjoni u minn għadd ta’ Stati Membri fuq bażi volontarja fil-ġestjoni kondiviża u għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Fl-2025 ġie stabbilit grupp ta’ esperti mal-Istati Membri bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-prontezza ta’ dik l-għodda, li għaliha se tkun meħtieġa l-provvista obbligatorja tad-data mill-Istati Membri kollha mill-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, li jibda fl-2028. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-possibbiltà li l-użu tal-għodda mill-Istati Membri jsir obbligatorju tista’ terġa’ tiġi diskussa mill-koleġiżlaturi.

2.Kontrolli kosteffettivi li jipproteġu
l-baġit tal-UE

F’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju, biex jiġi żgurat li l-kontrolli jibqgħu kosteffettivi, il-Kummissjoni għandha l-għan li ssib il-bilanċ it-tajjeb bejn dawn li ġejjin.


Effettività. Il-livell ta’ errur misjub, ibbażat fuq il-kontrolli mwettqa, li jippermetti li n-nefqa tiġi raggruppata f’kategoriji ta’ riskju differenti.

Effiċjenza. Iż-żmien medju meħud biex isir pagament. Lil hinn minn dan, il-Kummissjoni qed tfittex u tiżviluppa b’mod kostanti wkoll modi ġodda kif iżżid l-effiċjenza, b’mod partikolari billi toħloq sinerġiji kull fejn ikun possibbli.

Ekonomija. Il-proporzjonalità bejn il-kostijiet tal-kontrolli u l-fondi ġestiti.

Il-kosteffettività tinkiseb permezz tad-differenzjazzjoni tal-kontrolli: oqsma aktar riskjużi joħolqu livell ogħla ta’ skrutinju u/jew ta’ frekwenza u intensità tal-kontrolli, filwaqt li oqsma b’riskju baxx għandhom jirriżultaw f’kontrolli inqas intensivi, inqas għaljin u ta’ inqas piż. Modi oħrajn biex tiġi żgurata l-kosteffettività tal-kontrolli jinkludu t-tnaqqis tar-riskju ta’ erruri permezz ta’ regoli u proċessi simplifikati, bħal għażliet ta’ kostijiet issimplifikati (jiġifieri somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji), kontrodipendenza fuq valutazzjonijiet eżistenti, u awditi u kontrolli mwettqa minn entitajiet oħra u l-kisba ta’ ekonomiji ta’ skala billi jinġabru flimkien il-funzjonijiet ta’ kontroll.

F’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, aktar strumenti qed jużaw il-progress fl-ilħuq tal-objettivi, immonitorjati b’indikaturi tal-prestazzjoni, bħala fattur ta’ attivazzjoni għall-pagament tal-fondi tal-UE. Dan jirrikjedi l-aġġustament tal-kontrolli u approċċ differenti għall-bini tal-aċċertament.



2.1.Ir-riżultati tal-kontroll tal-Kummissjoni jikkonfermaw li l-baġit tal-UE
huwa protett sew

2.1.1.Riżultati ġenerali għall-2025

Bis-sehem dejjem akbar tan-nefqa bbażata fuq il-prestazzjoni – il-biċċa l-kbira tan-nefqa tal-politika agrikola komuni mill-2024 u n-nefqa skont il-faċilitajiet għall-Ukrajna, għall-Balkani tal-Punent u għall-Moldova mill-2025 – il-Kummissjoni tippreżenta r-riżultati tal-kontroll fil-livell tal-intestaturi individwali tal-qafas finanzjarju pluriennali. Għall-baġit kollu tal-UE, in-nefqa hija ppreżentata għal kull kategorija ta’ riskju: baxx, medju u għoli.

Għal pagamenti bbażati fuq il-kost u dawk ibbażati fuq il-konformità, il-Kummissjoni tqis li l-baġit huwa protett b’mod effettiv meta, sa mhux aktar tard mill-għeluq tal-programmi (jiġifieri meta l-kontrolli, il-korrezzjonijiet u l-irkupri kollha jkunu ġew implimentati), ir-riskju fl-għeluq ikun inqas minn 2 %. Dan huwa l-istess livell limitu ta’ materjalità kif użat mill-Qorti tal-Awdituri. Għal aktar dettalji dwar dawn il-kunċetti u l-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati dawn l-istimi, flimkien mar-riżultati tal-kontrolli għal kull qasam ta’ politika, ara l-Volum III, l-Anness 5. Abbażi tal-awditi u tal-kontrolli mwettqa, kull sena, id-dipartimenti tal-Kummissjoni jagħtu stima tal-livell ta’ riskju għal-legalità u għar-regolarità tal-infiq tal-UE f’żewġ stadji taċ-ċiklu ta’ kontroll pluriennali: fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq tal-programmi.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Sal-2023, dan kien l-uniku indikatur użat biex jitkejjel il-livell ta’ protezzjoni tal-baġit tal-UE, u kien jintuża wkoll għall-Kummissjoni kollha. Dan l-indikatur ikompli jiġi applikat għal dawk l-intestaturi li skont dawn il-pagamenti huma bbażati fuq il-kost u bbażati fuq il-konformità, u b’hekk għall-2025 l-intestaturi 1, 2, 4, 5 u 7.

Ħarsa ġenerali lejn ir-riskju fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq għal nefqa bbażata fuq il-kost u fuq il-konformità

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.

Għal strumenti fejn in-nefqa tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni, issir valutazzjoni kwalitattiva li tippermetti li jiġi ddeterminat is-sehem tan-nefqa f’kull kategorija ta’ riskju (baxx, medju u għoli). Dan kien jikkonċerna l-intestaturi li ġejjin.

Riżorsi naturali u ambjent. Mill-2024, bil-mudell ta’ twassil il-ġdid skont il-politika agrikola komuni tal-2023-2027, l-enfasi kienet fuq il-prestazzjoni, ibbażata fuq il-kisba tar-riżultati, u fuq il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza fl-Istati Membri. Peress li l-Istati Membri ma għadhomx jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-istatistika ta’ kontroll fil-livell tal-benefiċjarji, ma jistax jiġi ddeterminat riskju fil-waqt tal-pagament u riskju fl-għeluq. Minflok, in-nefqa korrispondenti hija raggruppata fi tliet kategoriji ta’ riskju (baxx, medju u għoli), abbażi tal-valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistemi fis-seħħ fl-Istati Membri biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, flimkien mal-kwalità tar-riżultati tal-prestazzjoni u l-progress li sar min-naħa tal-prestazzjoni. Pereżempju, jekk sistema tiġi vvalutata bħala li tiffunzjona tajjeb, in-nefqa kollha magħmula permezz ta’ dik is-sistema titqies bħala riskju baxx. Il-kontrolli mwettqa jkomplu jirriżultaw f’sospensjonijiet, fi tnaqqis, f’korrezzjonijiet u fi rkupri finanzjarji.



Viċinat u d-dinja. Mill-2025, fir-rigward tal-faċilitajiet għall-Ukrajna ( 19 ), għall-Balkani tal-Punent u għall-Moldova, in-nefqa tqieset bħala li hija bbażata fuq il-prestazzjoni, minħabba li l-pagamenti jsiru ladarba l-passi predefiniti (ekwivalenti għall-objettivi intermedji u għall-miri) jitwettqu b’mod sodisfaċenti. Għall-aċċertament, il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni kwalitattiva tat-twettiq sodisfaċenti tal-passi sottomessi għall-pagament. Din il-valutazzjoni kwalitattiva hija diffiċli biex tissarraf f’termini kwantitattivi b’rata ta’ errur. Barra minn hekk, l-investimenti u r-riformi inklużi fil-pjanijiet tal-pajjiżi benefiċjarji huma differenti ħafna, u dan ifixkel l-estrapolazzjoni statistika. F’dan il-kuntest, ma tistax tiġi ddeterminata rata ta’ errur sinifikattiva. Hawnhekk ukoll, in-nefqa hija miġbura fi tliet kategoriji ta’ riskju (baxx, medju u għoli), abbażi tal-valutazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-passi assoċjati mal-pagament magħmul, ikkomplementati mir-riżultat ta’ kontrolli ex ante u ex post ( 20 ). Pereżempju, jekk pass ikun relatat mal-adozzjoni ta’ riforma, normalment jitqies bħala riskju baxx, u l-ammont imħallas li jikkorrispondi għal dak il-pass jitqies ukoll bħala riskju baxx. Ara aktar dettalji fit-Taqsima 2.1.2, taħt “Intestatura 6 – viċinat u d-dinja”. Kif previst fir-regolament, il-kontrolli se jirriżultaw f’sospensjonijiet, fi tnaqqis, f’korrezzjonijiet u fi rkupri finanzjarji, meta jiġu identifikati erruri jew f’każijiet ta’ ksur serju tal-obbligi tal-benefiċjarji.

Konsegwentement, ir-riżultati tal-kontroll huma rrapportati għal kull intestatura, xi wħud b’riskju fil-waqt tal-pagament u b’riskju fl-għeluq, xi wħud b’sehem ta’ nefqa b’riskju baxx, medju u għoli. Din il-preżentazzjoni tal-aħħar tintuża wkoll għan-nefqa tal-UE kollha kemm hi.

Għall-2025, l-intestaturi kollha ġestiti skont il-mudell tal-konsenja tal-pagamenti bbażat fuq il-kostijiet u dak ibbażat fuq il-konformità għandhom riskju fl-għeluq ta’ inqas minn 2 %. Għall-intestatura dwar ir-riżorsi naturali u l-ambjent, is-sehem tal-pagamenti b’riskju baxx huwa ta’ 64 %, f’konformità mal-medda għall-perjodu 2020 - 2024 (50,6 % sa 77,6 %). Għall-intestatura dwar il-viċinat u d-dinja, is-sehem tal-pagamenti b’riskju baxx huwa ta’ 89,6 %, f’konformità mal-medda għall-perjodu 2020 - 2024 (minn 76,6 % għal 100 %). Għalhekk, in-nefqa korrispondenti hija protetta sew.

Għall-intestaturi tas-suq uniku, l-innovazzjoni u diġitali, u tal-koeżjoni, ir-reżiljenza u l-valuri, ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa ogħla minn 2 % u r-riskju fl-għeluq huwa inqas minn 2 %. Għal dawn l-intestaturi, il-Kummissjoni qed tkompli bl-isforzi tagħha biex tkompli tnaqqas il-livell ta’ riskju fil-waqt tal-pagament. Peress li r-riskju fl-għeluq huwa inqas minn 2 %, dan ifisser li n-nefqa korrispondenti fl-aħħar mill-aħħar hija protetta sew bis-saħħa tal-isforzi tal-Kummissjoni (u tal-Istati Membri) wara l-pagament, permezz ta’ kontrolli u korrezzjonijiet li jirriżultaw.



Sabiex tkun tista’ ssir il-komparabbiltà u jkun hemm ħarsa ġenerali, l-informazzjoni hija ppreżentata hawn taħt għal kull kategorija ta’ riskju (baxx, medju jew għoli) għal kull intestatura (ara t-Taqsima 2.1.2) u għall-Kummissjoni kollha.

Ħarsa ġenerali lejn in-nefqa għal kull kategorija ta’ riskju għall-Kummissjoni kollha

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.

Miżuri preventivi u korrettivi

Dan l-approċċ il-ġdid għall-aċċertament fuq pagamenti bbażati fuq il-prestazzjoni ma għandu l-ebda impatt fuq il-miżuri preventivi u korrettivi li jkomplu jiġu applikati.

Miżuri preventivi u korrettivi totali (Il-Kummissjoni u l-Istati Membri): EUR 9,0 biljun (2024: EUR 2,7 biljun).

Din iż-żieda hija relatata mal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u hija dovuta l-aktar għall-korrezzjonijiet li saru għall-programmi tal-2014-2020, li għalihom ġew sottomessi l-kontijiet finali u tqiesu fis-sena finanzjarja 2025.

Ara t-Taqsima 2.1.3 ta’ hawn taħt, l-intestatura “koeżjoni, reżiljenza u valuri”, u l-Volum III, l-Anness 5, it-Taqsima 5.4 għal aktar dettalji.

Riżervi: 32 (18 fl-2024), li minnhom 30 kienu relatati ma’ nefqa mill-baġit tal-UE b’impatt finanzjarju totali ta’ EUR 867 miljun (17 u EUR 330,9 miljun fl-2024) u tnejn relatati ma’ nefqa mill-Faċilità għar-Reżiljenza u l-Irkupru b’impatt finanzjarju ta’ EUR 343 miljun (EUR 17,5 miljun fl-2024).

Ara t-Taqsima 3.1 ta’ hawn taħt u l-Volum III, l-Anness 5, it-Taqsima 5.3 għal aktar dettalji.


2.1.2.Riżultati tal-kontroll minn segmenti tal-programm b’riskju aktar baxx, medju u ogħla

Il-Kummissjoni għandha informazzjoni affidabbli u bbażata fuq l-evidenza li turi s-sitwazzjoni diversifikata tal-fondi li timmaniġġja. Hija tidentifika liema programmi jew segmenti tan-nefqa huma ta’ riskju ogħla, li jippermettilha tipprovdi l-appoġġ tagħha b’mod effiċjenti u tindirizza dgħufijiet speċifiċi anke għal politiki li ġeneralment huma ta’ riskju aktar baxx, bħall-politika agrikola komuni.

Għan-nefqa bbażata fuq il-kost, il-qasma bejn il-kategoriji ta’ riskju hija bbażata fuq ir-riskju fil-waqt tal-pagament (jiġifieri qabel ma tiġi implimentata kwalunkwe korrezzjoni futura): riskju aktar baxx – riskju fil-waqt tal-pagament inqas minn 2,0 %; riskju medju – riskju fil-waqt tal-pagament bejn 2,0 % u 2,5 %; u riskju ogħla – riskju fil-waqt tal-pagament ogħla minn 2,5 %. Għall-koeżjoni, din l-analiżi tiġi applikata wkoll fil-livell tal-programmi individwali fl-Istati Membri.

In-nefqa bbażata fuq il-prestazzjoni tinqasam direttament bejn il-kategoriji b’riskju baxx, medju u għoli skont il-valutazzjoni magħmula abbażi ta’ metodoloġiji mfassla apposta għall-mezzi ta’ pagament. Għan-nefqa skont il-mudell il-ġdid ta’ twassil tal-politika agrikola komuni tal-2023-2027, dan huwa bbażat fuq il-valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistemi fl-aġenziji tal-pagamenti, fil-livell ta’ intervent. Għan-nefqa skont il-faċilitajiet, dan huwa bbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju tal-objettivi intermedji u l-miri (passi) sottomessi għall-pagament. B’riżultat ta’ dan, l-approċċ il-ġdid iżomm, jew saħansitra jżid il-granularità: fil-każ tal-politika agrikola komuni, minħabba li l-informazzjoni dwar id-dgħufijiet u n-nuqqasijiet tkun f’livell aktar baxx mil-livell tal-aġenzija tal-pagamenti; fil-każ tal-faċilitajiet, minħabba li l-informazzjoni tkun fil-livell ta’ kull pagament individwali.

Il-kategorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tan-nefqa f’segmenti b’riskju aktar baxx, medju u ogħla, bħala perċentwal tat-total tan-nefqa rilevanti għall-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.



Fl-2025, in-nefqa rilevanti naqset minn EUR 179 biljun fl-2024 għal EUR 166,7 biljun fl-2025. Is-sehem tas-segmenti rispettivi b’riskju aktar baxx, medju jew ogħla baqa’ stabbli b’mod ġenerali, b’xi bidliet fil-komponenti.

Riskju aktar baxx. In-nefqa f’din il-kategorija kienet tammonta għal EUR 97,6 biljun fl-2025 li tirrappreżenta 58,6 % tan-nefqa totali (54,7 % fl-2024). Din iż-żieda hija dovuta għall-fatt li, skont il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, ħafna programmi ta’ koeżjoni jippreżentaw rati baxxi ta’ errur, peress li l-ammonti inizjali tan-nefqa ddikjarata ġeneralment huma inqas suxxettibbli għal errur meta mqabbla man-nefqa ddikjarata fi stadji aktar tard tal-implimentazzjoni.
Bħal fis-snin preċedenti, din il-kategorija b’riskju aktar baxx tinkludi wkoll il-maġġoranza tan-nefqa ġestita skont il-mudell il-ġdid ta’ twassil tal-politika agrikola komuni (li jammonta għal aktar minn EUR
 31,5 biljun, li jikkorrispondi għal 2 188 intervent b’sistema ta’ governanza vvalutata bħala li tiffunzjona tajjeb minn total ta’ 2 865).
Tinkludi wkoll in-nefqa ġestita minn 49 minn 68 aġenzija tal-pagamenti u mir-Renju Unit għall-iżvilupp rurali; il-biċċa l-kbira tan-nefqa implimentata skont ġestjoni kondiviża fl-affarijiet marittimi u fiż-żoni tas-sajd; u n-nefqa relatata mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
 – programm tat-trasport għall-perjodu 2014-2020, Erasmus+, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, l-istrumenti finanzjarji ta’ Orizzont Ewropa, il-maġġoranza l-kbira tal-kontribuzzjonijiet lil korpi oħra tal-UE u lil organizzazzjonijiet internazzjonali (eż. l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u l-Aġenzija Spazjali Ewropea), 87,6 % tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, 83,7 % mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-għajnuna umanitarja, in-nefqa fil-qasam ta’ politika tal-viċinat u d-dinja (89,6 % tan-nefqa totali ta’ dik l-intestatura), u n-nefqa amministrattiva b’mod ġenerali.

Riskju medju. In-nefqa f’din il-kategorija kienet tammonta għal EUR 42,0 biljun fl-2025, jew 25,2 % tan-nefqa totali, meta mqabbla ma’ EUR 43,9 biljun fl-2024, jew 24,5 %. Din l-istabbiltà ġenerali apparenti hija spjegata minn żieda fin-nefqa skont il-mudell il-ġdid ta’ twassil tal-politika agrikola komuni allokat għal din il-kategorija ta’ riskju (minn EUR 4,7 biljun fl-2024 għal EUR11,2 biljun fl-2025), flimkien ma’ sehem akbar ta’ sistemi ta’ governanza li qed jiġu vvalutati bħala li jiffunzjonaw parzjalment (448 minn 2 865 fl-2025 meta mqabbla ma’ 152 minn 1 526 fl-2024), li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa kkumpensat minn tnaqqis fin-nefqa taħt il-koeżjoni kkunsidrata f’din il-kategorija minħabba rati ta’ erruri taħt it-2 %.  
Din il-kategorija inkludiet ukoll in-nefqa fir-riċerka u fl-innovazzjoni, b’mod partikolari l-għotjiet skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
 – il-programm tat-trasport għall-perjodu 2021-2027, flimkien ma’ nefqa oħra relatata mal-politika agrikola komuni, bħall-miżuri tas-suq u l-miżuri tal-iżvilupp rurali.

Riskju ogħla. In-nefqa f’din il-kategorija naqset minn EUR 37,2 biljun fl-2024, jew 20,8 % tan-nefqa totali, għal EUR 27,1 biljun fl-2025, jew 16,2 % tan-nefqa totali. Fl-2025, 98,5 % tan-nefqa f’din il-kategorija ta’ riskju nqasmet b’mod ugwali bejn tliet intestaturi: (1) suq uniku, innovazzjoni u diġitali (33,1 % fl-2025 kontra 13,8 % fl-2024); (2) koeżjoni, reżiljenza u valuri (32,5 % fl-2025 kontra 64,6 % fl-2024); u (3) riżorsi naturali u ambjent (32,9 % fl-2025 kontra 19,7 % fl-2024). Dan jikkorrispondi prinċipalment għall-għotjiet skont il-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali; għall-għadd aktar baxx ta’ programmi ta’ koeżjoni b’rata ta’ errur għolja fl-2025 meta mqabbla mal-2024; u għall-għadd ogħla ta’ interventi vvalutati bħala li ma jiffunzjonawx fl-2025 (229 minn 2 865) meta mqabbla mal-2024 (268 minn 1 526). Għal spjegazzjonijiet dettaljati, ara t-Taqsima 2.1.2 skont l-intestaturi rilevanti.



L-analiżi dettaljata tal-Kummissjoni tikkonferma li l-livell ta’ errur u s-sehem tan-nefqa b’riskju għoli huma relatati mill-qrib man-natura tal-finanzjament. Il-biċċa l-kbira tal-programmi jew tas-segmenti tan-nefqa, li jikkorrispondu għal aktar minn 50 % tan-nefqa rilevanti tas-sena, huma stmati li huma fil-kategorija b’riskju aktar baxx minħabba li jinkludu aktar pagamenti bbażati fuq l-intitolamenti. Min-naħa l-oħra, xi programmi jew segmenti tan-nefqa b’regoli kumplessi bbażati fuq rimborżi jidher li għandhom riskju relattivament ogħla fil-waqt tal-pagament (kif huwa tipikament il-każ taħt il-politika ta’ koeżjoni, b’ħafna regoli nazzjonali, reġjonali jew tal-programmi applikabbli apparti r-regoli tal-UE). Madankollu, is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ jippermettu li jiġu mmitigati r-riskji relatati ma’ xi wħud mill-programmi aktar kumplessi u, b’riżultat ta’ dan, jitnaqqas il-livell ta’ riskju fil-waqt tal-pagament.

Il-Kummissjoni qed timmonitorja mill-qrib ir-riskji fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq għad-diversi programmi u segmenti tan-nefqa u qed tieħu azzjoni ulterjuri biex tnaqqashom. Għall-kategoriji ta’ riskju medju u ogħla b’mod partikolari, il-Kummissjoni qiegħda kontinwament tfittex modi biex tnaqqashom ulterjorment billi żżid is-sensibilizzazzjoni tal-benefiċjarji u tas-sħab ta’ implimentazzjoni dwar kwistjonijiet, taġġusta l-istrateġiji ta’ kontroll fejn neċessarju, tapplika t-tagħlimiet meħuda għal programmi futuri u tissimplifika r-regoli kull fejn ikun possibbli.

2.1.3.Riżultati tal-kontroll skont il-qasam ta’ politika

Ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE huwa sommarju tar-rapporti annwali tal-attività tat-52 dipartiment tal-Kummissjoni. L-infiq kopert f’kull wieħed minn dawn ir-rapporti huwa allokat fl-intier tiegħu għal waħda mis-seba’ intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali. Mill-2022, meta jitqies id-daqs tiegħu, l-infiq għas-“sigurtà u d-difiża” mid-DĠ għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju kien maqsum bejn l-intestatura 1 u l-intestatura 5. Mill-2025, l-infiq mid-DĠ Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji nqasam bejn l-intestatura 2 u l-intestatura 6 (nefqa relatata mal-Ukrajna) u l-infiq mid-DĠ Baġit inqasam bejn l-intestatura 2 (imgħax imħallas fuq it-teħid b’self tan-NextGenerationEU), l-intestatura 6 (nefqa relatata mal-Ukrajna) u l-intestatura 7. Is-sitwazzjoni għal kull qasam ta’ politika hija deskritta hawn taħt.



Intestatura 1 – suq uniku, innovazzjoni u diġitali

Nefqa totali rilevanti: EUR 25,0 biljun (2024: EUR 24,2 biljun).

Riskju fil-waqt tal-pagament: 2,1 % (2024: 1,6 %).

Riskju fl-għeluq: 1,7 % (2024: 1,2 %).

Miżuri preventivi u korrettivi totali: EUR 232,9 miljun (2024: EUR 348,5 miljun):

miżuri preventivi: EUR 153,3 miljun (2024: EUR 244,7 miljun);

miżuri korrettivi: EUR 79,6 miljun (2024: EUR 103,8 miljun).

Riżervi: 13 (2024: riżerva waħda għar-reputazzjoni mingħajr impatt finanzjarju ( 21 )).

Fl-2025, ir-riskji fil-waqt tal-pagament (2,1 %) u fl-għeluq (1,7 %) żdiedu b’0,5 punt perċentwali meta mqabbla mal-2024. Dan huwa dovut għaż-żieda fir-riskju fil-waqt tal-pagament għal għotjiet kemm taħt il-programmi Orizzont kif ukoll għal għotjiet skont il-programm Ewropa Diġitali.

Għal Orizzont 2020, ir-riskju fil-waqt tal-pagament żdied minn 3,55 % għal 3,83 %, filwaqt li n-nefqa totali ta’ dik l-intestatura naqset minn 20,3 % għal 16,9 %. Bħal fis-snin preċedenti, u minkejja l-isforzi u t-titjib kontinwi, ir-riskju fil-waqt tal-pagament baqa’ ogħla minn 2 % minħabba l-kumplessità inerenti tar-regoli u n-natura tal-pagamenti. Il-pagamenti li saru fl-2025 kienu jikkorrispondu l-aktar għall-pagamenti finali għal proġetti akbar u aktar kumplessi, li huma aktar suxxettibbli għal errur mill-pagamenti interim. B’mod simili għas-snin preċedenti, id-dipartimenti tar-riċerka ma kkwalifikawx id-dikjarazzjonijiet ta’ aċċertament tagħhom b’riżerva fir-rigward tal-programm Orizzont 2020 ( 22 ). Fl-istess ħin, ir-riskju fl-għeluq, ta’ 1,78 %, huwa konformi mal-2024, ta’ 1,79 %, u baqa’ taħt il-livell limitu ta’ materjalità.

Għal Orizzont Ewropa, ir-riskju fil-waqt tal-pagament żdied minn 2 % għal 4,38 % ( 23 ) u s-sehem fin-nefqa totali ta’ dik l-intestatura żdied minn 17,9 % għal 25,8 %. Ir-riskju fl-għeluq huwa stmat b’mod ġenerali għal 4,05 % fl-2025. Dan il-livell ogħla ta’ errur huwa r-riżultat kombinat ta’ (1) popolazzjoni ta’ benefiċjarji magħmula minn parteċipanti ġodda fil-programm u benefiċjarji ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li għalihom it-talbiet għall-kostijiet huma ġeneralment aktar suxxettibbli għal errur; (2) erruri sinifikanti identifikati fi tliet parteċipazzjonijiet/proġetti li kellhom impatt kbir fuq ir-rata ta’ errur f’popolazzjoni awditjata li għadha pjuttost limitata, li kienet fil-bidu tal-kampanja tal-awditjar tal-programm; u (3) l-impatt limitat tal-għotjiet ta’ somma f’daqqa fir-riżultati ta’ kontroll ta’ Orizzont Ewropa, peress li ftit minnhom għadhom tħallsu u ġew rieżaminati. B’mod simili għal Orizzont 2020, l-aktar erruri frekwenti huma relatati mal-kostijiet tal-persunal (eż. sistema ta’ rapportar tal-ħin nieqsa jew mhux affidabbli, kalkolu żbaljat tar-rati ta’ kuljum).

Sabiex tnaqqas dawn ir-rati ta’ errur, il-Kummissjoni qed tiffoka l-isforzi tagħha fuq il-komunikazzjoni, kemm dik esterna  
kif ukoll dik interna. Matul is-sena, ġew organizzati webinars u sessjonijiet ta’ taħriġ dedikati mmirati lejn il-benefiċjarji għal Orizzont Ewropa. Fil-kuntest tal-proġett taċ-ċentralizzazzjoni tal-klijenti, il-kampanja għat-tnaqqis tar-rata ta’ errur li tnediet fl-2024 kompliet fl-2025, bi tliet sensiliet addizzjonali ta’ notifiki personalizzati mibgħuta lill-benefiċjarji l-aktar suxxettibbli għal errur li kienu qed joqorbu l-iskadenzi tar-rapportar tagħhom. Dawn in-notifiki ġew riveduti biex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom u inkludew suġġerimenti prattiċi dwar kif jiġu evitati l-aktar erruri komuni.

Il-Kummissjoni qed issegwi wkoll l-introduzzjoni ta’ somom f’daqqa skont Orizzont Ewropa bl-għan li l-għotjiet f’somma f’daqqa jilħqu mill-inqas 50 % tal-baġit tas-sejħa fil-programm ta’ ħidma ewlieni tal-2026-2027. Skont l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Orizzont Ewropa ( 24 ), is-somom f’daqqa jgħinu biex jiġu evitati erruri finanzjarji filwaqt li jiġi ssalvagwardjat l-interess finanzjarju tal-UE, u l-kontrolli tagħhom wasslu għal tnaqqis fl-għotjiet fl-istadji tal-evalwazzjoni u tal-pagament. Barra minn hekk, dan il-mudell jgħin biex l-enfasi matul l-istadju ta’ implimentazzjoni tinbidel mill-kontrolli finanzjarji għall-kontenut tal-proġett. Madankollu, l-impatt fuq ir-rata ta’ errur mhux se jinħass qabel l-2029, meta jitħallas għadd akbar ta’ tali għotjiet u jibdew isiru disponibbli riżultati ta’ kontroll ex post.

Fir-rigward tal-programm Ewropa Diġitali, b’mod simili għas-sena li għaddiet, intużat ir-rata ta’ errur għall-programm Orizzont Ewropa, minħabba l-għadd limitat ta’ riżultati tal-awditjar disponibbli fi tmiem l-2025 u meta jitqiesu s-similaritajiet ma’ dak il-programm (kriterji ta’ eliġibbiltà, għadd ta’ benefiċjarji komuni u tip ta’ benefiċjarji).

Fl-2025, inħarġu total ta’ 13-il riżerva, żieda ta’ 12-il riżerva meta mqabbla mal-2024. Inħarġu riżervi għal dawk il-programmi li għalihom ir-rata ta’ errur wara l-korrezzjonijiet tibqa’ ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %: għall-għotjiet skont il-programm Orizzont Ewropa, fid-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tat-tmien dipartimenti li jimplimentawhom u fejn ir-regola de minimis ma tapplikax; għall-għotjiet skont il-programm Ewropa Diġitali, fiż-żewġ dipartimenti li jimplimentawhom; u għall-promozzjoni ta’ programmi ta’ prodotti agrikoli (dipartiment wieħed). Barra minn hekk, inħarġet riżerva fiż-żewġ dipartimenti li jimplimentaw il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni dwar dgħufijiet li jaffettwaw il-proċess tad-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni. Ġew stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet u jitnaqqas il-livell tar-rata ta’ errur. Dettalji ulterjuri huma pprovduti fil-Volum III, l-Anness 5, it-Taqsima 5.3.3.

It-tnaqqis fl-ammont ta’ miżuri preventivi, minn EUR 244,7 miljun fl-2024 għal EUR 103,3 miljun fl-2025, irriżulta prinċipalment mit-tranżizzjoni għas-sistema kontabilistika l-ġdida tal-Kummissjoni, SUMMA, fejn huma rrapportati biss miżuri preventivi li jaqbżu l-EUR 500 000. Skont din l-intestatura, parti sinifikanti minn dawk il-miżuri preventivi taqa’ taħt dan il-livell limitu, u għalhekk jaqgħu barra mill-ambitu tar-rapportar.

Qafas finanzjarju pluriennali intestatura 1 – suq uniku, innovazzjoni u diġitali 
ħarsa ġenerali lejn is-segmentazzjoni tar-riskju għall-2023-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.



Intestatura 2 – koeżjoni, reżiljenza u valuri

Nefqa totali rilevanti: EUR 54,0 biljun (2024: EUR 64,1 biljun) ( 25 ).

Riskju fil-waqt tal-pagament: 2,3 % (2024: 2,9 %).

Riskju fl-għeluq: 0,8 % (2024: 1,7 %).

Miżuri preventivi u korrettivi totali (Il-Kummissjoni u l-Istati Membri): EUR 7 191 miljun (2024: EUR 1 028,6 miljun):

miżuri preventivi: EUR 590,2 miljun (2024: EUR 579,9 miljun);

miżuri korrettivi: EUR 6 600,8 miljun (2024: EUR 448,7 miljun).

Riżervi: ħames riżervi b’impatt finanzjarju ta’ EUR 304 miljun (2024: ħames riżervi b’impatt finanzjarju ta’ EUR 73 miljun).

It-tnaqqis fin-nefqa rilevanti totali skont din l-intestatura minn EUR 62 biljun fl-2024 għal EUR 54 biljun fl-2025 huwa fil-biċċa l-kbira attribwibbli għaż-żmien tas-sottomissjonijiet tal-kontijiet tal-Istati Membri għall-2014-2020. In-nefqa għall-2025 tinkludi biss 20 % tas-sottomissjonijiet tal-kont finali, bit-80 % li jifdal jiġu differiti għall-2026 minħabba r-Regolament dwar il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa ( 26 ), li ppospona l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kontijiet b’sena.
Ir-
riskju fil-waqt tal-pagament għal din l-intestatura naqas minn 2,9 % għal 2,3 %, filwaqt li r-riskju fl-għeluq naqas minn 1,7 % għal 0,8 % ( 27 ). Ir-riskju fil-waqt tal-pagament u r-riskju fl-għeluq kienu xprunati l-aktar mill-ammonti mħallsa għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni ( 28 ) ġestiti taħt ġestjoni kondiviża, li rrappreżentaw madwar 84 % tan-nefqa rilevanti totali għal din l-intestatura.

Għall-fondi kollha tal-politika ta’ koeżjoni, ir-riskju fil-waqt tal-pagament baqa’ materjali fil-medda ta’ bejn 2,0 % u 2,7 %, tnaqqis mill-medda osservata fl-2024 ta’ 2,3 % sa 3,2 %. It-tnaqqis huwa prinċipalment dovut għall-approċċ prudenti meħud mill-Kummissjoni għan-nefqa li tikkorrispondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 tal-użu ta’ rata fissa ta’ 2 %, miżjuda fejn neċessarju fuq bażi ta’ programm bi programm abbażi tal-informazzjoni disponibbli, minħabba r-riżultati limitati tal-awditjar riċevuti għas-sena kontabilistika 2024-2025 ( 29 ) u s-sehem akbar ta’ din in-nefqa fin-nefqa totali ta’ koeżjoni, minn 15,3 % fl-2024 (EUR 8,4 biljun) għal 80,5 % (EUR 36 biljun) fl-2025. Fl-2024, il-biċċa l-kbira tan-nefqa ta’ koeżjoni kienet tikkorrispondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, li għalih ir-riskju fil-waqt tal-pagament kien ogħla.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni għandha aċċertament raġonevoli li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jiffunzjonaw tajjeb biżżejjed għal 85 % tal-programmi ta’ koeżjoni ( 30 ). Madankollu, ir-riskju fil-waqt tal-pagament baqa’ ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Dan huwa prinċipalment minħabba l-kumplessità inerenti tal-proġetti ffinanzjati minn dawn il-fondi, il-varjetà ta’ atturi kkonċernati u d-diffikultà li jiġu indirizzati ċerti regoli kumplessi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, b’mod partikolari dawk relatati mal-akkwist pubbliku u mal-għajnuna mill-Istat. Għad hemm dgħufijiet prinċipalment fil-livell tal-awtoritajiet maniġerjali jew tal-korpi intermedji tagħhom. Il-kategoriji ewlenin ta’ irregolaritajiet identifikati mill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri u mill-Kummissjoni huma simili għal dawk identifikati mill-Qorti tal-Awdituri: nefqa ineliġibbli; proġetti jew benefiċjarji ineliġibbli; erruri fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku; u informazzjoni jew dokumentazzjoni ta’ sostenn nieqsa.

Għall-fondi ta’ koeżjoni, il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali għal dawk il-programmi fejn ikkonfermat rati ta’ errur individwali ogħla minn 2 %, sabiex ir-riskju fl-għeluq fl-aħħar mill-aħħar ikun inqas minn 2 % għall-programmi kollha. Il-korrezzjonijiet futuri stmati kienu jikkorrispondu għal medda ta’ bejn 1,24 % u 2,05 %, li wassal għal riskju stmat fl-għeluq ta’ 0,76 %.

Iż-żieda qawwija fil-miżuri preventivi u korrettivi fl-2025 meta mqabbla mal-2024 kienet prinċipalment xprunata minn miżuri korrettivi relatati ma’ programmi operazzjonali taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, li laħqu l-istadju tal-għeluq. L-Istati Membri rrapportaw EUR 6 518-il miljun f’miżuri korrettivi ( 31 ) għall-fondi ta’ koeżjoni taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Dan jirrappreżenta żieda qawwija minn EUR 211-il miljun fis-sena preċedenti, li kienet eċċezzjonalment baxxa minħabba l-għadd limitat ta’ kontijiet finali sottomessi (jiġifieri 20 % biss, minħabba s-sena addizzjonali pprovduta skont ir-Regolament dwar il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa ( 32 ) biex jissottomettuhom). Il-konverġenza tal-aħħar perjodu kontabilistiku għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-konċentrazzjoni tal-ogħla volumi ta’ kontijiet ( 33 ), u l-perjodu ta’ żmien addizzjonali wasslu għal skala amplifikata b’mod sinifikanti ta’ aġġustamenti, peress li l-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri wettqu rieżami finali u komprensiv kemm tas-snin kontabilistiċi kurrenti kif ukoll ta’ dawk preċedenti. F’dan il-kuntest, l-għeluq aġixxa bħala salvagwardja kritika, filwaqt li żgura li n-nefqa irregolari jew mhux akkurata li jifdal ġiet identifikata u eskluża.

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, il-miżuri preventivi żdiedu bi ftit minn EUR 565 miljun fl-2024 għal EUR 586 miljun fl-2025. Peress li għadu kmieni fl-implimentazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm, il-miżuri korrettivi kienu pjuttost baxxi f’ammont ta’ EUR 9 miljun (2024: EUR 8 miljun).

Karatteristika speċifika waħda tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-Fond Soċjali Ewropew Plus hija l-ħtieġa li l-Istati Membri jikkonformaw ma’ sett ta’ kundizzjonijiet abilitanti tematiċi u orizzontali biex jippermettu l-implimentazzjoni effettiva tal-fondi. Fi tmiem l-2025, madwar 97 % tal-kundizzjonijiet abilitanti tematiċi applikabbli ġew ivvalutati bħala ssodisfati għall-programmi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-Fond Soċjali Ewropew Plus li kienu ġew adottati. Sa tmiem April 2026, l-Istati Membri kollha ħlief l-Ungerija ssodisfaw il-kundizzjonijiet abilitanti orizzontali ( 34 ).

Fi tmiem l-2025, inħarġu erba’ riżervi b’rabta mal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni (tnejn għal kull perjodu ta’ programmazzjoni): waħda għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u għall-Fond ta’ Koeżjoni u waħda għall-Fond Soċjali Ewropew, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn. Dawn ir-riżervi jikkonċernaw programmi operazzjonali li ppreżentaw dgħufijiet sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom jew li għalihom ir-rata ta’ errur kienet ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità, jew, inqas ta’ spiss, li għalihom ix-xogħol tal-awditjar fil-livell tal-Istat Membru tqies bħala insuffiċjenti jew mhux sodisfaċenti.

Żewġ riżervi għall-perjodu 2014-2020: l-għadd ta’ programmi taħt riżerva (40) kien ogħla milli fl-2024 (26), filwaqt li l-impatt finanzjarju żdied minn EUR 68 miljun għal EUR 143 miljun. Iż-żieda kemm fl-għadd ta’ programmi taħt riżerva kif ukoll fl-impatt finanzjarju korrispondenti hija spjegata mill-għadd akbar ta’ programmi li ngħalqu matul l-2025 (jiġifieri 80 % tal-kontijiet). Fl-2024, ir-Regolament dwar il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa ppospona l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kontijiet b’sena, li rriżultat f’livell aktar baxx mis-soltu ta’ sottomissjoni tal-kontijiet (20 % biss) ( 35 ).

Żewġ riżervi għall-perjodu 2021-2027: l-għadd ta’ programmi taħt riżerva (28) kien ogħla milli fl-2024 (sebgħa), u l-impatt finanzjarju totali żdied minn EUR 3 miljun għal EUR 156 miljun . Iż-żieda hija spjegata mill-għadd ogħla ta’ programmi li ggwadanjaw il-veloċità fl-implimentazzjoni fl-2025 meta mqabbla mal-2024 u l-kontijiet korrispondenti li huma sottomessi.

Ir-riżervi jitneħħew biss ladarba jkunu ġew indirizzati d-dgħufijiet tas-sistema u r-rata ta’ errur tkun inqas minn 2 %. Ġeneralment, ir-raġunijiet għar-riżervi ma jkunux strutturali, u jridu jgħaddu minn sena sa sentejn biex jitneħħew ħafna mir-riżervi. Għal aktar dettalji dwar ir-riżervi, ara l-Volum III, l-Anness 5.

Il-Kummissjoni tkompli tieħu azzjoni biex tappoġġa lill-awtoritajiet tal-programmi fit-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom u sabiex iġibu r-riskju fl-għeluq għall-koeżjoni taħt it-2 %. F’Diċembru 2024, wara dibattitu parteċipattiv kemm mal-awtoritajiet tal-awditjar kif ukoll mal-awtoritajiet maniġerjali, il-Kummissjoni stabbiliet pjan ta’ azzjoni miftiehem b’mod konġunt biex ittejjeb il-kapaċità ta’ detezzjoni ta’ erruri tal-awtoritajiet tal-programm, li jinkludi 22 miżura li jkopru l-kategoriji li ġejjin: it-tixrid ta’ informazzjoni lill-benefiċjarji biex itejbu l-fehim tagħhom tal-obbligi u tar-regoli tagħhom; l-analiżi tal-erruri individwati, u b’mod partikolari l-erruri addizzjonali rrapportati mill-awditi tal-UE; l-użu mtejjeb tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni; it-taħriġ tal-persunal; ir-rwol preventiv imsaħħaħ tal-awditjar; l-użu ta’ listi ta’ kontroll tal-awditjar kompluti u aġġornati; u prattiki effettivi tal-awditjar f’konformità mal-istandards tal-awditjar (eż. dokumentazzjoni tal-verifiki/kontrolli li jkunu saru). Matul l-2025, il-Kummissjoni mmonitorjat l-implimentazzjoni tal-miżuri. Il-progress ġie diskuss fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni annwali bejn l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni aġġornat l-istrateġija unika ta’ awditjar tagħha biex timmira oqsma b’riskju għoli, filwaqt li qieset ir-restrizzjonijiet fuq ir-riżorsi, billi żiedet b’mod sinifikanti l-kopertura tal-awditi tagħha fuq il-post u billi rriflettiet l-approċċ il-ġdid tagħha għall-awditi tal-konformità (aktar rapidi, preventivi u mmirati).

Il-qafas finanzjarju pluriennali, intestatura 2 – koeżjoni, reżiljenza u valuri 
ħarsa ġenerali lejn is-segmentazzjoni tar-riskju għall-2023-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 ( 36 ).



Intestatura 3 – riżorsi naturali u ambjent

Ammont totali ta’ nefqa rilevanti: EUR 58,0 biljun (2024: EUR 57,4 biljun):

mudell ta’ aċċertament bbażat fuq il-konformità: EUR 11,7 biljun (2024: EUR 14,5 biljun);

mudell ta’ aċċertament bbażat fuq il-prestazzjoni: EUR 46,3 biljun (2024: EUR 42,9 biljun).

Sehem tan-nefqa b’riskju baxx: 64,4 % (2025), 77,6 % (2024).

Miżuri preventivi u korrettivi totali (Il-Kummissjoni u l-Istati Membri): EUR 1 417,1 miljun (2024: EUR 1 069,8 miljun):

miżuri preventivi: EUR 201,6 miljun ( 37 ) (2024: EUR 178,4 miljun);

miżuri korrettivi: EUR 1 215,6 miljun (2024: EUR 891,4 miljun).

Riżervi: seba’ riżervi b’impatt finanzjarju ta’ EUR 301 miljun (2024: seba’ riżervi b’impatt finanzjarju ta’ EUR 254 miljun).

Qafas finanzjarju pluriennali intestatura 3 – riżorsi naturali u ambjent 
ħarsa ġenerali lejn is-segmentazzjoni tar-riskju għall-2023-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.

Fl-2025, għar-riżorsi naturali u għall-ambjent, 64 % tan-nefqa tqieset bħala ta’ riskju baxx. Dan jikkorrispondi għan-nefqa b’riskju fil-waqt tal-pagament ta’ inqas minn 2 %, għall-pagamenti bbażati fuq il-konformità; u n-nefqa li għaliha s-sistemi fis-seħħ fl-Istati Membri ġew ivvalutati bħala ta’ riskju baxx, li jiffunzjonaw tajjeb jew jiffunzjonaw, għal pagamenti bbażati fuq il-prestazzjoni. Dan huwa l-istess għas-sehem tan-nefqa b’riskju baxx għall-agrikoltura (64 %), li jirrappreżenta l-biċċa l-kbira tan-nefqa f’dan il-qasam ta’ politika (98 %), u l-bqija jikkorrispondi għan-nefqa fuq l-affarijiet marittimi u s-sajd ( 38 ), fuq l-ambjent u fuq il-klima. Dan huwa tnaqqis meta mqabbel mas-sehem tan-nefqa b’riskju baxx fl-2024 (77 %) u fl-2023 (69 %), u huwa kemxejn taħt il-medja għall-2020-2024 ta’ 66,7 %. Dan jirrifletti prinċipalment bidla minn riskju baxx għal medju, li hija parzjalment dovuta għal valutazzjoni mtejba u għall-gradi li jirriżultaw tas-sistemi mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, li kisbu esperjenza fit-tieni sena tal-implimentazzjoni tal-mudell il-ġdid ta’ twassil (b’mod partikolari fi Franza, filwaqt li jallinjaw mas-sejbiet tal-awditjar tad-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali), flimkien mal-effetti ta’ tmiem il-programm fil-programmi tal-iżvilupp rurali tal-2014-2022, fejn l-infiq aċċellerat fl-għeluq jista’ jżid l-ammonti taħt riżerva/f’riskju. Ir-riżerva ta’ prekawzjoni kontinwa tal-Greċja baqgħet ukoll xprunatur sinifikanti f’termini assoluti.

Il-politika agrikola komuni tal-2023-2027 tirrappreżenta bidla minn pagamenti bbażati fuq il-konformità għal enfasi akbar fuq il-prestazzjoni u fuq ir-riżultati miksuba, u dawn il-bidliet japplikaw għall-ewwel darba għall-pagamenti magħmula fl-2024. B’dan il-mudell il-ġdid ta’ twassil, l-Istati Membri għandhom aktar flessibbiltà u responsabbiltà fl-istabbiliment tar-regoli tal-benefiċjarji fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom fil-qafas ġenerali tal-UE. Il-Kummissjoni tiffoka fuq il-progress lejn ir-riżultati u l-effettività tas-sistemi ta’ governanza nazzjonali aktar milli fuq il-verifika ta’ tranżazzjonijiet individwali. Peress li l-Istati Membri ma għadhomx jirrapportaw statistika ta’ kontroll fil-livell tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni ma tistax tikkalkola r-rati ta’ errur fil-livell tal-aġenzija tal-pagamenti jew fil-livell tal-politika agrikola komuni.

Għalhekk, għal dan il-mudell il-ġdid ta’ twassil, il-mudell ta’ aċċertament tal-Kummissjoni jivvaluta l-prestazzjoni, il-progress lejn il-kisba tar-riżultati u kemm is-sistemi tal-Istati Membri jiżguraw sew il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u l-kwalità tar-riżultati tal-prestazzjoni. Il-Kummissjoni tibbaża fuq il-valutazzjonijiet annwali tas-sistemi fis-seħħ tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni (bi klassifikazzjonijiet assenjati skont l-aġenzija tal-pagamenti u l-intervent), fuq l-awditi tal-Kummissjoni u fuq is-sejbiet mill-Qorti tal-Awdituri, u tista’ taġġusta l-klassifikazzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ.

Abbażi tal-klassifikazzjoni finali tas-sistema ( 39 ), il-Kummissjoni tikklassifika n-nefqa tal-politika agrikola komuni bħala ta’ riskju baxx, medju jew għoli. Riskju baxx jikkorrispondi għall-gradi 3-4, medju sa grad 2 u għoli sa grad 1. Il-Kummissjoni toħroġ riżervi fejn ikunu ġew identifikati nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ governanza tal-Istati Membri (grad 1) jew fejn Stat Membru jkun għadu lura fl-objettivi intermedji tiegħu.

Id-dipendenza fuq il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandha rwol kruċjali skont il-prinċipju tal-awditu uniku li huwa applikat mill-Kummissjoni. B’riżultat ta’ dan, hija tawditja biss l-aġenziji tal-pagamenti jekk ma tkunx tista’ tibbaża fuq ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni. Fl-2025, il-Kummissjoni wettqet 45 awditu ta’ konformità, immirati lejn is-sistemi ta’ governanza fis-seħħ fl-Istati Membri. L-istess awditi, fejn rilevanti, koprew ukoll il-legalità u r-regolarità tan-nefqa taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2022.

Il-miżuri korrettivi implimentati fl-2025, li jammontaw għal EUR 1 216-il miljun, għadhom relatati mas-sistema ta’ politika agrikola komuni preċedenti. Għadha ma ġiet deċiża l-ebda korrezzjoni finanzjarja netta għan-nefqa skont il-politika agrikola komuni 2023-2027. L-awditi tal-2025 urew li, b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ governanza tal-Istati Membri għall-politika agrikola komuni l-ġdida huma operazzjonali. Instabu xi nuqqasijiet potenzjalment serji li għalihom infetħu proċeduri ta’ konformità biex jiġu kkonfermati n-nuqqasijiet u biex jiġi vvalutat ir-riskju għall-baġit tal-UE b’mod aktar preċiż. Il-proċeduri ta’ konformità jeħtieġu ż-żmien biex joffru lill-Istati Membri l-opportunità li jikkontradixxu s-sejbiet tal-Kummissjoni. Sal-aħħar tal-2025, ma kienet ġiet iffinalizzata l-ebda proċedura ta’ konformità għan-nefqa skont il-pjanijiet strateġiċi tal-politika agrikola komuni.

Għan-nefqa implimentata barra mill-pjanijiet strateġiċi għall-iżvilupp rurali, il-miżuri tas-suq u l-pagamenti diretti (19 % tan-nefqa skont din l-intestatura), ir-riskju ġenerali stmat fil-waqt tal-pagament kien ogħla fl-2025 (3,46 %) milli fl-2024 (2,79 %), bi 3,75 % għall-iżvilupp rurali, 2,41 % għall-miżuri tas-suq u 1,60 % għall-pagamenti diretti. Għall-iżvilupp rurali u, sa ċertu punt, għall-miżuri tas-suq, ir-rati ta’ errur huma ġeneralment ogħla milli għall-pagamenti diretti, l-aktar minħabba l-kumplessità tar-regoli. Ir-rati ogħla fl-2025 huma prinċipalment dovuti għall-effetti ta’ tmiem il-programm, li għalihom instab li hemm aktar nefqa f’riskju.

In-nefqa relatata mas-sajd u mal-inizjattivi relatati mal-ambjent u mal-klima – 2 % tan-nefqa ta’ din l-intestatura – kompliet tkun b’riskju baxx. Ir-riskju stmat fil-waqt tal-pagament għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, huwa ta’ 1,02 % (meta mqabbel ma’ 0,59 % fl-2024). Ir-riskju stmat fil-waqt tal-pagament għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura għall-2021-2027 kien ta’ 0,59 %. B’mod ġenerali, il-livell ta’ riskju baqa’ stabbli mill-2021, f’ammont ta’ madwar 1 %. B’mod simili, għall-inizjattivi relatati mal-klima u mal-ambjent, ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa baxx (0,21 % għad-DĠ Ambjent u 0,41 % għad-DĠ Azzjoni Klimatika), li jirrifletti l-predominanza ta’ tipi ta’ pagamenti b’riskju baxx b’mod inerenti (eż. akkwisti, sussidji lill-aġenziji deċentralizzati, ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali).

Fi tmiem l-2025, kien hemm seba’ riżervi għal din l-intestatura, kif deskritt hawn taħt.

Ħames riżervi rikorrenti għal segmenti ta’ nefqa jew għal programmi fejn id-dgħufijiet fil-kontroll u/jew ir-rati ta’ errur huma ogħla minn 2 %:

miżuri tas-suq tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija fir-rigward ta’ ħames skemi ta’ għajnuna fi tliet Stati Membri, riżerva kkwantifikata;

pagamenti diretti (programm ta’ għażliet relatati b’mod speċifiku mal-pożizzjoni remota u mal-insularità) fir-rigward ta’ Stat Membru wieħed, riżerva kkwantifikata;

miżuri tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fir-rigward ta’ għaxar aġenziji tal-pagamenti f’għaxar Stati Membri, riżerva kkwantifikata;

il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, għad-dgħufijiet fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll f’żewġ Stati Membri, mhux riżerva kkwantifikata;

reġistru tas-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, riżerva waħda relatata mar-riskji tat-teknoloġija tal-informazzjoni, riżerva mhux ikkwantifikata.

Żewġ riżervi ġodda għan-nefqa skont il-pjanijiet strateġiċi tal-politika agrikola komuni għal interventi fi Stati Membri fejn ġew identifikati nuqqasijiet serji potenzjali fil-funzjonament tas-sistemi ta’ governanza. Minħabba l-valutazzjoni kwalitattiva, ma jista’ jiġi ddeterminat l-ebda impatt finanzjarju, u r-riżervi ma jiġux ikkwantifikati:

għan-nefqa li taqa’ taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll (19-il riżerva fi 19-il aġenzija tal-pagamenti għal 14-il Stat Membru li jaffettwaw 56 intervent);

għan-nefqa li ma taqax taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (15-il riżerva fi 15-il aġenzija tal-pagamenti għal 11-il Stat Membru li jaffettwaw 26 intervent).

Fil-każijiet kollha fejn in-nuqqasijiet identifikati wasslu għal riżervi, hemm fis-seħħ miżuri ta’ segwitu mill-qrib, inklużi l-proċeduri għall-approvazzjoni tal-konformità sabiex fl-aħħar mill-aħħar jipproteġu l-baġit tal-UE, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju meħuda mill-Istati Membri u, fejn neċessarju, l-interruzzjoni jew it-tnaqqis/is-sospensjoni tal-pagamenti lill-Istati Membri (għal aktar dettalji, ara l-Volum III, l-Anness 5).



Intestatura 4 – migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri

Ammont totali ta’ nefqa rilevanti: EUR 3,8 biljun (2024: EUR 3,5 biljun).

Riskju fil-waqt tal-pagament: 1,1 % (2024: 1,3 %).

Riskju fl-għeluq: 1,0 % (2024: 1,2 %).

Miżuri preventivi u korrettivi totali (Il-Kummissjoni u l-Istati Membri): EUR 115,6 miljun (2024: EUR 45,5 miljun):

miżuri preventivi: EUR 115,6 miljun (2024: EUR 44,4 miljun);

miżuri korrettivi: EUR 0,02 miljun (2024: EUR 1,1 miljun).

Riżervi: żewġ riżervi mingħajr impatt finanzjarju (2024: żewġ riżervi b’impatt finanzjarju ta’ EUR 3,4 miljun).

Għall-migrazzjoni u għall-ġestjoni tal-fruntieri ( 40 ), kemm ir-riskju fil-waqt tal-pagament kif ukoll ir-riskju fl-għeluq naqsu kemxejn meta mqabbla mal-2024 u s-sehem tan-nefqa b’riskju baxx (riskju fil-waqt tal-pagament taħt it-2 %) żdied minn 73,2 % fl-2024 għal 87,6 % fl-2025 (ara l-graff lejn ix-xellug). Il-miżuri preventivi żdiedu b’aktar mid-doppju meta mqabbla mal-2024. Din iż-żieda tirrifletti l-avvanz ulterjuri fl-implimentazzjoni tal-programmi skont il-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027, peress li tali miżuri preventivi ġew implimentati minn 25 Stat Membru fl-2025, meta mqabbla ma’ 13 fl-2024.

Dan il-qasam ta’ politika kien jikkonsisti l-aktar minn segmenti ta’ nefqa b’riskju baxx relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond għas-Sigurtà Interna, tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u tal-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi skont il-modalità ta’ ġestjoni kondiviża (46 % tan-nefqa), li b’mod ġenerali jitqiesu bħala programmi suxxettibbli għall-erruri, u għal sussidji għal aġenziji deċentralizzati vvotati mill-awtorità baġitarja (40 % tan-nefqa), li huma meqjusa bħala tip ta’ nefqa mingħajr erruri.

In-nefqa b’riskju għoli tikkorrispondi għan-nefqa taħt ġestjoni kondiviża għal 25 programm (minn total ta’ 139) li għalihom is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ma humiex qed jiffunzjonaw b’mod effettiv, anke jekk ir-riskju fil-waqt tal-pagament ikun inqas minn 2 %, u għall-għotjiet ta’ azzjoni tal-UE u ta’ assistenza għall-emerġenzi biex jappoġġaw lill-Istati Membri fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-ġestjoni tal-fruntieri, fejn ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa ogħla minn 2 %.



Fi tmiem l-2025, ġew identifikati żewġ riżervi:

riżerva waħda li tikkonċerna l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, għal żewġ Stati Membri;

riżerva waħda dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, għal seba’ Stati Membri u żewġ pajjiżi assoċjati ma’ Schengen.

Qafas finanzjarju pluriennali intestatura 4 – migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri 
ħarsa ġenerali lejn is-segmentazzjoni tar-riskju għall-2023-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.



Intestatura 5 – sigurtà u difiża

Ammont totali ta’ nefqa rilevanti: EUR 615,6 miljun (2024: EUR 318,7 miljun).

Riskju fil-waqt tal-pagament: 1,7 % (2024: 0,5 %).

Riskju fl-għeluq: 1,7 % (2024: 0,5 %).

Miżuri preventivi u korrettivi totali: EUR 9 miljun (2024: EUR 7,5 miljun):

miżuri preventivi: EUR 9,0 miljun (2024: EUR 7,2 miljun);

miżuri korrettivi: xejn (2024: EUR 0,3 miljun).

Riżervi: xejn (2024: xejn).

Fl-2025, ir-riskju fil-waqt tal-pagament, 1,7 %, żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-2024. Dan huwa dovut għal kombinament ta’ dawn li ġejjin.

L-użu ta’ rata ta’ errur fissa konservattiva ta’ 2 % għall-pagament ta’ għotjiet taħt ġestjoni diretta. Dan l-approċċ prudenti nżamm sakemm joħorġu r-riżultati ta’ kampanja ġdida tal-awditjar li se tibda ladarba jkun sar għadd suffiċjenti ta’ pagamenti.

Iż-żieda sinifikanti fil-pagamenti ta’ għotjiet taħt ġestjoni diretta, li kważi rdoppjat fl-2025 meta mqabbla mal-2024, għal EUR 466 miljun, u tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tan-nefqa taħt din l-intestatura. Din iż-żieda hija dovuta għall-progress fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġetti, b’għadd dejjem akbar li għalihom isiru pagamenti interim u finali.

Flimkien, dawn iż-żewġ fatturi jispjegaw li, fl-2025, il-biċċa l-kbira tan-nefqa kienet ta’ riskju medju (b’rata ta’ errur ta’ bejn 2 % u 2,5 %). In-nefqa li jifdal, prinċipalment għall-esperti u għall-akkwisti, skont id-definizzjoni, hija ta’ riskju baxx, f’ammont ta’ 0,5 %.

Qafas finanzjarju pluriennali intestatura 5 – sigurtà u difiża 
ħarsa ġenerali lejn is-segmentazzjoni tar-riskju għall-2023-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.

Intestatura 6 – viċinat u d-dinja

Ammont totali ta’ nefqa rilevanti: EUR 16,4 biljun (2024: EUR 20,4 biljun) ( 41 ).

Sehem tan-nefqa b’riskju baxx: 89,6 % (2024: 92,4 %).

Miżuri preventivi u korrettivi totali: EUR 74,1 miljun (2024: EUR 153,1 miljun):

miżuri preventivi: EUR 67,3 miljun (2024: EUR 125,5 miljun);

miżuri korrettivi: EUR 6,8 miljun (2024: EUR 27,6 miljun).

Riżervi: żewġ riżervi mingħajr impatt finanzjarju (2024: riżerva waħda).

Qafas finanzjarju pluriennali intestatura 6 – viċinat u d-dinja 
ħarsa ġenerali lejn is-segmentazzjoni tar-riskju għall-2023-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025.

Mill-2025 ’il quddiem, ma hemm l-ebda riskju fil-waqt tal-pagament iddeterminat għall-intestatura “viċinat u d-dinja”. Dan minħabba li parti min-nefqa hija bbażata fuq il-prestazzjoni u ma tista’ tiġi ddeterminata l-ebda rata ta’ errur kwantifikata. B’riżultat ta’ dan, ma għadux possibbli li jiġi ddeterminat riskju fil-waqt tal-pagament għall-intestatura kollha, u l-indikatur il-ġdid dwar ir-riżultati tal-kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa huwa s-sehem tan-nefqa b’riskju baxx.

Fl-2025, għall-viċinat u d-dinja, kważi 90 % tan-nefqa tqieset bħala ta’ riskju baxx. Dan huwa konformi mas-sehem tan-nefqa b’riskju baxx għall-intestatura fl-2024, f’ammont ta’ 92,4 %, u kemxejn aktar baxx meta mqabbel mal-2023, f’ammont ta’ 100 %. Fl-2025, il-biċċa l-kbira tan-nefqa bbażata fuq il-konformità, li għadha l-biċċa l-kbira tal-pagamenti kollha taħt din l-intestatura għal EUR 15,8 biljun, għandha riskju fil-waqt tal-pagament taħt it-2 %. Barra minn hekk, il-pagamenti bbażati fuq il-prestazzjoni, li jammontaw għal EUR 601,3 miljun fl-2025 skont il-Faċilità għall-Ukrajna, ġew ivvalutati bħala li huma ta’ riskju baxx, abbażi ta’ valutazzjoni kwalitattiva tal-objettivi intermedji u l-miri li skattaw il-pagamenti (ara l-kaxxa ta’ hawn taħt għal deskrizzjoni aktar dettaljata tal-approċċ). Fir-rigward tan-nefqa kkunsidrata bħala ta’ riskju medju jew għoli, din tikkorrispondi l-aktar għal għotjiet taħt ġestjoni diretta b’riskju fil-waqt tal-pagament rispettivament ogħla minn 2 % u 2,5 %.

Wara żieda sinifikanti fl-2024 minħabba pagamenti ta’ valur għoli, l-ammont totali tan-nefqa rilevanti skont din l-intestatura fl-2025 kien ġeneralment konformi mal-ammonti fl-2023. Id-differenza meta mqabbla mal-2023 hija prinċipalment spjegata mill-appoġġ ipprovdut lill-Ukrajna (appoġġ mhux ripagabbli taħt il-Faċilità għall-Ukrajna, il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna u s-sussidju tar-rata tal-imgħax għall-assistenza makrofinanzjarja).

L-erruri ewlenin identifikati (dokumenti ta’ sostenn neqsin, kwistjonijiet ta’ akkwist u kklerjar eċċessiv) huma konformi mas-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri. Dawn huma prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ fehim jew l-interpretazzjoni ħażina tal-kundizzjonijiet kuntrattwali relattivament kumplessi, nuqqas ta’ kapaċità f’xi pajjiżi, nuqqas ta’ salvagwardja tal-evidenza dokumentarja finanzjarja wara t-tlestija tal-proġett jew nuqqas ta’ rispons għall-awdituri. Dan huwa aggravat ulterjorment mill-ambjent operazzjonali kumpless, ikkaratterizzat minn nuqqas ta’ prevedibbiltà, minn volatilità u minn insigurtà. Id-differenza bejn il-livell ta’ errur stmat tal-Qorti tal-Awdituri (4,9 % fl-2024) – u l-konklużjoni tagħha li n-nefqa kollha skont din l-intestatura hija ta’ riskju għoli – u r-rati ta’ errur residwu u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-biċċa l-kbira tan-nefqa hija ta’ riskju baxx hija dovuta l-aktar għall-approċċi differenti: il-Qorti tal-Awdituri tawditja l-pagamenti fuq kuntratti li jkunu għaddejjin filwaqt li l-Kummissjoni tawditja l-kuntratti magħluqa biex tidentifika biss l-erruri (residwi) li jifdal wara li jkunu saru l-kontrolli kollha u l-korrezzjonijiet li jirriżultaw.

Il-Kummissjoni kompliet tinvestiga l-possibbiltajiet biex ittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tagħha tal-programmi, b’mod partikolari għal dawk l-oqsma li għalihom in-nefqa tkun ikkategorizzata bħala ta’ riskju medju jew għoli. Pereżempju, is-servizzi tal-Kummissjoni ħadu miżuri ta’ mitigazzjoni, bħat-tisħiħ tal-proċessi ta’ djalogu u ta’ verifika biex tiżdied it-trasparenza fil-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Fl-2025, id-DĠ Sħubijiet Internazzjonali ffinalizzaw ir-rieżami tal-istrateġija ta’ kontroll tiegħu bil-ħsieb li jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-qafas ta’ kontroll intern tiegħu. L-ewwel eżitu diġà miksub fil-bidu tal-2026 huwa t-tnaqqis tad-daqs tal-kampjun użat biex tiġi ddeterminata r-rata ta’ errur annwali, li jwassal għal titjib konsiderevoli fl-effiċjenza tal-kostijiet tal-kontrolli. Miżuri importanti oħra jinsabu fil-proċess ta’ finalizzazzjoni, bħad-dashboard tat-tfassil tal-profili tar-riskju, li se jwassal għal teħid ta’ deċiżjonijiet aktar informat dwar miżuri ta’ mitigazzjoni għal kuntratti b’riskju għoli u sħab ta’ implimentazzjoni b’riskju għoli.



Il-Faċilità għall-Ukrajna u l-faċilitajiet għall-Balkani tal-Punent u għall-Moldova huma tipi ġodda ta’ strumenti ( 42 ). B’mod simili għall-Faċilità għar-Reżiljenza u l-Irkupru (ara l-Anness 3), il-fondi jiġu żborżati wara valutazzjoni kwalitattiva tal-issodisfar sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u l-miri predefiniti/miftiehma (imsejħa “passi” fil-każ tal-faċilitajiet) li tkejjel l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment imfassla biex jirrispondu għall-isfidi ffaċċjati minn dawn il-pajjiżi u biex jagħtu spinta lill-progress tagħhom bil-ħsieb tal-adeżjoni tagħhom mal-UE. Dawn il-fondi jitħallsu mill-Kummissjoni lill-pajjiż benefiċjarju, u fil-każ tal-Faċilità għall-Balkani tal-Punent, parzjalment ukoll lill-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent u lill-Pjattaforma ta’ Investiment għall-Viċinat għall-Faċilità għall-Moldova. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tivverifikax it-tranżazzjonijiet bejn il-pajjiż u r-riċevituri finali individwali. Din hija r-raġuni għaliex dawn il-pagamenti jitqiesu li huma bbażati fuq il-prestazzjoni, għall-kuntrarju tal-pagamenti bbażati fuq il-konformità, li għalihom l-ammonti żborżati jikkorrispondu għall-fatturi u għan-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji/ir-riċevituri finali. Is-sitwazzjoni rigward il-pagamenti u l-iżborżi hija ppreżentata fil-graff ta’ hawn taħt.

Għall-aċċertament, b’mod simili għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni kwalitattiva tal-livell ta’ riskju assoċjat mal-pagamenti magħmula. Il-Kummissjoni tiffoka fuq l-evalwazzjoni tal-progress lejn il-kisba tal-passi u fuq il-funzjonament tas-sistemi stabbiliti mill-pajjiżi benefiċjarji biex jimmaniġġjaw il-fondi li b’hekk ikunu rċevew u l-konformità tagħhom mar-regoli u mar-regolamenti applikabbli. Din il-valutazzjoni kwalitattiva hija diffiċli biex tissarraf f’termini kwantitattivi b’rata ta’ errur, peress li din tal-aħħar hija valutazzjoni kwantitattiva, li hija pertinenti meta n-nefqa tkun tista’ tiġi attribwita direttament għal kriterju kwantitattiv. Barra minn hekk, l-investimenti u r-riformi inklużi fil-pjanijiet tal-pajjiżi huma differenti ħafna, u dan ifixkel kwalunkwe estrapolazzjoni statistika. F’dan il-kuntest, ma tistax tiġi ddeterminata rata ta’ errur sinifikattiva.

L-aċċertament għall-faċilitajiet tinkiseb permezz ta’ mudell ibbażat fuq ir-riskju li jikkombina tliet saffi komplementari ta’ kontroll u, fejn rilevanti, filwaqt li titqies il-ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Meta jiġi identifikat livell għoli ta’ riskju għal pagament, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’ joħroġ riżerva limitata għal pajjiż benefiċjarju, għal talba għal pagament speċifika u/jew għal entità ta’ implimentazzjoni. B’mod aktar speċifiku, għall-Faċilità għall-Ukrajna, il-pagamenti li saru fl-2025 jitqiesu bħala ta’ riskju baxx, skont il-mudell ta’ aċċertament fuq tliet livelli ta’ hawn taħt.

Saff primarju ta’ kontroll – awditu ex ante tal-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-pajjiż benefiċjarju joperaw sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll f’konformità mal-ftehim qafas bejn l-UE u l-pajjiż. Ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni ta’ mblokkar permezz tal-awditu tas-sistema fuq skala sħiħa mwettaq fl-ewwel snin tal-faċilitajiet.

Saff sekondarju – Verifiki ex ante tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-passi sottomessi għall-pagament fit-talba għal pagament. Xi wħud minn dawn il-passi jitqiesu li huma ta’ riskju baxx minħabba n-natura tagħhom, pereżempju li jikkorrispondu għal riformi leġiżlattivi.

Il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni ta’ kull talba għal pagament, flimkien mal-evidenza ta’ sostenn, mad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u mas-sommarji tal-awditjar ta’ akkumpanjament, u tikkonferma t-twettiq sodisfaċenti tal-passi u li ma tkun ġiet identifikata l-ebda kwistjoni.

Saff terzjarju – Awditiex post tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tippjana awditi mmirati fuq passi ta’ riskju ogħla (b’mod partikolari miżuri relatati mat-teknoloġija tal-informazzjoni, ir-reklutaġġ u l-passi relatati mal-investiment/mal-akkwist) ladarba jiġi rrapportat għadd suffiċjenti ta’ tali passi għall-pagament.

Għal dawn il-passi aktar riskjużi, se jsiru awditi ex post ad hoc dwar it-twettiq kontinwu tagħhom mit-tieni nofs tal-2026, jiġifieri meta jiġi ddikjarat għadd suffiċjenti ta’ passi ta’ riskju medju u għoli għall-pagament.

Għall-Ukrajna, il-pagamenti kollha li saru fl-2025 tqiesu bħala ta’ riskju baxx. Fir-rigward tal-awditu ex ante, l-awdituri ħarġu opinjoni kwalifikata b’rakkomandazzjonijiet biex tissaħħaħ is-sistema, iżda ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni ta’ mblokkar. L-awtoritajiet tal-Ukrajna aċċettaw bis-sħiħ 3 mit-23 sejba, u aċċettaw parzjalment tnejn. Il-passi kollha fit-talbiet għal pagament sottomessi ġew ivvalutati bħala ta’ riskju baxx u ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni oħra minn kontrolli ex ante fit-talbiet għal pagament sottomessi. Peress li ma ġie ddikjarat l-ebda pass ta’ riskju għoli li ġie ssodisfat fl-2025, ma twettaq l-ebda awditu ex post.

L-ammont totali ta’ miżuri preventivi u korrettivi naqas minn EUR 153,1 miljun fl-2024 għal EUR 74,1 miljun fl-2025. Din l-evoluzzjoni hija dovuta għat-tranżizzjoni għas-sistema kontabilistika l-ġdida tal-Kummissjoni, SUMMA, fejn jiġu rrapportati biss miżuri preventivi li jaqbżu l-EUR 500 000. Peress li l-miżuri preventivi kollha meħuda skont din l-intestatura jaqgħu taħt dan il-livell limitu, huma jaqgħu barra mill-ambitu tar-rapportar. Sa fejn huma kkonċernati l-miżuri korrettivi, id-differenza hija attribwita għal irkupri maġġuri li żiedu l-ammont ex post totali fl-2024.

Ir-riżerva li tikkonċerna proġetti fil-Libja, fis-Sirja u fl-Ukrajna fl-2025 inżammet fl-2025, iżda issa tinħareġ minn żewġ dipartimenti wara l-ħolqien ta’ dipartiment ġdid fil-Kummissjoni li jittratta r-reġjuni tal-Mediterran u tal-Afrika ta’ Fuq. Riżerva waħda tikkorrispondi għal programmi fil-Libja, fil-Palestina u fis-Sirja, u l-oħra tikkorrispondi għal programmi fl-Ukrajna. F’dawn il-pajjiżi, id-delegazzjonijiet tal-UE ma jistgħux jimplimentaw attivitajiet standard ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll minħabba restrizzjonijiet ta’ sigurtà u politiċi fuq il-post. Ġew stabbiliti miżuri ta’ mitigazzjoni, inklużi l-monitoraġġ mill-bogħod u l-kontroverifika ta’ informazzjoni minn diversi sorsi. Madankollu, dawn ma jippermettux li l-impatt fuq l-aċċertament tan-nefqa korrispondenti jiġi indirizzat bis-sħiħ.



Intetatura 7 – Amministrazzjoni pubblika Ewropea

Ammont totali ta’ nefqa rilevanti: EUR 8,9 biljun (2024: EUR 9,1 biljun( 43 )).

Riskju fil-waqt tal-pagament: 0,5 % (2024: 0,5 %).

Riskju fl-għeluq: 0,5 % (2024: 0,5 %).

Miżuri preventivi u korrettivi totali: EUR 0,1 miljun (2024: EUR 5,9 miljun):

miżuri preventivi: xejn (2024: EUR 4,3 miljun);

miżuri korrettivi: EUR 0,1 miljun (2024: EUR 1,6 miljun).

Riżervi: riżerva għar-reputazzjoni waħda (2024: riżerva għar-reputazzjoni waħda).

Ir-riskju fil-waqt tal-pagament għal din l-intestatura jibqa’ ta’ 0,5 %, li huwa konsistenti mat-tipi ta’ attività u ta’ nefqa taħt din l-intestatura. Din l-intestatura tiġbor flimkien is-servizzi u d-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni li fil-biċċa l-kbira jipprovdu servizzi lil servizzi u dipartimenti oħra tal-Kummissjoni u li ma għandhom l-ebda objettiv ta’ politika operazzjonali. Għalhekk, dawn l-entitajiet fil-biċċa l-kbira jimmaniġġjaw in-nefqa amministrattiva taħt il-modalità ta’ ġestjoni diretta, bħall-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali, li tirrappreżenta madwar 78 % tan-nefqa għal din l-intestatura.

Ir-riskju fil-waqt tal-pagament ġie stabbilit b’mod prudenti f’ammont ta’ 0,5 % għal dan it-tip ta’ nefqa b’riskju baxx. Billi l-biċċa l-kbira tas-sistemi ta’ kontroll korrispondenti jinvolvu b’mod predominanti kontrolli ex ante, il-korrezzjonijiet futuri stmati sikwit kienu jiġu stabbiliti f’ammont prudenti ta’ 0,0 %. B’hekk, ir-riskju fl-għeluq huwa daqs ir-riskju fil-waqt tal-pagament, u baqa’ baxx ħafna fl-ammont ta’ 0,5 %.

Fl-2025, it-total tal-ammont tal-miżuri preventivi u korrettivi naqas minn EUR 5,9 miljun għal EUR 0,16 miljun minħabba t-tnaqqis fil-miżuri preventivi. In-nuqqas ta’ miżuri preventivi fl-2025 huwa dovut għat-tranżizzjoni lejn is-sistema kontabilistika l-ġdida tal-Kummissjoni, SUMMA, fejn jiġu rrapportati biss miżuri preventivi li jaqbżu l-EUR 500 000. Peress li l-miżuri preventivi kollha meħuda skont din l-intestatura jaqgħu taħt dan il-livell limitu, huma jaqgħu barra mill-ambitu tar-rapportar.

F’dan il-qasam ta’ politika, inżammet ir-riżerva għar-reputazzjoni li tqajmet fl-2023 u fl-2024 dwar il-kwistjonijiet li nqalgħu fl-implimentazzjoni ta’ proċeduri u ta’ kompetizzjonijiet ta’ selezzjoni ġodda. Tqies prudenti li tinżamm ir-riżerva sakemm il-kompetizzjonijiet mal-kuntrattur il-ġdid, ippjanati fl-2026, ikunu saru skont il-pjan.

Qafas finanzjarju pluriennali intestatura 7 – Amministrazzjoni pubblika Ewropea 
ħarsa ġenerali lejn is-segmentazzjoni tar-riskju għall-2023-2025

Sors: Ir-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea għall-2025 ( 44 )

2.1.4. Ittieħdu miżuri ta’ effiċjenza

Fl-2025, 97 % tal-pagamenti (fil-valur) saru fl-iskadenza tal-pagament legali kontra 99 % fl-2024. It-tnaqqis żgħir fil-prestazzjoni għal dan l-indikatur huwa spjegat mit-tranżizzjoni fl-2025 għas-sistema kontabilistika l-ġdida tal-Kummissjoni, SUMMA. L-aġġustamenti għal din is-sistema l-ġdida kellhom impatt fuq il-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit, fuq il-proċessi u fuq l-attivitajiet ta’ ġestjoni finanzjarja, b’mod partikolari matul l-ewwel parti tas-sena. F’għadd limitat ta’ każijiet, dan irriżulta fi prestazzjoni aktar batuta għal xi indikaturi finanzjarji standard, bħall-pagament f’waqtu.

Iż-żmien għall-ħlas huwa l-indikatur ewlieni użat biex titkejjel l-effiċjenza tal-proċeduri u tal-kontrolli fis-seħħ biex isiru l-pagamenti u huwa ta’ importanza kbira, peress li ħafna benefiċjarji jiddependu minn dawn il-pagamenti biex iwettqu l-attivitajiet u l-proġetti tagħhom, li, min-naħa tagħhom, jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni qed tistinka kontinwament biex ittejjeb l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tagħha sabiex twettaq l-objettivi tagħha taħt restrizzjonijiet baġitarji stretti u tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-aġenda diġitali tagħha. Il-proċessi qegħdin jiġu rrazzjonalizzati biex ikun żgurat l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi limitati. Xi eżempji ta’ inizjattivi li jwasslu għal ekonomija u għal effiċjenza mtejba huma ppreżentati fil-kaxxa ta’ hawn taħt.

Eżempji ta’ ekonomija u ta’ effiċjenza mtejba

Waħda mill-miżuri li għadu jkollha l-usa’ effett u fit-tul hija ż-żieda fl-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, b’mod partikolari somom f’daqqa u kostijiet unitarji. Fil-qasam tar-riċerka, l-użu ta’ somom f’daqqa kiber b’mod sinifikanti. Fl-2025, is-somom f’daqqa ammontaw għal aktar minn 35 % tal-baġit ġenerali tas-sejħa għall-programm ta’ ħidma ewlieni Orizzont Ewropa, u laħqu b’suċċess l-għan ta’ mill-inqas 50 % għall-programm ta’ ħidma tal-2026-2027 adottat f’Diċembru 2025. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Orizzont Ewropa (adottata f’April 2025) ikkonfermat li l-għotjiet ta’ somma f’daqqa jnaqqsu b’mod effettiv il-piżijiet amministrattivi, jgħinu biex jiġu evitati erruri finanzjarji u l-enfasi tiġi ttrasferita mill-kontrolli finanzjarji għall-kontenut tal-proġett.

Fl-istess qasam, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka kompliet bl-isforzi tagħha għall-effiċjenza billi ppilotat għodod ta’ allokazzjoni ta’ esperti assistiti mill-intelliġenza artifiċjali biex tqabbel il-kwalità u l-effiċjenza tal-preallokazzjonijiet prodotti minn sistemi differenti. Barra minn hekk, hackathon ta’ simplifikazzjoni fl-2025 laqqa’ flimkien aktar minn 70 kollega biex jiġġeneraw ideat għar-razzjonalizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet tal-proposti u tal-ġestjoni tal-għotjiet, li informaw direttament l-iżvilupp tal-programm ta’ ħidma tal-2026-2027 u l-programm qafas li jmiss għar-riċerka u għall-innovazzjoni.

Fil-politiki ta’ azzjoni esterna, fid-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir u għall-Viċinat tal-Lvant, il-ftuħ u l-interoperabbiltà tad-data ssaħħew permezz tal-iżvilupp ta’ pjattaforma statistika mfassla biex tiġbor data kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fil-pajjiżi tat-tkabbir. Din il-pjattaforma tappoġġa valutazzjonijiet strutturati tal-prestazzjoni tal-istat tad-dritt, li jikkontribwixxu għal tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza.

Il-Pjattaforma ta’ Soluzzjonijiet li Jistgħu Jerġgħu Jintużaw, sett ta’ elementi kostitwenti ta’ software, tiffranka lid-dipartimenti tal-Kummissjoni milli jirrikjedu proċeduri ta’ akkwist jew perjodi ta’ żvilupp twal, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid ta’ servizzi lingwistiċi korporattivi multilingwi u artifiċjali bbażati fuq l-intelligence fejn xieraq. Is-suċċess ta’ dawn il-prinċipji ta’ “uża mill-ġdid, ixtri, ibni” kien viżibbli ħafna fl-2025, b’soluzzjonijiet diġitali ġodda żviluppati minn dipartimenti oħra, bħall-eAidRegister u l-eNotifications, li kisbu rati ta’ użu mill-ġdid ta’ aktar minn 70 % u minn 90 % billi bbażaw fuq dawn l-elementi kostitwenti korporattivi. Dan itejjeb l-ekonomija, l-effiċjenza u s-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni fil-livell korporattiv.

Fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni, l-ispinta għas-simplifikazzjoni aċċellerat fl-2025, li tirrifletti sensibilizzazzjoni dejjem akbar fost l-Istati Membri dwar l-importanza tar-razzjonalizzazzjoni tat-twassil tal-fondi. Filwaqt li jibni fuq għodod bħal Kohesio, id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana żviluppa disa’ finanzjamenti ġodda mhux marbuta ma’ mudelli ta’ kostijiet biex jissimplifikaw it-twettiq tal-prijoritajiet ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu. Matul is-sena, 18-il Stat Membru u sitt programmi Interreg żviluppaw 197 metodoloġija ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati li jammontaw għal EUR 8,1 biljun, filwaqt li 13-il Stat Membru żviluppaw 28 finanzjament mhux marbuta ma’ skemi ta’ kostijiet li jammontaw għal kważi EUR 5 biljun.



L-impatt tal-intelliġenza artifiċjali

Fl-2025, il-Bord ta’ Tmexxija tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-Kummissjoni kompla jimmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali fil-Kummissjoni ( 45 ) biex jimmassimizza l-opportunitajiet ta’ intelliġenza artifiċjali filwaqt li jimmitiga r-riskji u jiżgura l-konformità mal-Att tal-UE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali ( 46 ). In-network AI@EC Korporattiv eżistenti kompla jiffaċilita l-kollaborazzjoni dwar każijiet ta’ użu ta’ intelliġenza artifiċjali u estrapolazzjonijiet fost aktar minn 6 000 membru minn aktar minn 60 dipartiment u aġenzija tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE. Biex titrawwem kultura diġitali madwar l-istituzzjoni, tnieda b’suċċess network taċ-Champions fl-IA, li inkluda 105 rebbieħa f’aktar minn 50 dipartiment u aġenzija eżekuttiva tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, ġie avvanzat it-taħriġ tal-ewwel mudell lingwistiku kbir istituzzjonali tal-UE bl-użu tas-supercomputers Ewropej (Leonardo u MareNostrum 5), bl-għan li jittejbu s-servizzi tal-intelliġenza artifiċjali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Fir-rigward tar-riċerka u tal-innovazzjoni, ġiet osservata żieda sostanzjali fl-għadd ta’ proposti riċevuti għal ħafna sejħiet, li x’aktarx hija dovuta, mill-inqas parzjalment, għall-adozzjoni rapida tal-intelliġenza artifiċjali ġenerattiva mill-applikanti. Fl-2025, din ix-xejra żdiedet b’mod sinifikanti fost l-aġenziji eżekuttivi, b’żieda ta’ bejn 25 % u 49 %. Dan min-naħa tiegħu żied l-ammont ta’ xogħol u l-pressjoni fuq ir-riżorsi matul l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti, filwaqt li estenda l-kapaċità operazzjonali u ħalla impatt fuq l-indikaturi bħaż-żmien għall-għotja.

Hemm ukoll riskji assoċjati mal-użu tal-għodod tal-intelliġenza artifiċjali mill-esperti u mill-persunal tal-Kummissjoni, flimkien mal-implikazzjonijiet etiċi tal-użu ta’ tali għodda fil-proġetti. Xi eżempji huma dawn li ġejjin: preġudizzju pożittiv possibbli fl-evalwazzjonijiet favur proposti assistiti bl-intelliġenza artifiċjali minħabba l-kwalità aħjar tal-abbozzar, bid-detriment li tiġi injorata l-eċċellenza xjentifika fi proposti oħra; manipulazzjoni possibbli tal-curricula vitae tar-riċerkaturi, li teħtieġ żieda fil-kontrolli u fil-verifiki mill-esperti tal-evalwazzjoni; rati aktar baxxi ta’ kwalità u ta’ suċċess ta’ proġetti abbozzati bl-intelliġenza artifiċjali; u rapporti ta’ proġetti u riżultati tanġibbli b’kontenut mhux affidabbli.

Biex jiġu indirizzati kemm dawn ir-riskji kif ukoll iż-żieda fl-applikazzjonijiet, Task Force dwar l-IA qed tesplora kwistjonijiet emerġenti u tfassal miżuri biex tindirizzahom. Bħala aġġustament prattiku fl-2025, għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, tneħħa r-rekwiżit li l-applikanti juru robustezza fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali fil-proposti ewlenin tagħhom, bi kwalunkwe valutazzjoni neċessarja li minflok tiġi indirizzata permezz tal-proċess ta’ skrinjar tal-etika. L-aġenziji qed jibdew ukoll jingranaw l-intelliġenza artifiċjali huma stess biex jimmaniġġjaw l-ammont ta’ xogħol, bħall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka li tippilota għodod ta’ allokazzjoni tal-esperti assistiti bl-intelliġenza artifiċjali, u sistemi korporattivi bħall-Arachne+ li jintegraw l-intelliġenza artifiċjali u algoritmi ta’ apprendiment awtomatiku biex jitbassru r-riskji bħall-finanzjament doppju u l-falliment.



2.1.5.Il-kostijiet tal-kontrolli huma proporzjonati għar-riskji assoċjati

Fl-2025, wara li ġew ivvalutati l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tagħhom, id-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni waslu għal konklużjoni pożittiva dwar il-kosteffettività tal-kontrolli tagħhom. Ir-riżorsi allokati għall-kontrolli huma allinjati mar-riskji relatati man-natura tal-programmi u/jew mal-kuntest li fih jiġu implimentati. Il-kost tal-kontrolli, li għal xi dipartimenti jinkludi wkoll il-kost tas-superviżjoni tal-aġenziji eżekuttivi u tal-impriżi konġunti, baqa’ ġeneralment stabbli maż-żmien. Il-varjetà tal-programmi ta’ nfiq u l-karatteristiċi differenti tagħhom ma jippermettux li jsir tqabbil sinifikanti tal-kostijiet tal-kontrolli tagħhom. Madankollu, jistgħu jiġu identifikati xi fatturi komuni tal-kostijiet, kif muri fil-kaxxa tat-test li ġejja.

Eżempji ta’ fatturi ewlenin komuni tal-kostijiet

Il-kumplessità intrinsika tal-programmi ġestiti. L-għotjiet ibbażati fuq ir-rimborż tal-kostijiet reali jimplikaw kontrolli li jirrikjedu ħafna ħaddiema għall-kuntrarju ta’ finanzjament ibbażat fuq somom f’daqqa, fuq l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jew fuq finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, bħal strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni. Huwa fuq dan il-fattur ewlieni tal-kostijiet li l-Kummissjoni qed tiffoka, l-aktar billi tintroduċi għażliet għal simplifikazzjonijiet fil-programmi tagħha (eż. billi tiżviluppa għotjiet ta’ somma f’daqqa f’Orizzont Ewropa).

Il-kumplessità tal-ambjent li fih jiġu implimentati l-programmi. Il-kost tal-kontrolli x’aktarx li jkun ogħla fil-każ ta’ struttura organizzazzjonali f’diversi siti jew meta s-sħab u/jew il-benefiċjarji jkunu jinsabu barra mill-ġuriżdizzjoni tal-UE.

Il-volumi u l-ammonti li għandhom jiġu pproċessati. Għadd kbir ta’ pagamenti ta’ valur baxx se jiġġeneraw kostijiet ogħla tal-kontroll mill-pagamenti rikorrenti tal-massa, filwaqt li l-qafas regolatorju jirrikjedi ċerti kontrolli inkompressibbli. Dan jirriżulta f’diżekonomiji ta’ skala.

It-tip ta’ modalità ta’ implimentazzjoni tal-baġit. Skont il-modalità ta’ ġestjoni indiretta u kondiviża, il-kost tal-kontrolli jiġi kondiviż bejn il-Kummissjoni u s-sħab ta’ implimentazzjoni tagħha, filwaqt li għall-modalità ta’ ġestjoni diretta, il-piż jinġarr kompletament mill-Kummissjoni.

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm. Lejn l-istadju finali tal-programmi (eż. fil-modalità ta’ ġestjoni diretta), minkejja l-livell baxx ta’ nefqa, xorta jrid jitwettaq livell minimu ta’ kontrolli, li jirriżulta f’żieda fil-proporzjon tal-kost tal-kontrolli għan-nefqa kkontrollata.

Iż-żieda fil-kostijiet standard medji tal-persunal, xprunata minn aġġustamenti fis-salarji u minn fluttwazzjonijiet fir-rati tal-kambju tal-muniti. F’dawn l-aħħar snin, l-inflazzjoni wasslet għal żidiet sinifikanti fil-kostijiet tal-persunal, filwaqt li l-baġit ġenerali ġestit u kkontrollat kull sena baqa’ stabbli. F’azzjoni esterna, fattur addizzjonali huwa relatat mar-rati tal-kambju tal-muniti.

Għall-fini ta’ trasparenza u ta’ kompletezza, id-dipartimenti li jittrattaw il-ġestjoni kondiviża u/jew indiretta rrapportaw ukoll dwar il-kost tal-kontrolli fl-Istati Membri u fl-entitajiet fdati separatament mill-kost tal-kontrolli tal-Kummissjoni stess fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom.

3.Aċċertament tal-ġestjoni

Bħala parti mis-sistema ta’ governanza spjegata hawn fuq, l-aċċertament ġenerali tal-ġestjoni jiġi żgurat permezz tal-aċċertament mogħti mid-Diretturi Ġenerali, mis-Servizz tal-Awditjar Intern u mill-Kumitat tal-Progress tal-Awditu. Dan huwa ssupplimentat bl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri u jindika l-kwittanza tal-2024 mogħtija mill-awtorità baġitarja u s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza u tal-awditjar estern.

3.1.Valutazzjonijiet, aċċertament u riżervi ddikjarati mill-uffiċjali awtorizzanti

Għas-sena ta’ rapportar tal-2025, it-52 uffiċjal awtorizzanti b’delega ( 47 ) kollha, fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom ( 48 ) , iddikjaraw li kellhom aċċertament raġonevoli li (1) l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti tagħhom tippreżenta “stampa veritiera u ġusta” (jiġifieri affidabbli, kompluta u korretta) tas-sitwazzjoni fid-dipartimenti tagħhom; (2) ir-riżorsi assenjati għall-attivitajiet tagħhom intużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom u f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; u (3) il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li jqisu l-karattru pluriennali ta’ xi programmi u n-natura tal-pagamenti kkonċernati.

Fil-proċess ġenerali tagħhom tal-bini tal-aċċertament, u mill-perspettiva tal-ġestjoni tagħhom, l-uffiċjali awtorizzanti b’delega jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli matul is-sena, speċjalment ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom, biex jidentifikaw kwalunkwe dgħufija sinifikanti potenzjali f’termini kwantitattivi jew kwalitattivi għal kull programm jew segment tal-portafoll tagħhom. Fi tmiem kull sena finanzjarja, huma jiddeterminaw jekk l-impatt finanzjarju ta’ tali dgħufija huwiex probabbli li jkun ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 % u/jew jekk l-impatt fuq ir-reputazzjoni jkunx sinifikanti. Jekk iva, huma jikkwalifikaw id-dikjarazzjoni tal-aċċertament tagħhom b’riżerva għas-segment speċifiku affettwat.

Riżervi tal-baġit tal-UE: l-għadd u l-impatt finanzjarju skont il-qasam ta’ politika fl-2025 ( 49 ) (EUR miljun)

(*) Riżerva mhux ikkwantifikata.

Sors: Rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea.

Fl-2025, 19-il uffiċjal awtorizzanti b’delega kkwalifikaw id-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tagħhom b’riżerva waħda jew aktar. B’kollox inħarġu 32 riżerva: 30 għall-baġit tal-UE, 12 ġodda u 18 rikorrenti ( 50 ), 
u tnejn għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, riżerva rikorrenti dwar il-kunflitti ta’ interess fi Stat Membru wieħed, u riżerva ġdida dwar l-ilħuq sodisfaċenti ta’ żewġ objettivi intermedji fi Stat Membru ieħor.

Filwaqt li l-għadd ta’ riżervi ġodda għall-baġit tal-UE jammonta għal 12, dawn huma marbuta ma’ tliet kwistjonijiet sottostanti: rati ta’ errur residwu ogħla minn 2 % għal Orizzont Ewropa u għall-programm Ewropa Diġitali (li jaffettwa r-rapporti ta’ tmien servizzi u ta’ żewġ servizzi rispettivament), u rakkomandazzjoni kritika waħda tas-Servizz tal-Awditjar Intern li twassal għal riżerva f’żewġ rapporti. Peress li dawn il-kwistjonijiet huma relatati ma’ programmi implimentati f’diversi servizzi, dawn jirriżultaw f’għadd ġenerali ogħla ta’ riżervi ġodda mit-tliet riskji sottostanti distinti. Barra minn hekk, inħarġet riżerva ġdida dwar l-ilħuq sodisfaċenti ta’ żewġ objettivi intermedji fi Stat Membru ieħor għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Mis-snin preċedenti ġew riportati total ta’ 19-il riżerva. Dawn ir-riżervi nżammu prinċipalment minħabba li l-kawżi ewlenin tal-livell materjali ta’ errur jew in-nuqqas ta’ aċċertament jistgħu jiġu mitigati parzjalment, iżda mhux eradikati kompletament skont l-oqfsa legali tal-programmi kurrenti. L-ebda riżerva maħruġa fl-2024 ma tneħħiet fl-2025. Il-biċċa l-kbira tar-riżervi rikorrenti jikkonċernaw il-ġestjoni kondiviża, fejn kull riżerva tikkonsisti f’għadd akbar ta’ aġenziji tal-pagamenti u ta’ programmi operazzjonali, li għalihom is-sistemi fis-seħħ ma jiffunzjonawx jew ma jiffunzjonawx parzjalment biss, jew ir-rata ta’ errur tkun ogħla minn 2 %, meta mqabbla mal-2024.

Fi tmien każijiet, ma nħarġet l-ebda riżerva minħabba r-regola de minimis, fejn segmenti b’rata ta’ errur residwu ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 % ma jitqisux sostanzjali jekk jirrappreżentaw inqas minn 5 % tal-pagamenti totali tad-dipartiment u jkollhom impatt finanzjarju taħt il-EUR 5 miljun. L-impatt finanzjarju totali ta’ dawn il-każijiet fl-2025 kien limitat ħafna, li jammonta għal EUR 4,5 miljun, kważi nofs il-livell irreġistrat fl-2024.

L-impatt finanzjarju totali tar-riżervi kwantifikati tal-2025 taħt il-baġit tal-UE jammonta għal EUR 866,5 miljun ( 51 ), li jirrappreżentaw 0,5 % tan-nefqa rilevanti totali, li jirrapreżenta żieda meta mqabbel mal-2024 (0,2 %). Din iż-żieda hija xprunata mir-riżervi l-ġodda marbuta ma’ rati ogħla ta’ erruri f’Orizzont Ewropa u fil-programm Ewropa Diġitali, u minn għadd u volum ogħla ta’ riżervi fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni. Madankollu, l-impatt finanzjarju fl-2025 jibqa’ fil-medda tal-valuri tas-sena preċedenti. L-impatt finanzjarju tar-riżervi relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jammonta għal total ta’ EUR 326,1 miljun (ara d-dettalji fl-Anness 3, it-taqsima 2.2.10).

L-Anness 5 fil-Volum III jipprovdi lista sħiħa tar-riżervi għall-2025, flimkien ma’ spjegazzjonijiet u ma’ dettalji ulterjuri.



3.2.Il-ħidma tas-Servizz tal-Awditjar Intern u konklużjoni ġenerali

Id-Direttorati Ġenerali u s-servizzi tal-Kummissjoni jibbażaw ukoll l-aċċertament tagħhom fuq il-ħidma mwettqa mis-Servizz tal-Awditjar Intern.

Kif meħtieġ mill-karta tal-missjoni tiegħu, is-Servizz tal-Awditjar Intern joħroġ konklużjoni ġenerali annwali dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni. Din hija bbażata fuq il-ħidma tal-awditjar fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja fil-Kummissjoni li tkopri l-aħħar 3 snin (mill-2023 sal-2025). L-opinjoni ġenerali tqis ukoll l-informazzjoni minn sorsi oħrajn, b’mod partikolari r-rapporti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-opinjoni ġenerali hija maħruġa fl-istess ħin ta’ dan ir-rapport u tkopri l-istess sena.

Abbażi ta’ din l-informazzjoni tal-awditjar, l-Awditur Intern kien tal-fehma li, fl-2025, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ proċeduri ta’ governanza, ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll intern li, meħuda flimkien, huma adegwati biex jagħtu aċċertament raġonevoli dwar l-ilħuq tal-objettivi finanzjarji tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-oqsma ta’ ġestjoni finanzjarja li fuqhom l-uffiċjali awtorizzanti b’delega esprimew riżervi fid-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tagħhom kif elenkat fl-anness.

Mingħajr ma jikkwalifika aktar il-konklużjoni ġenerali għall-2025, l-Awditur Intern ġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi żgurat li l-qafas ta’ kontroll u aċċertament jibqa’ robust, proporzjonat u effettiv biex jimmaniġġja r-riskji għal livell aċċettabbli, speċjalment fil-kuntest ta’ prijoritajiet konkorrenti u pressjoni kontinwa fuq ir-riżorsi. Dan huwa spjegat ulterjorment fid-dettall fl-Anness 6 ta’ dan ir-rapport.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern iwettaq valutazzjoni indipendenti tal-effettività tal-governanza, tal-ġestjoni tar-riskju, u tal-proċessi ta’ kontroll għall-attivitajiet operazzjonali u ta’ politika, tal-ġestjoni finanzjarja u tal-funzjonijiet ta’ appoġġ fil-Kummissjoni u fid-dipartimenti tagħha, fl-aġenziji eżekuttivi u fl-uffiċċji Ewropej.
Huwa ħareġ konklużjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u għamel rakkomandazzjonijiet biex jiżgura l-konformità u jtejjeb il-prestazzjoni, l-effettività, l-effiċjenza u l-akkontabilità. Għar-rakkomandazzjonijiet kollha aċċettati jew dawk parzjamlent aċċettati, il-partijiet awditjati abbozzaw pjanijiet ta’ azzjoni li ġew sottomessi lis-Servizz tal-Awditjar Intern, li sussegwentement ivvalutawhom bħala sodisfaċenti jew talbu pjan ta’ azzjoni rivedut. Għar-rakkomandazzjonijiet li parzjalment ma ġewx aċċettati, il-partijiet awditjati aċċettaw ir-riskju residwu. Fl-aħħar nett, is-Servizz tal-Awditjar Intern segwa l-politika stretta ta’ segwitu tiegħu u vvaluta l-implimentazzjoni reali tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu mid-dipartimenti tal-Kummissjoni fuq bażi regolari. B’mod ġenerali, is-Servizz tal-Awditjar Intern iqis li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu maħruġa bejn l-2021 u l-2025 hija sodisfaċenti u komparabbli mal-perjodi ta’ rapportar preċedenti. Dan ir-riżultat jindika li s-servizzi tal-Kummissjoni huma diliġenti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u fil-mitigazzjoni tar-riskji identifikati mis-Servizz tal-Awditjar Intern.

L-Anness 6 jinkludi aktar informazzjoni dwar l-aċċertament ipprovdut mis-Servizz tal-Awditjar Intern. Barra minn hekk, rapport dwar il-ħidma tal-awditur intern jintbagħat mill-Kummissjoni lill-awtorità tal-kwittanza f’konformità mal-Artikolu 118(8) tar-Regolament Finanzjarju, bħala parti mill-pakkett ta’ rapportar finanzjarju
u ta’ rendikont.



3.3.Aċċertament miksub permezz tal-ħidma tal-Kumitat tal-Progress
tal-Awditu

Il-Kumitat tal-Progress tal-Awditu jissorvelja kwistjonijiet tal-awditjar fil-Kummissjoni u jirrapporta kull sena lill-Kulleġġ tal-Kummissarji. Huwa jiżgura l-indipendenza tas-Servizz tal-Awditjar Intern, jimmonitorja l-kwalità tal-ħidma tal-awditjar intern, u jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern u estern (jiġifieri mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri) jitqiesu kif xieraq mid-Direttorati Ġenerali u mis-servizzi tal-Kummissjoni u li dawn jingħataw segwitu xieraq.

Matul dan il-perjodu ta’ rapportar, li kompla jissawwar mill-fażi ta’ wara l-isfidi bla preċedent li ħallew impatt fuq l-UE mill-2020, il-kumitat żamm ir-rwol importanti tiegħu fit-tisħiħ tal-governanza, tal-prestazzjoni organizzazzjonali u tal-akkontabilità fl-organizzazzjoni kollha. Matul il-perjodu ta’ raportar, huwa organizza erba’ sessjonijiet ta’ laqgħat, li ffokaw fuq l-objettivi ewlenin stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma tal-2025 u tal-2026. Il-kumitat ħa nota tal-konverġenza wiesgħa bejn ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-maniġment u mis-Servizz tal-Awditjar Intern, li kompliet turi r-robustezza tal-approċċ tal-istituzzjoni.

Il-kumitat iddiskuta sejbiet tal-awditjar kritiċi u importanti ħafna mqajma mis-Servizz tal-Awditjar Intern mal-partijiet awditjati rilevanti u ħeġġeġ it-tlestija ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni mill-aktar fis possibbli. Huwa kellu diskussjonijiet dwar suġġetti importanti bħall-protezzjoni tad-data, ir-riżorsi umani u s-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li huma speċjalment rilevanti fl-ambjent kurrenti taċ-ċibersigurtà, u dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-istrumenti finanzjarji.

Il-kumitat kien sodisfatt bl-indipendenza tal-awditur intern u bil-kwalità tal-ħidma tal-awditjar intern u laqa’ r-riassigurazzjonijiet tal-awditur intern li l-pjan tal-awditjar għall-2026 jipprovdi kopertura tal-ogħla riskji u t-twettiq tal-konklużjoni ġenerali dwar il-ġestjoni finanzjarja. Ir-rata ta’ implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern baqgħet għolja ħafna (jiġifieri tkopri 94 % tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa u mogħtija segwitu matul l-2021-2025), u sa Diċembru 2025 kien hemm biss ħames rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern importanti ħafna li kienu ttardjaw għal aktar minn 6 xhur, xi ħaġa li l-kumitat qed jimmonitorja mill-qrib.

Il-kumitat kompla bl-iskambji tiegħu mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u kellu diskussjoni mal-awditur estern dwar l-istrateġija pluriennali tiegħu għall-2026-2030 u l-programm ta’ ħidma annwali tiegħu għall-2026. Huwa kompla wkoll jissorvelja l-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, u kien sodisfatt meta, għat-18-il darba konsekuttiva, il-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni favorevoli dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet konsolidati tal-UE.

Matul dan il-perjodu, il-kumitat ikkontribwixxa għar-reviżjoni tal-Karta tal-Missjoni tal-Kumitat tal-Progress tal-Awditu, u l-aħħar verżjoni tmur lura għall-2020. L-għan ta’ dan l-aġġornament kien prinċipalment li jirrifletti l-bidliet fil-Karta riveduta tal-Missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern ikkawżati mir-reviżjoni tal-Istandards Globali tal-Awditjar Intern, b’mod partikolari li jiċċara li peress li l-Kumitat tal-Progress tal-Awditu ma għandu l-ebda setgħa maniġerjali, ir-responsabbiltajiet tal-“bord”, fir-rigward tal-governanza tal-funzjoni tal-awditjar intern kif stabbilit fl-Istandards Globali tal-Awditjar Intern, jassumihom il-Kulleġġ tal-Kummissarji.

L-Anness 7 ta’ dan ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni, fil-Volum III, jinkludi aktar informazzjoni dwar il-ħidma u l-konklużjonijiet tal-kumitat.



3.4.L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet tal-2024 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Ir-Rapporti Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2024 u dwar l-attivitajiet iffinanzjati mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2024, ippubblikati f’Ottubru 2025, taw opinjoni favorevoli dwar il-kontijiet tal-UE għat-18-il sena konsekuttiva. Id-dħul kompla jkun ukoll ħieles minn errur materjali.

Fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tan-nefqa, skont il-qafas finanzjarju pluriennali, il-Qorti tal-Awdituri żammet l-opinjoni avversa tagħha, anke jekk il-livell ġenerali ta’ errur stmat tagħha għall-baġit tal-UE naqas minn 5,6 % fl-2023 għal 3,6 % fl-2024.

Il-Qorti tal-Awdituri tispjega l-opinjoni avversa tagħha kemm minħabba l-livell ta’ errur irrapportat kif ukoll il-fatt li għad hemm erruri materjali u pervażivi f’dik li l-Qorti tal-Awdituri tqis bħala nefqa b’riskju għoli. Il-Qorti tal-Awdituri tqis li tali nefqa spiss tkun soġġetta għal regoli kumplessi u hija bbażata prinċipalment fuq ir-rimborż tal-kostijiet, b’mod partikolari fl-oqsma tal-koeżjoni, r-riċerka u l-innovazzjoni, tal-iżvilupp rurali, tal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, u tal-viċinat u d-dinja. Hija tikkonkludi li n-nefqa b’riskju għoli rrappreżentat 68,9 % tal-popolazzjoni awditjata għall-2024 (meta mqabbla ma’ 64 % fl-2023).

Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Awdituri kkonfermat għal darba oħra li r-riskju ta’ errur huwa aktar baxx għan-nefqa soġġetta għal regoli aktar sempliċi, prinċipalment il-pagamenti bbażati fuq l-intitolamenti (għall-kuntrarju ta’ pagamenti bbażati fuq ir-rimborżi). Dan jikkonċerna, pereżempju, il-pagamenti diretti lill-bdiewa, iżda wkoll in-nefqa amministrattiva (l-aktar is-salarji u l-pensjonijiet fis-servizz ċivili tal-UE). Dawn iż-żewġ tipi ta’ nefqa għadhom ħielsa minn errur materjali.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ħarġet ukoll opinjoni tal-awditjar dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għar-raba’ darba. Hija qieset li l-effetti ġenerali tas-sejbiet tagħha huma materjali iżda mhux pervażivi fuq in-nefqa tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għal din is-sena. Abbażi ta’ dawn is-sejbiet kwantitattivi u kwalitattivi oħra, il-Qorti tal-Awdituri ħarġet opinjoni kwalifikata ( 52 ).

3.5.Kwittanza tal-baġit għall-2024

Il-Parlament ta l-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja tal-2024 fid-29 ta’ April 2026, wara li eżamina r-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, il-pakkett tar-rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjoni ta’ kwittanza tal-Kunsill. Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament stieden ukoll lil Kummissarji u lill-Viċi Presidenti Eżekuttivi magħżula għal seduti ta’ kwittanza strutturati skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali, wara li kellu skambji ta’ fehmiet ma’ Diretturi Ġenerali magħżula (iffokati fuq ir-rapporti annwali tal-attività rispettivi).

Matul il-proċedura, il-partijiet ikkonċernati ewlenin – il-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri – iffokaw fuq kif tiġi żgurata t-trasparenza fl-użu tal-baġit tal-UE, kif jittejbu r-riżultati tiegħu u kif ikompli jitnaqqas il-livell ta’ erruri. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kienet għal darba oħra wieħed mill-elementi ewlenin tad-diskussjonijiet dwar il-kwittanza minħabba l-kobor finanzjarju tagħha u n-natura speċifika tal-modalità ta’ kunsinna tagħha, li hija bbażata fuq il-prestazzjoni aktar milli bbażata fuq il-kostijiet imġarrba. Din id-diskussjoni dwar it-tagħlimiet misluta mill-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza spiss tqiegħdet fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali tal-2028-2034.

Id-diskussjonijiet dwar il-kwittanza semmew ukoll kwistjonijiet bħal:

l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

it-trasparenza tal-finanzjament ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-finanzjament għal attivitajiet ta’ promozzjoni;

il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni u ta’ assorbiment bla xkiel tal-fondi tal-UE u għas-simplifikazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri;

il-kost dejjem akbar tar-ripagament tad-dejn skont NextGenerationEU;

ir-reviżjoni tal-gwida dwar ir-riċevituri finali fil-pjanijiet nazzjonali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

il-ħruġ ta’ konklużjonijiet mill-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fid-dawl tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;

kooperazzjoni fost diversi partijiet ikkonċernati fl-arkitettura tal-UE kontra l-frodi;

il-metodoloġiji biex jiġi stmat il-livell ta’ errur u l-livell ta’ riskju, u l-każijiet fejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni laħqu konklużjonijiet differenti dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa;

il-ħtieġa ta’ approċċ komprensiv tal-UE għall-finanzjament tad-difiża.

Fil-proċedura annwali ta’ kwittanza, il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill (bħala ż-żewġ fergħat tal-awtoritajiet baġitarji u ta’ kwittanza) dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom permezz ta’ żewġ rapporti: (1) rapport ta’ segwitu ġenerali (ippubblikat fis-sajf); u (2) rapport aktar dettaljat bi tweġibiet għal talbiet speċifiċi mill-Parlament u mill-Kunsill (mibgħut fil-ħarifa).

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri, it-tweġibiet tal-Kummissjoni huma ppubblikati flimkien mar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, li jiddikjaraw liema rakkomandazzjonijiet huma aċċettati, parzjalment aċċettati jew miċħuda. Is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet aċċettati huwa traċċat f’għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li tiżgura t-traċċabbiltà ta’ kull pass tal-implimentazzjoni. Kull dipartiment tal-Kummissjoni jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport annwali tal-attività tiegħu. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet hija ppreżentata fuq bażi regolari lill-Kumitat tal-Progress tal-Awditu fil-kuntest tal-mandat tiegħu.

Il-Qorti tal-Awdituri timmonitorja wkoll l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha u tipprovdi feedback, sabiex tgħin lill-Kummissjoni ttejjeb l-attivitajiet ta’ segwitu tagħha. Fir-rapport annwali tagħha tal-2024, il-Qorti tal-Awdituri rrieżaminat il-punt sa fejn il-Kummissjoni kienet segwiet l-implimentazzjoni ta’ 194 rakkomandazzjoni tal-awditjar indirizzati lilha f’27 rapport speċjali ppubblikati fl-2021. Ħdax-il rakkomandazzjoni kienu għadhom mhux dovuti għall-implimentazzjoni fiż-żmien tar-rieżami ta’ segwitu tal-Qorti tal-Awdituri. Mill-183 rakkomandazzjoni li kien fadal, il-Kummissjoni kienet implimentat 100 (55 %) b’mod sħiħ, 40 (22 %) fil-biċċa l-kbira tagħhom
u 34 (18 %) f’xi aspetti. F’każ wieħed (1 %), ma kienet meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-istatus ta’ implimentazzjoni,

peress li l-Qorti tal-Awdituri qieset li r-rakkomandazzjoni ma kinitx għadha rilevanti. Mit-tmien rakkomandazzjonijiet (4 %) li l-Qorti tal-Awdituri qieset li ma ġewx implimentati, il-Kummissjoni ma kinitx aċċettat ħamsa. Meta mqabbel mas-sena preċedenti, il-proporzjon totali tar-rakkomandazzjonijiet implimentati bis-sħiħ jew fil-biċċa l-kbira implimentati żdied minn 68 % għal 77 %. Il-proporzjon ta’ rakkomandazzjonijiet mhux implimentati naqas minn 11 % għal 4 %.

4.Prospettiva għall-2026 u lil hinn

4.1.It-tħejjija tal-qafas finanzjarju pluriennali
2028-2034

F’Lulju 2025, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034. Din il-proposta tintroduċi baġit tal-UE mfassal mill-ġdid b’mod fundamentali, iċċentrat fuq il-flessibbiltà, fuq is-simplifikazzjoni u fuq l-impatt. Hija strutturata madwar prijoritajiet politiċi aktar ċari, tirrazzjonalizza l-programmi finanzjarji u l-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali, filwaqt li tiżgura investimenti u riformi mmirati fejn huma l-aktar meħtieġa. Din tinkludi wkoll sistema msaħħa ta’ riżorsi proprji biex jiġi ffinanzjat il-baġit, sabiex jiġu appoġġati l-prijoritajiet tal-UE filwaqt li tiġi ffaċilitata l-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali.

Waħda mill-miżuri ewlenin ta’ simplifikazzjoni proposti fil-proposta tal-Kummissjoni hija l-użu aktar mifrux ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, li t-tnejn għandhom inaqqsu b’mod sinifikanti l-obbligi ta’ rapportar fuq ir-riċevituri tal-fondi, billi jiffokaw il-verifiki u l-kontrolli fuq ir-riżultati tanġibbli tal-proġetti aktar milli fuq il-kostijiet, u jnaqqsu l-kumplessità tal-programmi, u b’hekk inaqqsu r-rati ta’ errur.

Il-proposta għal Regolament dwar il-prestazzjoni ( 53 ) se tipprovdi dawn li ġejjin: (1) metodoloġija komuni biex tiġi traċċata n-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-mitigazzjoni tal-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-ambjent u l-objettivi soċjali; (2) lista komuni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni; (3) rapport uniku dwar il-prestazzjoni; u (4) portal tal-gateway unika.

L-armonizzazzjoni tal-indikaturi tat-traċċar u tal-prestazzjoni tan-nefqa permezz ta’ lista komuni unika ta’ oqsma u ta’ indikaturi ta’ intervent, kif inkorporata fil-proposta, hija mistennija li tiġġenera titjib ulterjuri fl-effiċjenza u ffrankar amministrattiv fit-tul. Dan l-iffrankar potenzjali jista’ jirriżulta b’mod partikolari mit-tnaqqis fl-għadd totali ta’ indikaturi tal-prestazzjoni minn 5 000 għal madwar 700.

Il-portal tal-Gateway Unika propost – li jgħaqqad aktar minn 30 portal u dashboard f’punt ta’ dħul uniku – għandu wkoll itejjeb aktar it-trasparenza u l-aċċessibbiltà billi jipprovdi punt ta’ dħul uniku għall-informazzjoni dwar il-baġit tal-UE, inklużi l-opportunitajiet ta’ finanzjament, u dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati.

4.2.Rieżami fuq skala kbira tal-organizzazzjoni u tal-operazzjonijiet
tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni bdiet diskussjoni dwar ir-rieżami fuq skala kbira tal-organizzazzjoni u tal-operazzjonijiet tagħha f’Marzu 2025. Abbażi tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet interni estensivi, u filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi minn eżerċizzji preċedenti ta’ bidla organizzazzjonali, il-flussi tax-xogħol jiffokaw fuq tliet pilastri ewlenin minsuġa flimkien: l-istrutturi, il-proċessi, u l-persuni u l-kultura. Ir-rakkomandazzjonijiet finali huma mistennija jiġu sottomessi lill-President qabel tmiem l-2026, bl-implimentazzjoni tibda fl-2027.

Anness 3 – Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza skontNextGenerationEU

1.Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza–
għodda innovattiva u ta’ suċċess għar-rispons għall-kriżijiet

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ( 54 ) hija l-qofol tan-NextGenerationEU, stabbilita biex tgħin lill-Istati Membri tal-UE jirkupraw aktar malajr mill-pandemija tal-COVID-19 u jsiru aktar reżiljenti. Hija tipprovdi għodda b’saħħitha fil-livell tal-UE biex tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali aċċellerati u ambizzjużi. Fl-2022, ġiet estiża biex tinkludi l-kapitoli ta’ REPowerEU fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u b’hekk tikkontribwixxi għall-pjan ta’ REPowerEU, ir-rispons tal-Kummissjoni Ewropea għat-tbatija ekonomika, l-inflazzjoni għolja u l-kriżi tal-enerġija kkawżati mill-invażjoni Russa fuq skala sħiħa mhux provokata tal-Ukrajna.

Il-Kummissjoni vvalutat 34 talba għal pagament, sottomessi minn 24 Stat Membru differenti (kollha ħlief il-Ġermanja, il-Litwanja u l-Ungerija) li jkopru 1 174 objettiv intermedju u mira b’kollox (794 objettiv intermedju u 380 mira). Sa tmiem l-2025, 52 % tal-objettivi intermedji u tal-miri kollha b’data ta’ maturità indikattiva sa Q4 2025 ġew ivvalutati bħala ssodisfati mill-Kummissjoni u 26 % addizzjonali ġew irrapportati mill-Istati Membri bħala lesti. ( 55 ). L-objettivi intermedji u l-miri relatati mal-iżborżi jappartjenu għal ambitu kbir ta’ miżuri li jkopru s-sitt pilastri tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – l-implimentazzjoni tal-objettivi intermedji u tal-miri

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Fl-2025, il-Kummissjoni żborżat total ta’ EUR 87,3 biljun, inklużi EUR 40,1 biljun  
f’appoġġ mhux ripagabbli u EUR 47,2 biljun f’self. L-element viżwali ta’ hawn taħt jippreżenta l-iżborżi magħmula fl-2025 għal kull Stat Membru.

L-iżborżi li saru fl-2025 għal kull Stat Membru għal appoġġ mhux ripagabbli u self, inkluż prefinanzjament (EUR milljun)

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Għall-faċilità kollha, dan ġab l-iżborżi totali għal EUR 393,4 biljun minn pakkett totali ta’ EUR 637,1 biljun fi tmiem l-2025 (ara d-dettalji fl-element viżwali ta’ hawn taħt).

Żborżi magħmula u li għandhom isiru, fi tmiem l-2025

Sors:  Tabella ta’ valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza .

1.1.Progress li sar fl-2025 – l-iżgurar ta’ implimentazzjoni f’waqtha

L-iżgurar tal-implimentazzjoni f’waqtha tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza baqa’ prijorità ċentrali għall-Kummissjoni fl-2025. L-attivitajiet fl-2025 iffokaw fuq il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru u reżiljenza, fuq il-valutazzjoni tat-talbiet għal pagament tal-Istati Membri u fuq ir-razzjonalizzazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom sa tmiem l-2026.

F’Ġunju 2025, il-Kummissjoni appellat lill-Istati Membri biex jirrazzjonalizzaw il-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza tagħhom sabiex jimmassimizzaw l-impatt fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni u tat-tmiem li qed joqrob tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-2026 ( 56 ). Il-Kummissjoni pprovdiet gwida dwar ir-reviżjonijiet tal-pjanijiet, filwaqt li enfasizzat li l-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza għandhom iżommu biss dawk il-miżuri li jistgħu jiġu implimentati bis-sħiħ sal-31 ta’ Awwissu 2026. Dan l-approċċ għandu l-għan li jissimplifika l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tat-talbiet għal pagament u li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi, filwaqt li jiżgura li l-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza jibqgħu kompletament konformi mar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Fl-2025, waslu 50 talba għal reviżjoni li ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-Kummissjoni, hekk kif l-Istati Membri komplew jirrevedu l-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza tagħhom biex jindirizzaw id-dewmien fl-implimentazzjoni u biex jimmitigaw ir-restrizzjonijiet esterni, u involvew ruħhom fi sforz biex jissimplifikaw l-objettivi intermedji u l-miri. Sa tmiem l-2025, tneħħew 543 objettiv intermedju u mira, li wasslu għal tnaqqis ta’ madwar 20 % fl-għadd pendenti ta’ objettivi intermedji u ta’ miri li tħallew biex jiġu vvalutati fil-fażi finali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Fir-rigward tar-REPowerEU, f’Lulju 2025, il-Kunsill adotta l-aħħar kapitolu, għall-Bulgarija, li ġab l-għadd totali ta’ kapitoli ta’ REPowerEU għal 27, li jammontaw għal total ta’ EUR 57,6 biljun f’finanzjament. B’riżultat tar-reviżjonijiet li saru fl-2025, il-pakkett finanzjarju totali skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ammonta għal EUR 637 biljun, maqsuma f’EUR 360 biljun f’appoġġ mhux ripagabbli (żieda ta’ EUR 1 biljun meta mqabbel mal-2024) u f’EUR 277 biljun f’self (tnaqqis ta’ EUR 14-il biljun).



1.2.Il-kisba tar-riżultati tal-prestazzjoni

L-Istati Membri jużaw il-fondi pprovduti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jimplimentaw riformi u investimenti ambizzjużi li se jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Ir-riżultati miksuba sa tmiem l-2025 jindikaw li l-faċilità qed tagħmel differenza ewlenija fil-ħajja taċ-ċittadini tal-UE. L-indikaturi komuni juru l-progress tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u r-reżiljenza lejn objettivi komuni u l-prestazzjoni ġenerali tal-faċilità.

Indikatur komuni

Riżultati sal-aħħar
tal-2025

Iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija primarja

37 568 052 MWh/sena

Kapaċità operazzjonali addizzjonali installata għall-enerġija rinnovabbli

62 444 MW u  
18 MW għall-idroġenu

Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (punti tar-riforniment/tal-irriċarġjar)

940 866

Popolazzjoni li tibbenefika minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħar, in-nirien fis-selvaġġ u diżastri naturali oħrajn relatati mal-klima

36,8 miljun

Abitazzjonijiet addizzjonali b’aċċess għall-internet ipprovdut permezz ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna

17,6 miljun

Intrapriżi appoġġati għall-iżvilupp jew għall-adozzjoni ta’ prodotti, ta’ servizzi u ta’ proċessi ta’ applikazzjoni diġitali

1,4 miljun

Utenti ta’ servizzi, ta’ prodotti u ta’ proċessi diġitali pubbliċi ġodda u aġġornati

2 402 miljun ( 57 )

Riċerkaturi li jaħdmu f’faċilitajiet ta’ riċerka appoġġati

231 136

Intrapriżi appoġġati (żgħar (inklużi mikro), ta’ daqs medju u kbar)

4,9 miljun

Għadd ta’ parteċipanti fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ

30,7 miljun

Għadd ta’ persuni f’impjieg jew involuti f’attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg

3,5 miljun

Kapaċità ta’ faċilitajiet ġodda jew immodernizzati tal-kura tas-saħħa

60,2 miljun

Kapaċità tal-klassi ta’ faċilitajiet ġodda jew immodernizzati għall-indukrar tat-tfal u għall-edukazzjoni

4,2 miljun

Għadd ta’ żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena li jirċievu appoġġ

12,7 miljun

Barra minn hekk, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għenet biex jitwettqu xi riformi ewlenin matul l-ewwel 4 snin ta’ implimentazzjoni, inkluż dan li ġej.

L-iżgurar tal-aċċess għall-kura medika, billi tiġi stabbilita sistema ta’ rimborż għall-infermiera biex tinċentivahom jaħdmu f’żoni remoti, u billi jiżdied is-sehem ta’ persuni ammessi għat-taħriġ tal-infermiera (l-Estonja).

L-abilitazzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politika li jivvalutaw u jillimitaw aħjar il-piżijiet regolatorji fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li tippromwovi ambjent aktar ta’ appoġġ għat-tkabbir tagħhom (l-Irlanda).

Ir-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-enerġija rinnovabbli u għall-infrastruttura tal-elettriku. Il-leġiżlazzjoni tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, tistabbilixxi skadenzi ċari, tneħħi r-restrizzjonijiet fuq l-awtokonsum u ttejjeb l-allokazzjoni tal-kapaċità tan-network (Spanja).

L-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni biex tħeġġeġ il-konformità mar-regoli tat-taxxa u ttejjeb l-effettività tal-awditi u tal-kontrolli. Riforma waħda tejbet il-kwalità tal-bażijiet tad-data użati biex jiġu prodotti ittri ta’ konformità (jiġifieri avviżi li permezz tagħhom l-awtoritajiet tat-taxxa Taljani jirrapportaw diskrepanzi). B’riżultat ta’ dan, id-dħul mit-taxxa ġġenerat mill-ittri ta’ konformità żdied bi 30 % meta mqabbel mal-2019 (l-Italja).

L-introduzzjoni ta’ riformi biex tittejjeb is-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u fit-tul. Dawn jinkludu t-titjib tas-sostenibbiltà fiskali fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet permezz ta’ bidliet fl-ewwel pilastru tal-pensjonijiet Ħallas Waqt Li Tkun Għaddej u t-titjib tal-funzjonament tat-tieni pilastru tal-pensjonijiet, flimkien mat-tisħiħ tad-dixxiplina fiskali permezz ta’ limiti massimi pluriennali vinkolanti tan-nefqa (is-Slovakkja).

Barra minn hekk, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kkontribwiet biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tar-riformi strutturali billi kkomplementathom b’investiment ewlieni. Ftit minn dan l-investiment, b’passi ewlenin li diġà tlestew, jinkludu dan li ġej.

L-għoti ta’ 147 557 kreditu ta’ taxxa lin-negozji għall-appoġġ fl-innovazzjoni u fid-diġitalizzazzjoni, permezz ta’ investiment f’beni kapitali tanġibbli u intanġibbli, f’assi intanġibbli standard, fir-riċerka u l-iżvilupp, fl-innovazzjoni u f’attivitajiet ta’ taħriġ (l-Italja, EUR 13,4 biljun).

Il-ħolqien ta’ aktar minn 21 000 post ta’ studju ġdid fl-edukazzjoni vokazzjonali reġjonali fil-livell sekondarju għoli, bi prijorità mogħtija lill-persuni qiegħda jew lill-persuni b’livelli ta’ edukazzjoni taħt l-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell (l-Iżvezja, EUR 92 miljun).

L-iżvilupp ta’ pjattaforma dedikata u ż-żieda fil-finanzjament għall-bordijiet tal-iskejjel biex jiġu appoġġati l-istudenti fl-aħħar sena tal-iskola tagħhom, bl-għan li jiġi mmitigat it-telf ta’ apprendiment minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (in-Netherlands, EUR 19,5 miljun).

It-titjib taċ-Ċentru tal-Isptar Kliniku Sestre Milosrdnice b’tagħmir mediku modern, b’għodod diġitali, u bi klinika tan-newrokirurġija rinnovata, biex tiġi ffaċilitata kura aktar rapida u aktar effiċjenti, esperjenza mtejba tal-pazjenti, u żieda ta’ 22 % fil-kapaċità tat-trattament. L-isptar issa jaqdi aktar minn 700 000 pazjent fis-sena (il-Kroazja, EUR 16,3 miljun).

L-introduzzjoni ta’ interventi bikrija fit-tfulija biex jiġu appoġġati l-familji f’sitwazzjonijiet vulnerabbli matul it-tqala u t-tfulija bikrija, u b’hekk tiġi promossa l-ugwaljanza fis-saħħa u l-ġustizzja soċjali. Il-programm kiseb kopertura sħiħa fid-distretti kollha (l-Awstrija, EUR 15-il miljun).

Il-bidu tal-operat taċ-Ċentru tad-Data dwar l-Enerġija, u b’hekk it-titjib tal-prekundizzjonijiet għall-konnessjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli billi tiġi razzjonalizzata d-data meħtieġa. Dan jippermetti l-aggregazzjoni tal-flessibbiltà filwaqt li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-komunitajiet tal-enerġija u l-kondiviżjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli (is-Slovakkja, EUR 3,3 miljun).

Ħarsa ġenerali lejn kif qed timxi l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza hija pprovduta permezz tat- tabella ta’ valutazzjoni għall-irkupru u r-reżiljenza u l-mappa tal-proġetti appoġġati mill-faċilità.

Kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa meħtieġ li jikkontribwixxi mill-inqas 37 % u 20 %, rispettivament, għall-objettivi klimatiċi u diġitali. Dan huwa rifless fil-kontribuzzjoni baġitarja sinifikanti tal-faċilità kemm għat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll dik diġitali.

Kontribuzzjoni għall-klima. EUR 264,2 biljun mill-2021 sal-2025 (42,7 % tal-pakkett totali, inklużi appoġġ mhux ripagabbli u self).

Kontribuzzjoni diġitali. EUR 150,9 biljun mill-2021 sal-2025 (24,4 % tal-pakkett totali, inklużi appoġġ mhux ripagabbli u self).

2.Ir-riżultati tal-kontroll jikkonfermaw l-ilħuq sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri kollha għall-pagamenti li saru fl-2025

2.1.Ambjent ta’ kontroll dedikat biex tiġi żgurata l-protezzjoni
tal-fondi tal-UE

Ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE. Il-faċilità hija strument kompletament ibbażat fuq il-prestazzjoni u, għall-kuntrarju tal-maġġoranza ta’ programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-UE, il-Kummissjoni ma tirrimborżax lill-Istati Membri abbażi tal-kostijiet reali mġarrba għar-riformi u għall-investiment inklużi fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. Minflok, il-Kummissjoni tħallas pagamenti parzjali predefiniti biss meta l-objettivi intermedji u l-miri miftiehma jintlaħqu b’mod sodisfaċenti. Il-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ladarba jiġu żborżati, jidħlu f’kull baġit nazzjonali mingħajr ebda rabta diretta man-nefqa mġarrba biex jiġu ffinanzjati r-riformi u l-investiment. Skont ir-regolament, l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li l-faċilità tiġi implimentata f’konformità mar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali u mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirċievi aċċertament suffiċjenti mingħandhom f’dak ir-rigward.

L-Istati Membri jridu jistabbilixxu sistemi adegwati ta’ monitoraġġ u kontroll biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE u biex jiżguraw li l-użu tal-fondi jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali. Dawn is-sistemi huma deskritti fid-dettall fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u ġew ivvalutati mill-Kummissjoni qabel ma ġie adottat kull pjan. Matul il-ħajja tal-faċilità, l-Istati Membri jridu jiżguraw l-effettività ta’ dawn is-sistemi ta’ kontroll. B’mod partikolari, huma jridu jwettqu ħidma sistematika biex jiżguraw li s-sistemi jipprevjenu, jindividwaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet. Jekk Stat Membru jindividwa xi irregolaritajiet speċifiċi, huwa jrid jieħu azzjoni biex jikkoreġihom u jinforma lill-Kummissjoni bihom. Jekk Stat Membru ma jagħmilx il-korrezzjonijiet meħtieġa f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew kunflitt ta’ interess, il-Kummissjoni se tnaqqas jew tirkupra l-ammonti affettwati mill-Istat Membru. Barra minn hekk, jekk Stat Membru jikser serjament l-obbligi tiegħu skont il-ftehimiet ta’ finanzjament jew ta’ self, il-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjoni b’rata fissa għall-fondi riċevuti mill-Istat Membru fil-kuntest tal-faċilità.

Il-Kummissjoni fasslet l-istrateġija ta’ kontroll tagħha biex tikkonforma bis-sħiħ mar-responsabbiltajiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ara l-ħarsa ġenerali fl-element viżwali ta’ hawn taħt).

Il-Kummissjoni trid tiżgura l-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-Istati Membri, li huma marbuta biss mal-ilħuq sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet ex ante tat-talbiet kollha għal pagament riċevuti mill-Istati Membri; awditi ex post għal għażla ta’ talbiet għal pagament, ta’ objettivi intermedji u ta’ miri; awditi tas-sistema fuq l-objettivi intermedji u fuq il-miri; u l-analiżi tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-Istati Membri u tas-sommarji tal-awditi

Il-Kummissjoni għandha d-dritt li tnaqqas u tirkupra kwalunkwe ammont, jew titlob ripagament bikri tas-self, f’każijiet ta’ frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE li ma jkunux ġew ikkoreġuti u rkuprati mill-Istat Membru, jew f’każijiet fejn l-informazzjoni u l-ġustifikazzjoni sottostanti għal talba għal pagament jinstab li ma humiex korretti, jew għal ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-ftehim ta’ finanzjament u/jew ta’ self iffirmat mal-Istat Membru. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll deskritti fil-pjanijiet (u reviżjonijiet sussegwenti) sottomessi lill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni twettaq awditi tas-sistema dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE fl-Istati Membri matul id-durata kollha tal-faċilità u awditi dwar il-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar. Hija tivvaluta wkoll il-verifiki mwettqa mill-Istati Membri dwar il-konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku u mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat inkluża l-effettività ta’ dawn il-verifiki.

L-implimentazzjoni f’waqtha tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar pendenti hija kruċjali, b’mod partikolari minħabba li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza qed toqrob lejn il-fażi finali tagħha. Il-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar maħruġa ( 58 ).

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – ħarsa ġenerali lejn l-ambjent ta’ kontroll fil-livell tal-Kummissjoni

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati tal-kontroll u tal-livell ta’ riskju assoċjat mal-operazzjonijiet. Għall-kuntrarju ta’ programmi oħrajn tal-UE, din il-valutazzjoni ma tistax tiġi kkwantifikata b’rata ta’ errur. Ir-rati ta’ errur jirriflettu valutazzjoni kwantitattiva, li tkun pertinenti meta n-nefqa tkun tista’ tiġi attribwita direttament għal kriterju kwantitattiv. Il-pagamenti fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huma bbażati fuq valutazzjoni kwalitattiva tal-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri, li hija diffiċli biex tissarraf f’termini kwantitattivi. Anki meta l-objettivi intermedji u l-miri ma jkunux intlaħqu b’mod sodisfaċenti, u jsir tnaqqis, dan it-tnaqqis ma jistax jikkorrispondi għal ammont ta’ nefqa ineliġibbli. Barra minn hekk, l-investimenti u r-riformi inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza huma differenti ħafna, kemm fi Stat Membru kif ukoll bejn l-Istati Membri, li jipprevjenu kwalunkwe estrapolazzjoni statistika. F’dan il-kuntest, ma tistax tiġi ddeterminata rata ta’ errur sinifikattiva.

Matul l-2025 u l-ewwel nofs tal-2026, il-Kummissjoni kkonsolidat l-arkitettura eżistenti tal-awditjar u tal-kontroll billi introduċiet titjib immirat, inkluż billi qieset rakkomandazzjonijiet ġodda mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

·Il-Gwida dwar il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern stabbiliti mill-Istati Membri skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“Guidance on the assessment of the internal control systems set in place by the Member States under the Recovery and Resilience Facility”), kif ukoll il-Gwida għall-Istati Membri għat-tħejjija tas-sommarju tal-awditi skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“Guidance to Member States for the preparation of the summary of audits under the Recovery and Resilience Facility”) ġew aġġornati. Il-punti ewlenin ta’ kontroll fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u tal-għajnuna mill-Istat ġew iċċarati u estiżi, skont ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-Rapport Speċjali tal-QEA ta’ 09/2025 dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat. U l-gwida ġiet ikkomplementata bl-aħjar prattiki fir-rigward tal-irkupru tal-ammonti affettwati mill-frodi u għar-rapportar ta’ frodi u ta’ każijiet frawdolenti suspettati, biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-QEA fir-Rapport Speċjali tagħha 06/2026 dwar l-indirizzar tal-frodi fl-RRF.

·F’April 2026, il-Kummissjoni adottat il-Linji Gwida għall-Istati Membri dwar aspetti operazzjonali relatati mal-fażi finali u l-għeluq tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dawn jiddeskrivu l-passi finali tal-implimentazzjoni tal-programm sa tmiem l-2026 u l-proċeduri u l-obbligi applikabbli wara l-2026, anke fir-rigward tal-awditjar u tal-kontroll. Ifakkru fil-qafas regolatorju u jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar kif il-Kummissjoni beħsiebha topera aspetti ewlenin tal-għeluq tal-Faċilità. Dawn jiċċaraw ukoll l-obbligi kontinwi tal-Istati Membri fir-rigward tal-perjodu wara l-2026 u tipprovdi dati finali għall-obbligi ta’ rapportar relatati mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

2.2.Ir-riżultati tal-kontroll huma fil-biċċa l-kbira pożittivi

2.2.1.Approvazzjoni sħiħa tal-pjanijiet riveduti wara l-valutazzjoni tagħhom

Fil-kuntest tar-reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali, is-sistemi tal-awditjar u tal-kontroll tal-Istati Membri rispettivi ġew ivvalutati mill-ġdid fl-2025, filwaqt li tqieset l-informazzjoni ġdida u addizzjonali kollha miksuba, minn meta saret il-valutazzjoni oriġinali, b’mod partikolari permezz tad-diversi awditi mwettqa mill-Kummissjoni. Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni qieset jekk l-arranġamenti għas-sistema tal-awditjar u tal-kontroll imressqa mill-Istati Membri fil-pjanijiet riveduti kinux (għadhom) adegwati. Fl-2025, ġew approvati total ta’ 50 reviżjoni u l-Kummissjoni pproponiet objettiv intermedju wieħed addizzjonali tal-awditjar u tal-kontroll (għas-Slovakkja).

2.2.2.Kontrolli ex ante fl-istadju tal-pagament

Fl-2025, il-Kummissjoni vvalutat u ħallset 34 talba għal pagament sottomessi minn 24 Stat Membru, li jikkorrispondu għal 794 objettiv intermedju u 380 mira (1 174 b’kollox), li minnhom 11 ġew ivvalutati bħala li ma ntlaħqux b’mod sodisfaċenti. Sussegwentement, partijiet mill-iżborżi ġew sospiżi għat-talbiet għal pagament korrispondenti sottomessi mir-Rumanija (1), minn Spanja (1) u mill-Bulgarija (2), u ġew applikati sospensjonijiet ta’ pagamenti li jammontaw għal EUR 1 737,5 miljun ( 59 ). Il-Kummissjoni neħħiet ukoll is-sospensjoni għal tliet objettivi intermedji u miri (Spanja (1), Ċipru (1) u ċ-Ċekja (1)) peress li l-miżuri neċessarji kienu ttieħdu biex jintlaħqu b’mod sodisfaċenti l-objettivi intermedji u l-miri relatati. Il-Kummissjoni naqqset il-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru wieħed għal objettiv intermedju wieħed li baqa’ ma ntlaħaqx b’mod sodisfaċenti sa tmiem il-proċedura ta’ sospensjoni ( 60 ). Fil-każ tal-Belġju, filwaqt li ġiet adottata deċiżjoni ta’ sospensjoni fl-2024, is-sospensjoni tneħħiet fl-2025 peress li sussegwentement il-pjan nazzjonali ġie rrivedut.

Valutazzjoni pożittiva tal-objettivi intermedji speċifiċi dwar l-awditjar u l-kontroll  
għall-Istati Membri kollha

Mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, total ta’ 83 objettiv intermedju tal-awditjar u tal-kontroll ġew inkorporati fil-pjanijiet nazzjonali ta’ 24 Stat Membru ( 61 ). Sal-aħħar ta’ Mejju 2026, 56 kienu ġew ivvalutati mill-Kummissjoni bħala li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti, fi 23 Stat Membru. Il-Kummissjoni vvalutat l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi intermedji abbażi ta’ eżamijiet dokumentarji u analiżijiet fil-fond tal-evidenza pprovduta mill-Istati Membri. Is-27 objettiv intermedju tal-awditjar u tal-kontroll kollha li jifdal huma relatati mal-Ungerija, li għad trid tissottometti l-ewwel talba għal pagament tagħha.

Eżempji ta’ tali objettivi intermedji

·L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ repożitorju għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

·Id-dħul fis-seħħ ta’ liġijiet jew ta’ digrieti li jistabbilixxu mandati legali jew li jiddefinixxu proċeduri ta’ awditjar u ta’ kontroll.

·Il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni rigward il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-adozzjoni ta’ strateġija tal-awditjar li tiżgura awditjar indipendenti u effettiv tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Barra minn hekk, bħala segwitu għall-valutazzjoni pożittiva tal-objettivi intermedji tal-awditjar u tal-kontroll implimentati, 13-il impenn saru minn 11-il Stat Membru (il-Belġju, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Finlandja) biex jiżguraw it-twettiq kontinwu tal-objettivi intermedji relatati tal-awditjar u tal-kontroll. It-13-il impenn kollha ġew implimentati (ħamsa fl-2025), abbażi tal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni ppubblikata flimkien mat-talbiet għal pagament rispettivi.

Analiżi tas-sommarji tal-ġestjoni u tal-awditjar tikkonferma l-valutazzjoni  
inizjali tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni rrieżaminat id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u s-sommarji tal-awditjar li jakkumpanjaw it-talbiet għal pagament sottomessi fl-2025. Għall-pagamenti li għalihom ġie sospiż il-finanzjament fl-2025 minħabba objettivi intermedji u miri li ma ntlaħqux b’mod sodisfaċenti, ir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u tas-sommarji tal-awditjar preċedentement kien qajjem dubji dwar l-ilħuq tagħhom, li mbagħad ġew ikkonfermati mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni ( 62 ).

2.2.3.Awditi ex post tal-objettivi intermedji u tal-miri jikkonfermaw l-ilħuq sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri

Fl-2025, il-Kummissjoni wettqet 23 awditu ex post ( 63 ) fuq l-objettivi intermedji u fuq il-miri. Dawn l-awditi huma bbażati fuq ir-riskju, u normalment ikopru 100 % tal-objettivi intermedji u tal-miri b’riskju għoli, flimkien ma’ xi objettivi intermedji u miri b’riskju medju. It-talbiet għal pagament mhux awditjati inkludew objettivi intermedji u miri li kienu b’riskju baxx, jew kienu relatati b’mod partikolari ma’ miżuri awditjati fis-snin preċedenti, u/jew li kienu ġew awditjati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li pprovdew aċċertament raġonevoli lill-Kummissjoni. Sal-aħħar ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni kienet awditjat total ta’ 80 objettiv intermedju u mira, li jinkludu 69 objettiv intermedju u mira b’riskju għoli u 11-il objettiv intermedju b’riskju medju ( 64 ).

Abbażi tal-ħidma tal-awditjar tagħha, għall-pagamenti vvalutati fl-2025, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li l-objettivi intermedji u l-miri awditjati ma ntlaħqux b’mod sodisfaċenti fil-waqt tal-pagament. Kwalunkwe diskrepanza oħra identifikata bejn id-data ddikjarata u d-data awditjata baqgħet fi ħdan il-marġni ta’ 5 % ikkunsidrata mill-Kummissjoni għall-valutazzjoni tagħha ( 65 ). F’każ li l-Kummissjoni tqis ex post li ma ntlaħaqx xi objettiv intermedju jew mira, hija se tibda korrezzjonijiet finanzjarji biex tirkupra l-parti mhux dovuta tal-pagament li jkun sar. Dan ma seħħx għall-pagamenti li saru fl-2025.

2.2.4.Awditi tas-sistemi dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji
tal-UE jikkonfermaw l-adegwatezza tas-sistemi fis-seħħ

Bejn il-bidu tal-faċilità u l-aħħar ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni wettqet 36 awditu tas-sistema dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, li jkopru lill-Istati Membri kollha mill-inqas darba, inkluż awditu tas-sistema wieħed fl-2025, f’ħames Stati Membri: fl-Irlanda, fi Franza, fil-Polonja, fil-Finlandja u fl-Iżvezja ( 66 ). Fil-kuntest ta’ dawn l-awditi tas-sistema u ta’ ħidma oħra tal-awditjar, il-Kummissjoni vverifikat b’mod partikolari jekk l-Istati Membri jiċċekkjawx regolarment il-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist pubbliku, inkluża l-effettività ta’ tali verifiki. L-awditi tas-sistema koprew ukoll proċeduri biex jiġi evitat il-finanzjament doppju bejn il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u programmi oħra tal-UE.

Abbażi tal-ħidma tal-awditjar kontinwa, ġie osservat titjib ġenerali fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll fil-korpi ta’ implimentazzjoni u ta’ koordinazzjoni awditjati. L-Istati Membri qed jieħdu azzjoni korrettiva b’rispons għas-sejbiet tal-awditjar, u l-objettivi intermedji tal-awditjar u tal-kontroll ipprovdew inċentiv addizzjonali għall-implimentazzjoni f’waqtha tagħhom. L-implimentazzjoni f’waqtha tar-rakkomandazzjonijiet pendenti hija kruċjali, b’mod partikolari minħabba li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza qed toqrob lejn il-fażi finali tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni tkompli timmonitorja mill-qrib u regolarment l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u f’konformità mal-iskadenzi miftiehma.

Ġew osservati diversi prattiki tajbin fost il-korpi awditjati. Kif rikonoxxut mill-Qorti tal-Awdituri ( 67 ), l-awditi tal-Kummissjoni huma għodod effettivi, li wasslu pereżempju għal titjib fis-sistemi kontra l-frodi tal-Istati Membri billi introduċew proċeduri biex jiġu individwati l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-finanzjament doppju potenzjali – spiss appoġġati minn għodod għall-estrazzjoni tad-data bħal Arachne (ara l-Anness 2, it-Taqsima 1.6.2). Eżempji pożittivi oħra jinkludu programmi ta’ taħriġ tal-persunal imfassla biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji ta’ frodi u ta’ korruzzjoni, u l-użu tal-mudelli ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi. Sar ukoll progress notevoli fir-rigward tal-ġbir tad-data.

Madankollu, għad hemm oqsma fejn jista’ jsir titjib. Dawn jinkludu t-titjib tal-kontrolli biex jiġu pprevenuti l-kunflitti ta’ interess, it-tisħiħ tal-proċeduri biex jiġi vverifikat in-nuqqas ta’ finanzjament doppju, l-iżgurar tal-konformità mal-obbligi ta’ pubbliċità, iż-żieda ulterjuri tal-parteċipazzjoni fit-taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni dwar il-frodi u l-iżgurar li l-każijiet ta’ frodi suspettati għadhom qed jingħataw segwitu u jiġu rrapportati lill-Kummissjoni f’konformità mal-linji gwida speċifiċi ( 68 ) adottati f’April 2026. Fl-2025, l-OLAF investiga 18-il każ marbut mal-Faċilità.

Il-Kummissjoni tista’ tagħti aċċertament raġonevoli rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE minn frodi, minn korruzzjoni u minn kunflitti ta’ interess abbażi tal-eżiti tax-xogħol tal-awditjar tas-sistemi mwettaq fl-2025 u billi tqis ir-riżultati tal-analiżi tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u s-sommarji tal-awditjar imsemmija hawn fuq, bl-eċċezzjoni ta’ Stat Membru wieħed ( 69 ).

Għall-2026, minħabba li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tidħol fil-fażi finali tal-implimentazzjoni tagħha, l-enfasi hija ttrasferita lejn għażla aktar immirata tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-awditi tal-UE u dawn tgħaqqadhom flimkien ma’ tipi oħra ta’ awditi għal użu effiċjenti tar-riżorsi. Il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa fl-ewwel trimestru tal-2026 wasslet għal pjanijiet ta’ twettiq ta’ protezzjoni addizzjonali tal-interessi finanzjarji tal-ħidma tal-awditjar tal-UE f’erba’ Stati Membri (iċ-Ċekja, l-Italja, in-Netherlands u l-Iżvezja).

2.2.5.Kontrolli fuq l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat

Mill-2023, il-Kummissjoni awditjat lill-Istati Membri kollha mill-inqas darba fir-rigward tal-obbligu tagħhom li jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat, jew skont awditi tas-sistema, awditi tal-konformità jew awditi ex post, fejn applikabbli ( 70 ), bħala riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tar-rapport annwali tagħha tal-2023 ( 71 ). Dan jinkludi l-iżgurar li l-finanzjament ipprovdut jintuża kif xieraq f’konformità mar-regoli applikabbli kollha tal-UE u dawk nazzjonali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u tal-għajnuna mill-Istat, inkluża l-effettività ta’ tali verifiki. Fl-2025, 12-il Stat Membru ġew ivverifikati dwar l-akkwist pubbliku u 14 dwar l-għajnuna mill-Istat. Minn Jannar 2026 sal-lum, l-akkwist pubbliku ġie vverifikat fi 11-il Stat Membru ieħor, u l-għajnuna mill-Istat f’disa’ Stati Membri. Dawn il-verifiki jikkonfermaw li b’mod ġenerali, l-Istati Membri ssodisfaw l-obbligu tagħhom li jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u dwar l-għajnuna mill-Istat.

Fir-Rapport Speċjali 09/2025 tagħha ( 72 ), il-Qorti tal-Awdituri rrikonoxxiet l-iżviluppi pożittivi fir-rigward tal-verifiki msaħħa fuq l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat bl-użu ta’ listi ta’ kontroll komprensivi u pprovdiet xi rakkomandazzjonijiet immirati għal titjib ulterjuri. Il-Kummissjoni implimentat is-seba’ rakkomandazzjonijiet aċċettati kollha ( 73 ), li warajhom ġiet emendata l-lista ta’ kontroll tal-awditjar eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat fil-bidu tal-2025 biex tirrifletti dan b’mod aktar ċar, u ġiet introdotta immedjatament.

2.2.6.Awditi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar

Mill-2023, il-Kummissjoni wettqet għadd dejjem akbar ta’ awditi biex tivvaluta l-affidabbiltà tax-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar, li jkopru żewġ oqsma ewlenin: (1) l-awditi tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll, biex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mar-regoli nazzjonali u tal-UE (inklużi r-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat) u li jiġi protett il-baġit tal-UE; u (2) awditi dwar l-objettivi intermedji u l-miri. Barra minn hekk, dawn l-awditi jinkludu verifiki li r-riskju ta’ finanzjament doppju jiġi indirizzat b’mod adegwat. Dan l-isforz għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ l-effettività tax-xogħol tal-awditjar imwettaq fil-livell nazzjonali filwaqt li jimminimizza d-duplikazzjoni tal-awditi u jżid l-effiċjenza tax-xogħol tal-awditjar b’mod ġenerali, fl-ispirtu tal-approċċ ta’ awditu uniku. Mill-bidu tal-faċilità, 23 Stat Membru għaddew minn awditu tal-konformità jew kienu soġġetti għal awditu li kien jinkludi dimensjoni ta’ konformità.

F’għadd ta’ każijiet, ġew identifikati oqsma għal titjib ulterjuri, pereżempju l-ħtieġa li jiġu inklużi skadenzi għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet mill-korpi nazzjonali tal-awditjar; definizzjoni aħjar tal-proċeduri ta’ segwitu; it-titjib tal-manwali, tal-listi ta’ kontroll jew tad-dokumentazzjoni tal-awditjar; it-titjib tal-verifika tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku jew tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; u l-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ persunal jew ta’ kwistjonijiet bl-assenjazzjoni tal-persunal tal-awditjar.

Fil-bidu tal-2025, ġie rfinat il-qafas metodoloġiku li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista’ tibbaża fuq ix-xogħol nazzjonali tal-awditjar għall-awditi ex post tal-objettivi intermedji u tal-miri. Skont dan il-qafas, il-Kummissjoni tista’ tibbaża fuq il-ħidma tal-korpi nazzjonali tal-awditjar meta l-awditi tal-konformità tal-Kummissjoni jirriżultaw jew f’opinjoni mhux kwalifikata jew f’opinjoni kwalifikata b’impatt limitat. F’każijiet bħal dawn, l-awdituri tal-Kummissjoni jistgħu jibbażaw fuq il-valutazzjonijiet tal-korpi nazzjonali tal-awditjar u ma humiex meħtieġa jinkludu, fl-għażla ex post tal-awditjar tagħhom, xi objettiv intermedju u mira b’riskju għoli ( 74 ) li diġà jkunu ġew ivvalutati bħala li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti minn dawk il-korpi nazzjonali.

2.2.7.Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni segwiet monitoraġġ rigoruż u msaħħaħ tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa pendenti, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, biex tiżgura li dawn jiġu implimentati b’mod f’waqtu u effiċjenti. Meta tivvaluta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tapplika metodoloġija definita sew, filwaqt li tivvaluta bir-reqqa t-tweġibiet tal-Istati Membri u d-dokumenti ta’ sostenn li juru l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar. Ir-rakkomandazzjonijiet jitqiesu bħala “implimentati” biss jekk l-Istat Membru jipprovdi evidenza suffiċjenti, adegwata u affidabbli tal-implimentazzjoni. Meta jkun sar progress sostanzjali u jibqgħu biss kwistjonijiet minuri, l-importanza residwa tas-sejba tista’ titnaqqas. Sal-lum, 90 % (2 400 minn 2 700 rakkomandazzjoni maħruġa) huma magħluqa jew ġew ivvalutati bħala “magħluqa b’mod preliminari”. Din l-attività ta’ segwitu hija dejjem aktar importanti peress li qed toqrob il-fażi finali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

2.2.8.Opinjonijiet annwali tal-awditjar u tal-ġestjoni

Abbażi tal-ħidma tal-awditjar deskritta hawn fuq, il-Kummissjoni ħarġet 24 opinjoni annwali tal-awditjar li jkopru l-pagamenti kollha li saru fl-2025 ( 75 ). Imbagħad, dawn l-opinjonijiet tal-awditjar intużaw flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli biex tiġi pprovduta opinjoni maniġerjali fuq il-pagamenti li saru lill-24 Stat Membru kkonċernat fl-2025.

Kemm l-opinjonijiet tal-awditjar kif ukoll l-opinjonijiet tal-ġestjoni jipprovdu livell ta’ riskju għall-elementi tal-aċċertament u b’hekk jappoġġaw il-konklużjoni dwar id-dikjarazzjoni ġenerali ta’ aċċertament. L-opinjonijiet tal-awditjar jipprovdu livell ta’ riskju dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagament; dwar il-konformità mill-Istati Membri mar-regoli applikabbli kollha ( 76 ); u dwar il-korrezzjoni mill-Istati Membri ta’ kwalunkwe ammont dovut għall-baġit tal-UE f’każijiet ta’ frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE ( 77 ). L-opinjonijiet tal-awditjar jintużaw mill-unitajiet operazzjonali tal-Kummissjoni flimkien ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom (bħal laqgħat u rapporti annwali ta’ implimentazzjoni) bħala l-bażi għall-opinjoni tal-ġestjoni pprovduta lill-uffiċjal awtorizzanti b’delega inkarigat mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Informazzjoni dettaljata dwar il-livell ta’ riskju ta’ kull talba għal pagament hija ppreżentata fit-tabella fit-Taqsima 2.2.9.

2.2.9.Ħidma kontinwa tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tal-2025

Sat-28 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni kienet irċeviet l-ittri ta’ kklerjar mill-Qorti tal-Awdituri li jkopru l-34 pagament ta’ appoġġ mhux ripagabbli ( 78 ) li saru lil 24 Stat Membru fl-2025. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet tliet ittri ta’ kklerjar dwar il-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-sospensjonijiet li tneħħew għal tliet pagamenti fl-2025. Peress li s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ riskju tal-pagamenti, il-Kummissjoni vvalutathom meta kienet qed tiddetermina l-livell ta’ riskju għal kull pagament li sar fl-2025.

Fir-rigward tal-ittri ta’ kklerjar ikkonċernati, il-Kummissjoni, wara analiżi bir-reqqa, żammet il-pożizzjoni tagħha (ibbażata fuq il-kontrolli ex ante u ex post tagħha) li l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fit-talbiet għal pagament korrispondenti kienu ntlaħqu b’mod sodisfaċenti ħlief żewġ miri relatati ma’ pagament lill-Polonja, li ġie żborżat f’Diċembru 2025. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat ukoll errur fil-valutazzjoni preliminari tagħha ta’ objettiv intermedju wieħed u konsegwentement bagħtet abbozz ta’ rapport ta’ rieżami lill-Istat Membru kkonċernat (l-Italja) li jitlob informazzjoni u ġustifikazzjoni addizzjonali rigward it-twettiq sodisfaċenti ta’ dak l-objettiv intermedju.

2.2.10.Il-valutazzjoni kwalitattiva tal-legalità u tar-regolarità tal-pagamenti u tal-konformità mal-Artikolu 22(2)(a) u mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tindika riskju ġeneralment baxx/medju

Il-valutazzjoni kwalitattiva tal-Kummissjoni fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tal-pagamenti hija bbażata fuq kombinament ta’ riżultati mis-sorsi li ġejjin: (1) il-valutazzjoni ex ante tal-Kummissjoni tat-talbiet għal pagament; (2) l-awditi ex post tal-Kummissjoni dwar l-objettivi intermedji u l-miri filwaqt li jitqies il-profil tar-riskju tal-objettivi intermedji u tal-miri sottomessi; u (3) is-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jekk jitqiesu aċċettabbli.

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tiddetermina livell ta’ riskju għal-legalità u għar-regolarità ta’ kull pagament, u, għal kull Stat Membru, livell ta’ riskju għall-konformità mal-Artikolu 22(2)(a) u l-Artikolu 22(5) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-livell ta’ riskju jista’ jiġi kklassifikat bħala baxx, medju jew għoli.

Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni għal kull talba għal pagament riċevuta huma miġbura fil-qosor fit-tabella li ġejja.



Pagamenti ta’ valutazzjoni kwalitattiva li saru fl-2025

Livell tar-riskju

Legalità u regolarità

Konformità ma’

Ir-regoli applikabbli
(a)

L-obbligu ta’ korrezzjoni
(b)

Stat Membru

Talba għal pagament

Opinjoni tal-awditjar

Opinjoni tal-ġestjoni

Ġenerali

Opinjoni tal-awditjar

Opinjoni tal-awditjar

Il-Belġju

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Il-Belġju

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Il-Bulgarija

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Il-Bulgarija

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Iċ-Ċekja

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Għoli

Iċ-Ċekja

Ir-raba’

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Għoli

Id-Danimarka

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Medju

L-Estonja

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Baxx

L-Irlanda

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

L-Irlanda

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Il-Greċja

Il-ħames

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Il-Greċja

Is-sitt

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Spanja

Ir-raba’

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Spanja

Il-ħames

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Franza

Ir-raba’

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Medju

Il-Kroazja

Is-sitt

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Il-Kroazja

Is-Seba’

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

L-Italja

Is-Seba’

Medju

Medju

Medju

Baxx

Baxx

L-Italja

It-tmien

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Ċipru

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Ċipru

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Ċipru

Ir-raba’

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Il-Latvja

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Il-Lussemburgu

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Malta

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Baxx

In-Netherlands

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

L-Awstrija

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Medju

L-Awstrija

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Medju

Il-Polonja

It-tielet

Għoli

Għoli

Għoli

Baxx

Medju

Il-Portugall

Is-sitt

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Il-Portugall

Is-Seba’

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Ir-Rumanija

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Medju

Is-Slovenja

Ir-raba’

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Is-Slovakkja

Il-ħames

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Medju

Il-Finlandja

It-tieni

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Il-Finlandja

It-tielet

Baxx

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

L-Iżvezja

L-ewwel

Baxx

Baxx

Baxx

Medju

Medju

NB: Ir-regoli applikabbli: l-Artikolu 22(2)a tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-obbligu ta’ korrezzjoni: l-Artikolu 22(5) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.



B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tikkonkludi dan li ġej.

Fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità, il-livell ta’ riskju huwa għoli għat-tielet pagament lill-Polonja u huwa medju għas-seba’ talba għal pagament lill-Italja u baxx għall-pagamenti l-oħra kollha li saru. Abbażi tal-awditi u tal-kontrolli mwettqa, l-ebda wieħed mill-objettivi intermedji u mill-miri inklużi fil-pagamenti li saru ma ġie vvalutat bħala li ma ntlaħaqx b’mod sodisfaċenti. Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa r-riżultati tal-awditi tal-Qorti tal-Awdituri għall-pagamenti li saru fl-2025, u żammet il-pożizzjoni tagħha li l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fit-talbiet għal pagament korrispondenti ntlaħqu b’mod sodisfaċenti bl-eċċezzjoni tat-tielet pagament lill-Polonja. Għalhekk ġiet introdotta riżerva finanzjarja. L-impatt finanzjarju jammonta għal EUR 326,1 miljun. Dan jikkorrispondi għal skopertura finanzjarja li tirrappreżenta 14,39 % tal-appoġġ mhux ripagabbli mħallas lill-Polonja fl-2025 u 0,72 % tal-ammont totali ta’ appoġġ mhux ripagabbli mħallas fl-2025.

Fir-rigward tal-konformità mar-regoli applikabbli kollha, jiġifieri l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat ( 79 ), il-livell tar-riskju huwa medju għal disa’ Stati Membri u baxx għall-Istati Membri li jifdal. Fir-rigward tal-obbligu li jsiru korrezzjonijiet f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew kunflitt ta’ interess, jew ksur serju tal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehimiet ta’ finanzjament u ta’ self ( 80 ), il-livell tar-riskju huwa għoli għaċ-Ċekja, medju għal
Sbatax-il Stat Membru
 u baxx għas-sitt Stati Membri li jifdal. Għaċ-Ċekja, abbażi tar-riżultati tal-awditjar miksuba fl-2024 li identifikaw żewġ każijiet individwali ta’ kunflitti ta’ interess, ġiet introdotta riżerva finanzjarja fl-2024 u din inżammet fl-2025, peress li ma ttieħdet l-ebda azzjoni korrettiva mill-awtoritajiet Ċeki la fil-livell nazzjonali u lanqas fil-livell tar-riċevituri finali ( 81 ). L-impatt finanzjarju jammonta għal EUR 16,85 miljun, li jirrappreżenta 0,96 % tal-appoġġ mhux ripagabbli mħallas liċ-Ċekja fl-2025 u 0,04 % tal-appoġġ totali mhux ripagabbli mħallas fl-2025 ( 82 ).

2.2.11.L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għall-faċilità kkonferma li kellu aċċertament raġonevoli

Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-aċċertament għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-uffiċjal ( 83 ) ikkonferma li kellu aċċertament raġonevoli dwar:

il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li saru fl-2025 għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, abbażi tal-valutazzjoni pożittiva tal-evidenza tal-ilħuq b’mod sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri pprovduti fit-talbiet għal pagament, dwar il-ħidma tal-awditjar ex post fuq l-objettivi intermedji u l-miri, u filwaqt li jitqiesu l-eżiti tal-ħidma tal-awditjar imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta’ aċċertament tagħha tal-2025 (għall-ittri ta’ kklerjar riċevuti u vvalutati sat-28 ta’ Mejju 2026) bl-eċċezzjoni ta’ pagament wieħed għal Stat Membru wieħed, kif deskritt fit-Taqsima 2.2.10 li għalih inħarġet riżerva.

l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat u r-rispett tal-obbligu tal-Istati Membri stabbilit fl-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jivverifikaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet sottostanti ntuża kif xieraq f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, inkluża l-effettività ta’ dawn il-verifiki, u li kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni tar-riformi u tal-proġetti ta’ investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tkun ġiet implimentata kif xieraq f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-korrezzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-kunflitti ta’ interess;

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(5) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza dwar it-tnaqqis proporzjonat tal-appoġġ skont il-faċilità u l-irkupru ta’ kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni, jew it-talba għal ripagament bikri tas-self, fil-każ ta’ frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-Istat Membru, jew ta’ ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1) tar-regolament, bl-eċċezzjoni ta’ Stat Membru, kif deskritt fit-Taqsima 2.2.10 li għalih inżammet riżerva.

(1) ()    L-ammont tan-nefqa rilevanti tal-Kummissjoni jikkorrispondi għall-pagamenti li saru fl-2025 nieqes il-prefinanzjament imħallas fl-2025, flimkien mal-prefinanzjament imħallas fis-snin preċedenti u approvat fl-2025 (għad-definizzjonijiet u għal aktar dettalji, ara l-Anness 5). Dan l-ammont jinkludi biss il-pagamenti magħmula mill-baġit tal-UE.
(2) ()    Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ġie inkorporat fil-baġit ġenerali tal-UE għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.
(3) ()    Skont ġestjoni kondiviża, il-korpi tal-Istati Membri jagħżlu proġetti, jiddistribwixxu fondi u jimmaniġġjaw in-nefqa f’konformità mad-dritt tal-UE u mal-liġi nazzjonali u jirrapportaw lura lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba.
(4) ()    It-terminu “uffiċjali awtorizzanti b’delega” jkopri d-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni u l-kapijiet ta’ aġenziji eżekuttivi, ta’ uffiċċji, ta’ servizzi, ta’ task forces, eċċ. L-Artikolu 74(1) tar-Regolament Finanzjarju (Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj)) )) jiddikjara li “L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli fl-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa b’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż permezz tal-iżgurar ta’ rappurtaġġ dwar il-prestazzjoni, u sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ legalità u regolarità u ta’ trattament ugwali tar-riċevituri.”
(5) ()    Kif meħtieġ mill-Artikolu 253 tar-Regolament Finanzjarju, il-pakkett tar-rapportar finanzjarju u ta’ rendikont integrat jinkludi wkoll il-kontijiet annwali konsolidati finali tal-UE, ir-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza baġitarja għas-sena finanzjarja preċedenti, ir-rapport annwali lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa u t-tbassir fit-tul tal-influssi u tal-flussi ta’ ħruġ futuri tal-baġit tal-UE li jkopru l-5 snin li jmiss.
(6) ()    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2025/369 tal-21 ta’ Frar 2025 li tistabbilixxi r-rwol tal-Uffiċjal Kap tar-Riskji li jissorvelja r-riskji finanzjarji li jirriżultaw mill-operazzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni (ĠU L, 2025/369, 25.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/369/oj ).
(7) ()    Korpi ta’ ċertifikazzjoni fil-każ tal-agrikoltura.
(8) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti tal-Awdituri – Pjan ta’ Azzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi – reviżjoni tal-2023, COM(2023) 405 final tal-11 ta’ Lulju 2023, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:52023DC0405 .
(9) ()    Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni – Pjan ta’ azzjoni – reviżjoni tal-2023, SWD(2023) 245 final tal-11 ta’ Lulju 2023, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52023SC0245&qid=1747126601079 .
(10) ()    Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Is-36 Rapport Annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-ġlieda kontra l-frodi – 2024, COM(2025) 426 final, tal-25 ta’ Lulju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52025DC0426&qid=1778508410193 .
(11) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, “Annual OLAF reports”, is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, https://anti-fraud.ec.europa.eu/about-us/reports/annual-olaf-reports_en?prefLang=mt&etrans=mt .
(12) ()    Il-White Paper għar-Rieżami tal-Arkitettura Ewropea kontra l-Frodi, COM(2025) 546 final tas-16 ta’ Lulju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:52025DC0546 .
(13) ()    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2023/2841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2841, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj ), li daħal fis-seħħ f’Jannar 2024.
(14) ()    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj ), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.
(15) ()    Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u l-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A62021CJ0156&qid=1778574960258 u Il-Polonja vs Il-Parlament u l-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A62021CJ0157&qid=1778575036967 .
(16) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, ( COM(2022)1382 ĠU C 123, 18.3.2022, p.1, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52022XC0318(02) ).
(17) ()    Il-programm operazzjonali għall-ambjent u għall-effiċjenza enerġetika plus, il-programm operazzjonali għat-trasport integrat plus u l-programm operazzjonali għall-iżvilupp territorjali u tal-abitat plus.
(18) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “2025 rule of law report – Communication and country chapters”, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, https://commission.europa.eu/publications/2025-rule-law-report-communication-and-country-chapters_en?prefLang=mt&etrans=mt .
(19) ()    Il-Faċilità għall-Ukrajna bdiet fl-2024 iżda, għal dik is-sena, ġiet applikata l-istess rata ta’ errur bħal dik għall-appoġġ baġitarju għall-pagamenti magħmula taħt il-baġit tal-UE li ammontaw għal EUR 3 biljun. L-approċċ inbidel fl-2025 biex jiġi allinjat ma’ dak applikat għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
(20) ()    Minħabba l-istadju relattivament bikri tal-implimentazzjoni tal-faċilitajiet, u n-natura tal-passi sottomessi għall-pagament għal dan il-punt, il-kontrolli ex post għadhom ma sarux.
(21) ()    Il-programm ikkonċernat (il-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli) huwa ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, li bħalissa jinsab taħt l-intestatura tal-baġit 3 – riżorsi naturali u ambjent. Madankollu, huwa rrapportat taħt l-intestatura 1 suq uniku, innovazzjoni u diġitali għall-konsistenza ma’ rapporti preċedenti.
(22) ()    Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), COM(2011) 811 final, tat-30 ta’ Novembru 2011, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1747145040788&uri=CELEX%3A52011PC0811 .
(23) ()    Fl-2024, għal Orizzont Ewropa, peress li l-għadd ta’ pagamenti ma kienx sinifikanti, ma setgħet tiġi ddeterminata l-ebda rata ta’ errur rappreżentattiva. Minflok, bl-użu ta’ approċċ konservattiv li diġà ntuża fl-2023, intużat rata fissa ta’ 2 % għar-riskju fil-waqt tal-pagament, filwaqt li tqieset l-informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.
(24) ()    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Orizzont Ewropa: Ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qofol tal-kompetittività, COM(2025) 189 final tat-30 ta’ April 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52025DC0189&qid=1778583080645 .
(25) ()    L-ammont totali tan-nefqa rilevanti rrapportat fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (AMPR) 2024 għal din l-intestatura kien ta’ EUR 62,0 biljun għas-sena finanzjarja 2024. Id-differenza bl-ammonti ta’ EUR 64,1 biljun fi tmiem l-2024 imsemmija fit-test tikkorrispondi għall-pagamenti magħmula fil-kuntest tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EUR 2 116,2 miljun fl-2024) li kienu ngħaddew man-nefqa taħt l-intestatura Amministrazzjoni pubblika Ewropea fl-2024.
(26) ()    Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) 1303/2013, (UE) 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj ).
(27) ()    Għat-tielet sena konsekuttiva, ir-riskju tal-Kummissjoni fil-waqt tal-pagament huwa barra mill-medda tal-livell ta’ errur ta’ bejn 3,3 % u 8,1 %, stmat mill-Qorti tal-Awdituri. Ara l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapporti Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2024 u dwar l-attivitajiet iffinanzjati mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2024, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2025, https://data.europa.eu/doi/10.2865/7727690 , p. 215. Il-livell ogħla ta’ errur stmat mill-Qorti tal-Awdituri jista’ jiġi spjegat minn diverġenzi fl-interpretazzjoni ta’ ksur tar-regoli applikabbli li, f’xi każijiet, ma jikkostitwux irregolaritajiet fis-sens tar-Regolament (UE) 2021/1060 (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni), li għalihom il-Kummissjoni vvalutat li ma jkollhiex bażi legali biex timponi korrezzjonijiet finanzjarji, u minn differenzi fil-metodi użati sabiex jiġu kkwantifikati xi erruri.
(28) ()    Dawn jinkludu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, l-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn. Ara d-dettall fil-Volum III, l-Anness 5, it-Taqsima 5.2.2.
(29) ()    Total ta’ 245 minn 380 programm issottomettew kontijiet u l-Kummissjoni setgħet tikkonferma biss 105 programmi.
(30) ()    Dan jikkonċerna 374 minn 441 programm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.
(31) ()    Għall-aħħar sena kontabilistika, il-korrezzjonijiet finanzjarji kollha (l-irtirar, l-irkupri u t-tnaqqis fl-għeluq) irrapportati mill-Istati Membri tqiesu bħala miżuri korrettivi, filwaqt li fi snin preċedenti t-tnaqqis fl-għeluq tqies bħala miżuri preventivi. Dan minħabba li ma hija possibbli l-ebda azzjoni ulterjuri wara s-sottomissjoni tal-kontijiet finali fl-applikazzjonijiet għall-pagament li jmiss, jew fil-kontijiet sussegwenti, biex titqies il-miżura preventiva u dawn isiru ta’ natura korrettiva de facto.
(32) ()    L-Artikolu 14(4) “Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013”: “fl-Artikolu 138, jiżdied is-subparagrafu li ġej: ‘B’deroga mill-iskadenza stabbilita fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu d-dokumenti msemmija taħt il-punti (a), (b) u (c) għas-sena ta’ kontabilità finali sal-15 ta’ Frar 2026.’.”
(33) ()    L-inkorporazzjoni wkoll tas-sottomissjoni ta’ darba ta’ REACT-EU għal ammont ta’ EUR 40,8 biljun.
(34) ()    Hemm erba’ kundizzjonijiet abilitanti orizzontali marbuta ma’ aspetti ġenerali u orizzontali tal-implimentazzjoni tal-programm, li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ġenerali tal-UE u l-ġestjoni effettiva tal-programm (l-Anness 3 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni).
(35) ()    Fir-rigward tal-kontijiet tal-għeluq tal-programmi għall-perjodu 2014-2020: 20 % ġew sottomessi fi Frar 2025 u rrapportati fis-sena finanzjarja 2024; 80 % ġew irrapportati fi Frar 2026 u rrapportati fis-sena finanzjarja 2025.
(36) ()    L-ammont totali tan-nefqa rilevanti rrapportat fl-AMPR 2024 għal din l-intestatura kien ta’ EUR 62,0 biljun għas-sena finanzjarja 2024 u EUR 67,3 biljun għas-sena finanzjarja 2023. Id-differenza bl-ammonti ta’ EUR 64,1 biljun fl-2024 u ta’ EUR 66,6 biljun fl-2023, murija f’dan l-element viżwali tikkorrispondi għall-pagamenti magħmula fil-kuntest tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (għal ammont ta’ EUR 2 116,2 miljun fl-2024 u EUR 694 miljun fl-2023) li t-tnejn kienu ngħaddew man-nefqa taħt l-intestatura amministrazzjoni pubblika Ewropea.
(37) ()    Il-miżuri preventivi għan-nefqa bbażata fuq il-prestazzjoni ma humiex inklużi fl-ammonti tal-2025.
(38) ()    In-nefqa tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, għalkemm inkluża taħt l-intestatura tar-riżorsi naturali u tal-ambjent, issegwi l-istess mekkaniżmu ta’ twassil bħan-nefqa għall-koeżjoni.
(39) ()    Hemm erba’ gradi li jiddeskrivu l-funzjonament tas-sistemi ta’ governanza tal-interventi:
4
 – jiffunzjonaw tajjeb, għal sistemi ta’ governanza li għalihom ma nstabet l-ebda eċċezzjoni jew instabu ftit eċċezzjonijiet fit-testijiet tal-kontrolli;
3
 – jiffunzjonaw, għal sistemi ta’ governanza li għalihom instabu ftit eċċezzjonijiet fit-testijiet tal-kontrolli;
2
 – jiffunzjonaw parzjalment, għal sistemi ta’ governanza li għalihom instabu xi eċċezzjonijiet fit-testijiet tal-kontrolli;
1
 – ma jiffunzjonawx, għal sistemi ta’ governanza li għalihom instabu diversi eċċezzjonijiet sistemiċi fit-testijiet tal-kontrolli, li jaffettwaw b’mod sostanzjali l-effettività tal-kontrolli.
(40) ()    L-intestatura 4 tinkludi wkoll il-Fond għas-Sigurtà Interna tal-intestatura 5, peress li l-fondi kollha ġestiti mid-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni huma awditjati u kkontrollati abbażi tal-modalità ta’ ġestjoni u t-tip ta’ pagament, u r-riskji determinati b’dan il-mod ma jistgħux jinqasmu bejn l-intestaturi tal-baġit.
(41) ()    L-ammont totali tan-nefqa rilevanti rrapportat fl-AMPR 2024 għal din l-intestatura kien ta’ EUR 20,0 biljun għas-sena finanzjarja 2024. Id-differenza bl-ammonti ta’ EUR 20,4 biljun fi tmiem l-2024 imsemmija fit-test u murija fl-element viżwali tikkorrispondi għas-sussidju tar-rata tal-imgħax għall-assistenza makrofinanzjarja (self) lill-Ukrajna (EUR 421 miljun), li ngħaddet man-nefqa taħt l-intestatura amministrazzjoni pubblika Ewropea.
(42) ()    Il-faċilitajiet għall-Ukrajna, għall-Balkani tal-Punent u għall-Moldova ġew stabbiliti rispettivament fi Frar 2024, f’Mejju 2024 u f’Marzu 2025.
(43) ()    L-ammont totali tan-nefqa rilevanti rrapportat fl-AMPR 2024 għal din l-intestatura kien ta’ EUR 11,6 biljun għas-sena finanzjarja 2024. Id-differenza bl-ammonti ta’ EUR 9,1 biljun imsemmija hawnhekk tikkorrispondi (i) għall-kostijiet assoċjati mal-fondi meħuda b’self fuq is-swieq kapitali f’isem l-Unjoni fil-qafas tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (għal ammont ta’ EUR 2 116,2 miljun fl-2024) u (ii) għas-sussidju tar-rata tal-imgħax għall-assistenza makrofinanzjarja (self) lill-Ukrajna (EUR 421 miljun fl-2024), li t-tnejn li huma ngħaddew man-nefqa taħt l-intestatura amministrazzjoni pubblika Ewropea u issa huma miżjuda rispettivament mal-intestatura “koeżjoni, reżiljenza u valuri” u mal-intestatura “viċinat u d-dinja”.
(44) ()    L-ammont totali tan-nefqa rilevanti rrapportat fl-AMPR 2024 għal din l-intestatura kien ta’ EUR 11,6 biljun għas-sena finanzjarja 2024 u EUR 8,9 biljun għas-sena finanzjarja 2023. Id-differenza bl-ammonti murija fl-element viżwali: EUR 9,1 biljun fl-2024 u EUR 8,2 miljun fl-2023, jikkorrispondu (i) għall-kostijiet assoċjati mal-fondi meħuda b’self fuq is-swieq kapitali f’isem l-Unjoni fil-qafas tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (għal ammont ta’ EUR 2 116,2 miljun fl-2024 u EUR 694 miljun fl-2023) u (ii) għas-sussidju fuq ir-rata tal-imgħax għall-assistenza makrofinanzjarja (self) lill-Ukrajna (EUR 421 miljun fl-2024), li t-tnejn li huma ngħaddew skont l-intestatura amministrazzjoni pubblika Ewropea u issa huma miżjuda rispettivament mal-intestatura “koeżjoni, reżiljenza u valuri” u mal-intestatura “viċinat u d-dinja”.
(45) ()    Il-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni – L-intelliġenza artifiċjali fil-Kummissjoni Ewropea (AI@EC) – Viżjoni strateġika biex trawwem l-iżvilupp u l-użu ta’ sistemi tal-intelliġenza artifiċjali legali, sikuri u affidabbli fil-Kummissjoni Ewropea, C(2024) 380 final, il-21 ta’ Jannar 2024,  https://commission.europa.eu/system/files/2024-01/EN%20Artificial%20Intelligence%20in%20the%20European%20Commission.PDF .
(46) ()    Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj ).
(47) ()    Ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna.
(48) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, “Rapporti annwali tal-attività”, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/strategy-documents/annual-activity-reports_en?prefLang=mt .
(49) ()    Bl-esklużjoni tar-riżerva maħruġa għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
(50) ()    Riżerva waħda maħruġa fl-2024 mid-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir, li tikkonċerna restrizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-kontroll tal-programmi finanzjarji fil-Libja, fis-Sirja u fl-Ukrajna, hija riflessa fir-rapporti annwali tal-attività tal-2025 tad-DĠ Tkabbir u Viċinat tal-Lvant (l-Ukrajna) u tad-DĠ il-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ fuq u l-Golf (il-Libja, il-Palestina u s-Sirja).
(51) ()    Bl-esklużjoni tar-riżerva maħruġa għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
(52) ()    Meta l-Qorti tal-Awdituri ssib livell materjali ta’ errur u tiddetermina l-impatt tiegħu fuq opinjoni tal-awditjar partikolari, il-Qorti tal-Awdituri trid tiddetermina jekk l-erruri humiex “pervażivi” għall-popolazzjoni tal-awditu. Meta l-erruri jkunu materjali u pervażivi, il-Qorti tal-Awdituri toħroġ opinjoni avversa. Dan ma kienx il-każ għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fejn l-effetti ġenerali tas-sejbiet huma materjali, iżda mhux pervażivi għan-nefqa aċċettata tas-sena, u b’hekk wasslu għal opinjoni kwalifikata. Ara l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapporti Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2024 u dwar l-attivitajiet iffinanzjati mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2024, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2025, https://data.europa.eu/doi/10.2865/7727690 , p. 56.
(53) ()    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ traċċar u ta’ prestazzjoni tan-nefqa baġitarja u regoli orizzontali oħra għall-programmi u għall-attivitajiet tal-Unjoni, COM(2025) 545 final tas-16 ta’ Lulju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1778582482205&uri=CELEX%3A52025PC0545 .
(54) ()    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj ) (ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza).
(55) ()    Din tinkludi l-objettivi intermedji u l-miri rrapportati bħala mdewma, li qegħdin fit-triq it-tajba jew li ma humiex lesti abbażi tar-rapportar tal-Istati Membri ta’ Ottubru 2025.
(56) ()    Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – NextGenerationEU – Il-mixja lejn l-2026, COM(2025) 310 final/2 tal-4 ta’ Ġunju 2025, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1778678792265&uri=CELEX%3A52025DC0310 .
(57) ()    L-indikatur jgħodd l-għadd totali ta’ użi aktar milli l-għadd ta’ individwi uniċi.
(58) ()    Kooperazzjoni kontinwa u mill-qrib mal-Istati Membri ppermettiet lill-Kummissjoni tagħlaq, jew tagħlaq b’mod preliminari, 90 % tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa.
(59) ()    Ir-Rumanija (sitt objettivi intermedji u miri, EUR 869,8 miljun), Spanja (żewġ objettivi intermedji u miri, EUR 500,3 miljun), il-Bulgarija (tliet objettivi intermedji u miri, EUR 367,4 miljun).
(60) ()    F’konformità mal-Artikolu 24(8) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fir-rigward taċ-Ċekja, għal ammont ta’ EUR 16,85 miljun.
(61) ()    Mit-83 objettiv intermedju tal-awditjar u tal-kontroll: 72 mill-bidu nett, għaxra żdiedu fir-reviżjonijiet li saru fl-2023 u wieħed fl-2025.
(62) ()    Ħdax-il objettiv intermedju u mira vvalutati bħala li ma ntlaħqux b’mod sodisfaċenti fl-2025, li wasslu għal sospensjoni parzjali tal-iżborżi għat-talbiet għal pagament sottomessi mill-Bulgarija (2), minn Spanja (1) u mir-Rumanija (1).
(63) ()    Dawn l-awditi koprew it-tieni pagamenti għall-Belġju, għall-Irlanda, għal-Lussemburgu u għall-Awstrija; it-tielet pagamenti għall-Belġju, għall-Bulgarija, għad-Danimarka, għall-Estonja, għall-Irlanda, għal Ċipru, għal-Latvja, għal Malta, għall-Awstrija, għall-Polonja, għar-Rumanija u għall-Finlandja; ir-raba’ pagamenti għaċ-Ċekja, għal Franza, għal Ċipru u għas-Slovenja; il-ħames pagamenti għall-Greċja, għal Spanja u għas-Slovakkja; is-sitt pagamenti għall-Greċja, għall-Kroazja u għall-Portugall; u s-seba’ pagamenti għall-Kroazja u għall-Italja.
(64) ()    Abbażi tal-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju, il-pagamenti li saru fl-2025 liċ-Ċekja (it-tielet talba għal pagament), Spanja (ir-raba’ talba għal pagament), l-Italja (it-tmien talba għal pagament), il-Portugall (is-seba’ talba għal pagament) u l-Finlandja (it-tieni talba għal pagament) ma kinux soġġetti għal awditi ex post fuq l-objettivi intermedji u fuq il-miri, peress li dawn il-pagamenti ma kienu jinkludu l-ebda objettiv intermedju jew mira b’riskju għoli.
(65) ()    Devjazzjoni minima mill-ammonti speċifikati f’objettiv intermedju/f’mira hija definita bħala madwar 5 % jew inqas.
(66) ()    Għall-Polonja u għall-Finlandja, twettqu verifiki ulterjuri permezz ta’ awditi tal-konformità, li jiffokaw fuq il-ħidma tal-korpi nazzjonali tal-awditjar u żewġ awditi tas-sistema mmirati dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat fi Franza u fl-Irlanda.
(67) ()    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, L-indirizzar tal-frodi fl-RRF – Xogħol fl-idejn – Rapport Speċjali 06/2026, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2026, https://data.europa.eu/doi/10.2865/9261783 .
(68) ()    L-Avviż tal-Kummissjoni C/2026/2647: Linji gwida għall-Istati Membri dwar aspetti operazzjonali relatati mal-fażi finali u mal-għeluq tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
(69) ()    Żewġ każijiet individwali ta’ kunflitt ta’ interessi identifikati fiċ-Ċekja fl-2024 u każ wieħed fl-2025.
(70) ()    Biex tappoġġa din il-ħidma, il-Kummissjoni applikat listi ta’ kontroll komprensivi dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat fl-attivitajiet kollha tal-awditjar tagħha. Dawn il-listi ta’ kontroll ġew introdotti f’April 2023 u ġew approvati formalment f’Settembru 2023. F’Settembru 2024, il-Kummissjoni saħħet il-metodoloġija tal-awditjar tagħha billi introduċiet rekwiżiti speċifiċi ta’ kampjunar għall-proċeduri ta’ akkwist li għandhom jiġu rieżaminati matul l-awditi, għal kull korp ta’ implimentazzjoni. Il-lista ta’ kontroll tal-awditjar ġiet emendata fil-bidu tal-2025 biex tirrifletti b’mod aktar ċar jekk l-Istati Membri vverifikawx il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-iskemi rilevanti, bħar-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija u l-qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni.
(71) ()    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapporti Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2023 u dwar l-attivitajiet iffinanzjati mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2023, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2865/346460 .
(72) ()    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Sistemi biex l-infiq taħt l-RRF żgur jikkonforma mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u dwar l-għajnuna mill-Istat – Qed jitjiebu iżda għadhom mhux biżżejjed – Rapport Speċjali 09/2025, 2025, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2025, https://data.europa.eu/doi/10.2865/2297025 .
(73) ()    Għal dan l-għan, il-Kummissjoni aġġornat żewġ dokumenti ta’ gwida f’Settembru 2025: Il-Gwida dwar il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern stabbiliti mill-Istati Membri taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“Guidance on the assessment of the internal control systems set in place by the Member States under the Recovery and Resilience Facility”) u l-Gwida lill-Istati Membri għat-tħejjija tas-sommarju tal-awditi taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“Guidance to Member States for the preparation of the summary of audits under the Recovery and Resilience Facility”).
(74) ()    Fil-Kroazja, fl-Estonja u fil-Greċja, il-Kummissjoni kienet wettqet awditi tal-konformità tal-awtorità nazzjonali tal-awditjar u kienet ġeneralment sodisfatta bil-ħidma tal-awditjar imwettqa minn din tal-aħħar. Seba’ objettivi intermedji u miri b’riskju għoli diġà kienu ġew awditjati mill-korpi tal-awditjar ta’ dawn l-Istati Membri u d-DĠ ECFIN kien ibbaża fuq ir-riżultati tagħhom.
(75) ()    L-opinjoni tal-awditjar hija valutazzjoni formali mill-unitajiet tal-awditjar responsabbli tal-Kummissjoni dwar is-sistemi ta’ kontroll intern għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u hija appoġġata minn valutazzjonijiet dettaljati għal kull Stat Membru li fihom sommarju tal-informazzjoni mill-awditi proprji tal-Kummissjoni, mill-awditi ta’ korpi oħra, mill-korpi nazzjonali tal-awditjar, mill-Qorti tal-Awdituri u mir-riżultati tal-inkjesti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.
(76) ()    F’konformità mal-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istat Membru għandu “[jikkontrolla] regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost skont ir-regoli applikabbli kollha u li kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment taħt il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tkun ġiet implimentata kif xieraq f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rettifika ta’ frodi, korruzzjoni u konflitti ta’ interessi”.
(77) ()    F’konformità mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas b’mod proporzjonat l-appoġġ mhux ripagabbli skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u, fejn applikabbli, tirkupra kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-UE f’każijiet ta’ frodi, ta’ korruzzjoni u ta’ kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-Istat Membru, jew ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta minn dan il-ftehim.
(78) ()    Il-Qorti tal-Awdituri ma tagħżilx is-self fil-kampjun tagħha.
(79) ()    L-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
(80) ()    L-Artikolu 22(5) tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
(81) ()    Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ rkupru, li tibda bil-proċedura kontradittorja mal-Istat Membru. It-tweġiba sottomessa mill-Istat Membru fil-kuntest ta’ din il-proċedura kontradittorja sa issa għadha qed tiġi vvalutata. B’riżultat ta’ dan, il-korrezzjoni għadha ma ġietx implimentata. Dan inaqqas il-livell ta’ riskju għal medju skont il-metodoloġija tal-livell ta’ riskju; madankollu, minħabba l-każ l-ieħor fl-2025, ir-riskju ġenerali jinżamm f’livell għoli għaċ-Ċekja.
(82) ()    Barra minn hekk, ġie identifikat każ ieħor ta’ kunflitt ta’ interess fiċ-Ċekja fl-2025; madankollu, ma tinħareġ l-ebda riżerva għal dan il-każ, peress li l-impatt finanzjarju (EUR 10 565) huwa taħt il-livell limitu de minimis ta’ EUR 5 miljun.
(83) ()    Id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji nħatar bħala l-uffiċjal awtorizzanti b’delega għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Top