Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025XC06751

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27

PUB/2025/1119

ĠU C, C/2025/6751, 19.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6751/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6751/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6751

19.12.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/6751)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Côtes de Gascogne”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-FR-A1162-AM01 — 22.9.2025

1.   Isem il-prodott

Côtes de Gascogne

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP

IĠP

3.   Settur

Prodotti agrikoli

Inbejjed

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt [Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Settur Agroalimentari u għall-Forestrija] Direction Générale de la performance économique et environnementale des entreprises [Id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi]

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2024/1143.

L-emendi ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif definiti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

L-applikazzjoni għal emenda tal-IĠP Côtes de Gascogne ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament, ma:

(a)

tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati bl-indikazzjoni ġeografika;

(b)

tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika;

(c)

tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda standard.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titolu

Żieda ta’ varjetajiet ta’ għeneb

Deskrizzjoni

Il-grupp tal-produtturi għall-inbejjed Côte de Gascogne talab emenda fil-varjetajiet ta’ dwieli użati, bl-introduzzjoni ta’ sitt varjetajiet reżistenti, jiġifieri:

Floréal B

Voltis B

Artaban N

Vidoc N

Souvignier Gris B

Sauvignac B

L-introduzzjoni ta’ varjetajiet “tolleranti” tindirizza t-tħassib ambjentali espress mill-partijiet ikkonċernati tal-vitikultura fil-Lbiċ ta’ Franza. L-introduzzjoni ta’ dawn il-varjetajiet, li huma reżistenti b’mod partikolari għall-mell abjad u għat-tinwir tad-dwieli, tfisser li l-prodotti ta’ trattament li jagħmlu l-ħsara jistgħu jintużaw inqas frekwenti u f’ammonti iżgħar, u b’hekk jiġi indirizzat dan it-tħassib peress li n-numru mnaqqas ta’ applikazzjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat li l-varjetajiet ikunu protetti jillimita l-impatt tal-karbonju. L-użu ta’ dawn il-varjetajiet se jillimita l-impatt fuq il-bijodiversità, u b’hekk jissodisfa l-aspettattivi tas-soċjetà li qegħdin jiżdiedu.

Il-profil aromatiku tal-inbid ġie deskritt bħala parti mit-testijiet imwettqa għal kull varjetà tolleranti.

L-evidenza ma tindikax li dawn il-varjetajiet ta’ għeneb ma humiex adattati, agronomikament jew enoloġikament, għall-kundizzjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal dawn iż-żewġ IĠP.

Fid-dawl tar-riżultati tad-dewqan u tad-deskrizzjonijiet organolettiċi, l-inbejjed prodotti minn dawn il-varjetajiet tolleranti jikkonformaw mad-deskrizzjoni tal-prodott stabbilita fl-ispeċifikazzjoni tal-IĠP.

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Aġġornament taż-żona ġeografika u taż-żona fil-prossimità immedjata

Deskrizzjoni

Aġġornament taż-żona ġeografika u taż-żona fil-prossimità immedjata sabiex jitneħħew ir-referenzi kollha għad-distretti u għall-cantons u biex jiġu sostitwiti b’lista ta’ muniċipalitajiet.

Iż-żona ġeografika u ż-żona fil-prossimità immedjata ma jinbidlux b’dan l-aġġornament.

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed

“Côtes de Gascogne”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-FR-A1162-AM01 — 22.9.2025

1.   Isem/Ismijiet

Côtes de Gascogne

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP

IĠP

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Franza

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

16.

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Inbejjed ħomor bla gass

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

L-inbejjed ħomor ġeneralment ikollhom aromi ta’ frott aħmar u iswed.

Aroma

L-inbejjed prodotti għandhom freskezza aromatika prinċipalment b’noti ta’ frott u/jew ta’ fjuri.

Togħma

Madankollu, l-intensità u n-natura tagħhom jistgħu jvarjaw skont il-varjetajiet ta’ għeneb u t-teknoloġiji użati.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

“minAlcoholStrength”

Aċidità totali minima:

“minAcidity”

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

“maxAcidity”

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

“maxSO2”

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

L-inbejjed bla gass bl-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Gascogne għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum ta’ 10,0 % għall-inbejjed imqawwija u ta’ 9,0 % għall-inbejjed mhux imqawwija,

kontenut ta’ aċidità volatili massima ta’: 15,30 meq/l (0,75 g/l H2SO4) għall-inbejjed ħomor,

kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit ta’: 150 mg/l għall-inbejjed ħomor b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mill-inqas 5 g/l (glukożju + fruttożju).

Bl-eċċezzjoni tal-inbejjed bl-indikazzjonijiet “primeur” (bikri) jew “nouveau” (ġdid), l-inbejjed ħomor bla gass bl-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Gascogne jridu jkunu lestew il-fermentazzjoni malolattika tagħhom (kontenut ta’ aċidu maliku ta’ < 0,40 g/l) fiż-żmien meta jkun mixtieq li tintuża l-IĠP.

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbejjed bla gass bojod u rożè u nbejjed bojod minn għeneb misjur iżżejjed

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

In-noti aromatiċi friski ħafna u ta’ frott bi fragranzi taċ-ċitru u ta’ frott eżotiku spiss jiddominaw fl-inbejjed bojod.

L-avvanzi fil-vitikultura u fil-prattiki enoloġiċi (il-ħsad fl-istadju ta’ sajran mixtieq, it-tekniki għall-prevenzjoni tal-ossidazzjoni tal-most) issa jagħmluha possibbli li l-aromi primarji jiġu ppreservati aħjar, u għalhekk dawn jistgħu jkunu aktar preżenti fil-prodott lest.

Aroma

L-inbejjed prodotti għandhom freskezza aromatika prinċipalment b’noti ta’ frott u/jew ta’ fjuri.

Togħma

Madankollu, l-intensità u n-natura tagħhom jistgħu jvarjaw skont il-varjetajiet ta’ għeneb u t-teknoloġiji użati.

L-inbejjed b’zokkor residwu u l-inbejjed minn għeneb abjad misjur iżżejjed għandhom aromi aktar żviluppati ta’ frott misjur.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

“minAlcoholStrength”

Aċidità totali minima:

“minAcidity”

Unità ta’ aċidità totali minima:

-

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

“maxAcidity”

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

“maxSO2”

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

L-inbejjed bla gass bl-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Gascogne għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

qawwa alkoħolika effettiva minima skont il-volum ta’ 10,0 % għall-inbejjed imqawwija u ta’ 9,0 % għall-inbejjed mhux imqawwija,

kontenut ta’ aċidità volatili massima ta’:

12,24 meq/l (0,60 g/l H2SO4) għall-inbejjed bojod u rożè b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ inqas minn 20 g/l (glukożju + fruttożju),

14,28 meq/l (0,70 g/l H2SO4) għall-inbejjed bojod u rożè b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mill-inqas 20 g/l (glukożju + fruttożju),

kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit ta’:

175 mg/l għall-inbejjed bojod u rożè b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ inqas minn 5 g/l (glukożju + fruttożju),

200 mg/l għall-inbejjed bojod u rożè b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mill-inqas 5 g/l (glukożju + fruttożju).

Permezz ta’ deroga, il-kontenut tal-aċidità volatili massima tal-inbejjed bojod b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ mill-inqas 45 gramma għal kull litru huwa kif stabbilit b’ordni konġunta tal-Ministru għall-Affarijiet tal-Konsumatur u tal-Ministru għall-Agrikoltura.

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

“title”

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

It-taħlil tal-inbejjed bla gass ma jistax iżid il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid inkwistjoni b’aktar minn 1,0 % skont il-volum. Minbarra d-dispożizzjoni ta’ hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi applikati għal dawn l-inbejjed iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi Rurali.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Inbejjed u nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed

Rendiment massimu:

Rendiment massimu:

120

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

Arrufiac B - Arrufiat

Artaban N

Baroque B

Cabernet franc N

Cabernet Sauvignon N

Chardonnay B

Chasan B

Chenin B

Clairette B

Clairette rose Rs

Colombard B

Cot N - Malbec

Courbu noir N

Egiodola N

Fer N - Fer Servadou, Braucol, Mansois, Pinenc

Floreal B

Folle blanche B

Gamay N

Gamay de Bouze N

Gamay de Chaudenay N

Gros Manseng B

Jurançon noir N - Dame noire

Listan B - Palomino

Manseng noir N

Marselan N

Mauzac B

Mauzac rose Rs

Merlot N

Muscadelle B

Ondenc B

Perdea B

Petit Courbu B

Petit Manseng B

Pinot gris G

Pinot noir N

Raffiat de Moncade B

Sauvignac B

Sauvignon B - Sauvignon blanc

Sauvignon gris G - Fié gris

Semillon B

Souvignier gris B

Syrah N - Shiraz

Tannat N

Ugni blanc B

Vidoc N

Viognier B

Voltis B

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Il-ħsad tal-għeneb u l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-inbejjed u tal-inbejjed minn għeneb misjur izżejjed bl-indikazzjoni ġeografika Côtes de Gascogne jridu jsiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Dipartiment ta’ Gers: il-muniċipalitajiet kollha.

Dipartiment ta’ Landes: il-muniċipalitajiet ta’ Aire-sur-l’Adour (il-parti li tinsab tul ix-xatt fuq in-naħa tal-lemin tal-Adour), Arthez d’Armagnac, Betbezer d’Armagnac, Bourdalat, Castandet, Cazères-sur-l’Adour, Créon d’Armagnac, Escalans, Le Frêche, Gabarret, Hontanx, Labastide d’Armagnac, Lacquy (il-parti li tinsab fil-Lvant tat-triq li tagħti minn Bordeaux għal Pau), Lagrange, Lussagnet, Mauvezin d’Armagnac, Montégut, Parleboscq, Perquie, Sainte-Foy (il-parti li tinsab fil-Lvant tat-triq li tagħti minn Bordeaux għal Pau), Saint-Gein, SaintJulien d’Armagnac, Saint-Justin, Le Vignau, Villeneuve-de-Marsan (il-parti li tinsab fil-Lvant tat-triq li tagħti minn Bordeaux għal Pau).

Dipartiment ta’ Lot-et-Garonne: il-muniċipalitajiet ta’ Andiran, Fieux, Francescas, Fréchou, Lannes, Lasserre, Mézin, Moncrabeau, Nérac, Poudenas, Réaup-Lisse, Sainte-Maure-de-Peyriac, Saint-Pé-Saint-Simon, Sos.

Il-ħsad tal-għeneb u l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-inbejjed u tal-inbejjed minn għeneb misjur izżejjed bl-indikazzjoni ġeografika Côtes de Gascogne segwita mill-isem tal-unità ġeografika Condomois isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Dipartiment ta’ Gers: il-muniċipalitajiet ta’ Ayguetinte, Beaucaire, Beaumont, Béraut, Blaziert, Cassaigne, Castelnau-sur-l’Auvignon, Caussens, Condom, Fourcès, Gazaupouy, Gondrin, Lagraulet-du-Gers, Larressingle, Larroque-Saint-Sernin, Larroque-sur-l’Osse, Lauraët, Maignaut-Tauzia, Mansencôme, Marsolan, Mas-d’Auvignon, Montréal, Mouchan,La Romieu, Roquepine, Saint-Orens-Pouy-Petit, Saint-Puy, La Sauvetat, Valence-sur-Baïse.

Dipartiment ta’ Lot-et-Garonne: il-muniċipalitajiet ta’ Francescas, Lannes, Lasserre, Moncrabeau.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq

reputazzjoni

kwalità nominali

karatteristiċi oħra

Kategorija tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

Iż-żona ġeografika tinsab f’Gascony, provinċja storika fil-Lbiċ ta’ Franza, li tinsab bejn il-Garonne fit-Tramuntana, il-foresta ta’ Landes fil-Punent u l-Pirinej fin-Nofsinhar. Tinsab fir-reġjuni ta’ Aquitaine u tal-Midi-Pyrénées u tkopri d-dipartiment ta’ Gers u parti mid-dipartimenti ta’ Landes u ta’ Lot-et-Garonne. Iż-żona għandha klima marittima moderata bi gradjent gradwali ħafna mill-Punent għal-Lvant, li jvarja minn influwenza marittima qawwija għal klima aktar kontinentali. Ix-xita hija regolari u abbundanti fil-parti tal-Punent taż-żona, mingħajr perjodu verament xott fis-sajf. B’kuntrast ma’ dan, il-parti tal-Lvant taż-żona hija kkaratterizzata minn nixfiet fis-sajf li jdumu sakemm jibdew il-maltempati tal-aħħar tas-sajf. Is-sottostrat ġeoloġiku huwa varjat ukoll. Fil-Punent huwa prinċipalment magħmul minn “sables fauves” [ramel jagħti fil-kannella], formazzjoni tal-baħar ġeneralment mgħottija minn xaħx tal-loess, li fuqu tinstab ħamrija lixxivjata, aċiduża, bi trab ġulġlieni sa trab ġulġlieni ramli, magħrufa lokalment bħala “boulbènes”. Aktar fil-Lvant, is-“sables fauves” gradwalment toħdilhom posthom il-molassa, formazzjoni taflija kontinentali b’saffi ibsin tal-ġebla tal-ġir li huma karatteristika tat-terren. It-tipi ta’ ħamrija assoċjati huma jew taflin u fondi (“terreforts”), jew baxxi, ġeblin u kalkarji (“peyrusquets”). It-tranżizzjoni mis-“sables fauves” għall-molassa hija gradwali, biż-żewġ formazzjonijiet preżenti fiċ-ċentru taż-żona. Għalhekk, il-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma, li tiddependi fuq il-kontenut tat-tafal tagħha, tiżdied mill-Punent għal-Lvant. Is-settur tal-Lvant, fejn ix-xita tkun fl-anqas livelli fis-sajf, huwa fejn jinstabu t-“terreforts”, jiġifieri l-ħamrija bl-ogħla kapaċità li żżomm l-ilma. It-terren jikkonsisti minn għoljiet irpużati fil-Punent u minn widien aktar imħattba kkaratterizzati minn saffi tal-ġebla tal-ġir fil-Lvant. L-imsaġar huma karatteristika ewlenija tal-pajsaġġ, flimkien mal-agrikoltura diversifikata bbażata b’mod partikolari fuq il-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP u tal-IĠP (Armagnac u Floc de Gascogne) jew fuq it-trobbija tal-pollam u t-trobbija tal-papri u tal-wiżżijiet imsemmna. Il-Condomois huwa reġjun żgħir madwar il-belt ta’ Condom fuq iż-żewġ naħat tax-Xmara Baïse. Huwa l-aktar settur sħun u xott fiż-żona ġeografika ta’ Côtes de Gascogne. Il-ħamrija hija prinċipalment magħmula mit-tafal u mill-ġebla tal-ġir, iffurmata fuq il-molassa u fuq is-saffi tal-ġebla tal-ġir. Iż-żona ġeografika ta’ Condomois prinċipalment tkopri l-canton ta’ Condom u t-territorju ta’ ftit muniċipalitajiet ġirien fid-dipartimenti ta’ Gers u ta’ Lot-et-Garonne. Id-dwieli tħawlu għall-ewwel darba f’Gascony fl-era Gallo-Rumana u żviluppaw matul il-Medju Evu. Bosta kartularji mis-seklu 14 jikkonfermaw il-preżenza ta’ vinja importanti. L-inbejjed ta’ Gascony kienu fl-aqwa tagħhom fis-seklu 13 u speċjalment fis-seklu 14, bis-saħħa tal-kummerċ li ffjorixxa mal-Ingilterra u mal-pajjiżi ta’ madwar il-Baħar tat-Tramuntana. Fl-1373, il-“Privilège de Bordeaux” ipprojbixxa l-inbejjed mir-reġjun “Haut pays”, li kien jinkludi lil Gascony, milli jidħlu fil-port ta’ Bordeaux qabel il-Milied, u b’hekk naqqas b’mod kunsiderevoli l-bejgħ ta’ dawn l-inbejjed. Madankollu l-kummerċ mal-Olanda kompla permezz tal-port ta’ Bayonne. Dan kien il-katalizzatur għaż-żieda fil-produzzjoni fis-sekli 17 u 18. Il-vinji reġgħu marru lura waqt il-Gwerer Rivoluzzjonarji Franċiżi u l-Gwerer Napoleoniċi, meta l-kummerċ marittimu kien imblukkat, imbagħad minħabba l-qerda kkawżata mill-phylloxera u l-mard kriptogamiku. Fis-seklu 20, il-vinji, li prinċipalment kienu jintużaw għad-distillazzjoni, reġgħu nbnew. It-tnaqqis fil-konsum tal-alkoħol wassal biex il-vinji ddiversifikaw b’mod naturali għall-produzzjoni tal-inbejjed bla gass. L-għaqda tal-produtturi tal-“vin de pays” Côtes de Gascogne ġiet stabbilita fil-15 ta’ Mejju 1979. Il-“vin de pays” Côtes de Gascogne u Côtes du Condomois ġew rikonoxxuti permezz tad-digriet tal-25 ta’ Jannar 1982. Seba’ kooperattivi tal-inbid jew għaqdiet ta’ kooperattivi tal-inbid li jirrappreżentaw lil aktar minn elf produttur, aktar minn 200 fabbrika tal-inbid privata u tużżana produtturi/negozjanti tal-inbid bħalissa jikkontribwixxu għal din il-produzzjoni. L-inbejjed Côtes de Gascogne huma magħmula minn varjetajiet ta’ dwieli lokali tipiċi tal-għoljiet baxxi tal-Pirinej (Arrufiac B, Baroque B, Clairette B, Courbu B, Petit Courbu B, Gros manseng B, Petit manseng B, Raffiat de Moncade B, Courbu noir N, Jurançon noir N, Manseng noir N u Tannat N b’mod partikolari), li magħhom żdiedu varjetajiet reġjonali (Colombard B, Mauzac B, Ondenc B, Sauvignon B, Sémillon B, Cabernet franc N, Cabernet sauvignon N, Cot N, Merlot N u Fer N). Xi ftit varjetajiet ta’ dwieli magħrufin madwar id-dinja (Chardonnay B, Chenin B, Ugni blanc B, Pinot gris G, Viognier B, Gamay N, Pinot noir N, Syrah N) u ibridi minn varjetajiet lokali akklimatizzaw tajjeb u jikkompletaw l-istokk ta’ dwieli. Nofs il-prodotti huma kkummerċjalizzati bl-indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew aktar ta’ għeneb. Il-coupage spiss jirrifletti l-komplementarjetà bejn varjetà ta’ għeneb indiġena u l-varjetajiet aktar rikonoxxuti li ilhom jitkabbru f’Gascony għal madwar 15-il sena. L-għarfien espert li b’ħila jgħaqqad it-tradizzjoni u t-teknoloġija tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku jippermetti l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tal-għelejjel. In-noti aromatiċi friski ħafna u ta’ frott bi fragranzi taċ-ċitru u ta’ frott eżotiku spiss jiddominaw fl-inbejjed bojod. L-inbejjed ħomor ġeneralment ikollhom aromi ta’ frott aħmar u iswed. L-inbejjed Côtes de Gascogne huma magħrufa f’livell internazzjonali għall-inbejjed bojod tagħhom (90 % tal-produzzjoni), li huma prinċipalment xotti, għalkemm l-inbejjed ħomor (50 000 hl) ukoll bnew reputazzjoni reġjonali b’saħħitha u l-inbejjed rożè (30 000 hl) raw żieda qawwija f’termini tal-volum f’dawn l-aħħar snin. Fi kważi 30 sena, il-produzzjoni laħqet potenzjal kummerċjali annwali ta’ 100 miljun flixkun (750 000 ettolitru). Il-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku jippermettu provvista regolari u bla limitu ta’ ilma lid-dwieli, jew permezz ta’ ammont kbir ta’ xita (fil-Punent taż-żona) jew permezz ta’ ħamrija b’kapaċità għolja ta’ żamma tal-ilma (fil-Lvant taż-żona). Minħabba l-klima moderata tiegħu, dan l-ambjent jiżgura wkoll sajran tajjeb tal-għeneb, li huwa kruċjali biex jinkisbu l-aromi primarji mfittxija. Din iż-żona fil-biċċa l-kbira rurali u agrikola tattira għadd sinifikanti u dejjem akbar ta’ turisti, bis-saħħa tal-immaġni tagħha bħala post konvivjali għal btala u r-reputazzjoni gastronomika tagħha, ibbażata parzjalment fuq il-ħafna prodotti li ngħataw status ta’ DOP jew ta’ IĠP. L-inbejjed tal-IĠP Côtes de Gascogne huma integrati bis-sħiħ f’din id-dinamika. Tul is-sekli, l-inbejjed minn din iż-żona kisbu reputazzjoni eċċellenti, b’mod partikolari fit-Tramuntana tal-Ewropa. Din ir-reputazzjoni għadha tippersisti sal-lum, u tibni fuq il-komplementarjetà bejn il-varjetajiet ta’ għeneb lokali tradizzjonali u ftit varjetajiet “internazzjonali”. It-teknoloġiji moderni sostnuti minn tradizzjoni twila ta’ produzzjoni tal-inbid jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed aromatiċi, friski u flessibbli li huma adattati tajjeb għall-gosti u għat-tendenzi tal-konsum tal-pajjiżi Anglofoni. Illum, 75 % tal-inbejjed jiġu esportati, prinċipalment lejn pajjiżi fit-Tramuntana tal-Ewropa, u s-swieq tal-Amerka ta’ Fuq u tal-Asja qed jespandu.

Kategorija tal-prodotti tad-dwieli

16.

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

Sommarju tar-rabta

L-użu ta’ varjetajiet ta’ dwieli li jipproduċu kontenut alkoħoliku għoli (b’mod partikolari Gros manseng B u Petit manseng B) wassal lill-produtturi biex jagħmlu l-inbid abjad minn għeneb misjur iżżejjed.

Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bojod ħelwin mezzana u ħelwin tal-IĠP Côtes de Gascogne magħmula minn għelejjel misjura żżejjed tal-varjetajiet Petit u Gros Mansengs għamlu suċċess kbir f’dawn l-aħħar snin. Il-Côtes de Gascogne jipproduċi wkoll wieħed mill-ftit inbejjed bojod “primeur” ta’ Franza, b’aktar minn miljun flixkun mibjugħ kull sena.

L-avvanzi fil-vitikultura u fil-prattiki enoloġiċi (il-ħsad fl-istadju ta’ sajran mixtieq, it-tekniki għall-prevenzjoni tal-ossidazzjoni tal-most) issa jagħmluha possibbli li l-aromi primarji jiġu ppreservati aħjar, u għalhekk dawn jistgħu jkunu aktar preżenti fil-prodott lest. L-użu ta’ varjetajiet ta’ dwieli li jipproduċu kontenut alkoħoliku għoli (b’mod partikolari Gros manseng B u Petit manseng B) wassal lill-produtturi biex jagħmlu l-inbid abjad minn għeneb misjur iżżejjed.

Bis-saħħa tal-varjetà wiesgħa ta’ ħamrija u ta’ topoklimi, il-produtturi jistgħu jsibu l-kundizzjonijiet it-tajbin għall-varjetajiet li jkabbru. Il-klima spiss sħuna u xotta fil-bidu tal-ħarifa twassal għas-sajran żejjed tal-varjetajiet ta’ għeneb abjad li jipproduċu kontenut alkoħoliku għoli, u tagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed bojod minn għeneb misjur iżżejjed.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

1.

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Iż-żona fil-prossimità immedjata, definita b’deroga għall-produzzjoni u għall-iżvilupp ta’ nbejjed bl-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Gascogne, tinkludi: - fid-dipartiment ta’ Pyrénées Atlantiques: - il-canton ta’ Garlin: il-muniċipalitajiet kollha, - il-canton ta’ Lembeye: il-muniċipalitajiet kollha; - fid-dipartiment ta’ Hautes-Pyrénées: - il-canton ta’ Castelnau-Rivière-Basse: il-muniċipalitajiet kollha, - il-canton ta’ Maubourguet: il-muniċipalitajiet kollha; - fid-dipartiment ta’ Landes: - il-canton ta’ Aire-sur-l’Adour: Aire-sur-l’Adour (il-parti li tinstab tul ix-xatt fuq in-naħa tax-xellug tal-Adour), Bahus-Soubiran, Buanes, Classun, Duhort-Bachen, Eugénie-les-Bains, Latrille, Renung, Saint-Agnet, Saint-Loubouer, Sarron et Vielle-Tursan, - il-canton ta’ Gabarret: Arx, Baudignan, Estigarde, Herré, Losse, Rimbez-et-Baudiets, - il-canton ta’ Geaune: il-muniċipalitajiet kollha, - il-canton ta’ Grenade-sur-l’Adour: Artassenx, Bascons, Bordères-et-Lamensans, Grenade-sur-l’Adour, Larrivière-Saint-Savin, Maurrin, Saint-Maurice-sur-Adour, - il-canton ta’ Roquefort: Arue, Bourriot-Bergonce, Cachen, Lencouacq, Maillas, Pouydesseaux, Retjons, Roquefort, Saint-Gor, Sarbazan, Vielle-Soubiran, - il-canton ta’ Villeneuve-de-Marsan: Pujo-le-Plan, Saint-Cricq-Villeneuve, Sainte-Foy (il-parti li tinsab fil-Punent tat-triq li tagħti minn Bordeaux għal Pau) u Villeneuve-de-Marsan (il-parti li tinsab fil-Punent tat-triq li tagħti minn Bordeaux għal Pau); – fid-dipartiment ta’ Lot-et-Garonne: - il-canton ta’ Houelliès: Boussès u Durance, - il-canton ta’ Lavardac: Barbaste, Bruch, Feugarolles, Lavardac u Montesquieu, - il-canton ta’ Astaffort: il-muniċipalitajiet kollha, - il-canton ta’ Francescas: Lamontjoie, Nomdieu u Saint-Vincent-de-Lamontjoie, - il-canton ta’ Laplume: il-muniċipalitajiet kollha, - il-canton ta’ Nérac: Calignac, Espiens, Moncaut, Montagnac-sur-Auvignon u Saumont; – fid-dipartiment ta’ Tarn-et-Garonne: - il-canton ta’ Auvillar: il-muniċipalitajiet kollha.

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, iż-żona fil-prossimità immedjata tikkorrispondi għaż-żona definita inkwistjoni.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

2.

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea jrid jidher fuq it-tikketta jekk il-kliem “Indication géographique protégée” (Indikazzjoni ġeografika protetta) jiġi sostitwit bit-terminu tradizzjonali “Vin de pays”. L-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Gascogne tista’ tiġi supplimentata bl-isem tal-unità ġeografika usa’ “Sud-ouest” [Lbiċ]. L-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Gascogne tista’ tiġi supplimentata bl-isem tal-unità ġeografika iżgħar “Condomois” f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. L-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Gascogne tista’ tiġi supplimentata bl-isem ta’ varjetà waħda jew aktar ta’ għeneb. Fir-rigward tal-inbejjed bla gass, l-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Gascogne tista’ tiġi supplimentata bit-termini “primeur” jew “nouveau”.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-72ef82d0-3baf-4cc9-b5d7-f8559309f96e


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6751/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top