Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025PC0759

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

COM/2025/759 final

Brussell, 10.12.2025

COM(2025) 759 final

2025/0390(APP)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

{SWD(2025) 407 final} - {SWD(2025) 408 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-iskop ta’ din il-proposta huwa li temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, imsejjaħ “RFCS” (Research Fund for Coal and Steel). Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill hija maħsuba tissostitwixxi u tħassar id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE 1 li ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2018/599 2 u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/1208 3 . Se tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 4 , anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta tqis l-osservazzjonijiet mill-evalwazzjoni ex ante li takkumpanja din il-proposta, kif ukoll il-parir tal-gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar u tal-Istati Membri rrappreżentati fil-Kumitat għall-Faħam u l-Azzar.

Il-proposta għandha l-għan li tissimplifika u taċċellera l-investimenti skont l-RFCS, inkluż billi żżid l-attraenza tagħha u tkompli tuża l-parti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, l-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (l-“assi”), għall-finanzjament ta’ żewġ sejħiet biannwali għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni mill-2027 sal-2030 biex jittejjeb l-impatt.

Sabiex jinkiseb dan, hija meħtieġa riforma tal-RFCS peress li d-dispożizzjonijiet deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/1208 emendatorja, li tippermetti l-użu ta’ parti mill-assi għal sejħiet iddedikati, se jiskadu fl-aħħar tal-2027.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Il-proposta hija parti minn pakkett legali li jirrevedi l-RFCS u l-Programm ta’ Riċerka tiegħu. Din se tinqasam f’żewġ proposti ġodda għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill: waħda li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37, u waħda li tistabbilixxi l-linji gwida finanzjarji u tekniċi pluriennali għall-immaniġġjar tal-assi.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Boxxla għall-Kompetittività tal-UE 5 , ippreżentata mill-Kummissjoni f’Jannar 2025, tistabbilixxi pjan direzzjonali ġdid ta’ miżuri għas-snin li ġejjin biex tingħata spinta lid-dinamika u lit-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa bil-kompetittività industrijali u d-dekarbonizzazzjoni fost l-imperattivi trasformattivi kif identifikati fir-rapport Draghi. Flimkien mal-ħtieġa li jingħalaq id-distakk fl-innovazzjoni u li jitnaqqsu d-dipendenzi eċċessivi u li tiżdied is-sigurtà, id-dekarbonizzazzjoni titqies bħala mutur b’saħħtu tat-tkabbir, li jeħtieġ li jiġi integrat mal-politiki industrijali, ekonomiċi, kummerċjali u tal-kompetizzjoni.

Fis-26 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni segwiet billi ppreżentat pjan direzzjonali konġunt għad-dekarbonizzazzjoni u l-kompetittività bil-Patt għal Industrija Nadifa 6 tagħha. L-għan tiegħu huwa t-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija dekarbonizzata sal-2050 u li jipprovdi qafas li jappoġġa lill-industrija Ewropea b’argument għall-vijabbiltà aktar b’saħħtu għall-investimenti newtrali għall-klima f’industriji intensivi fl-enerġija, fiċ-ċirkolarità u fit-teknoloġija nadifa. Il-Patt għal Industrija Nadifa jistabbilixxi l-miżuri konkreti għal dan l-iskop u jsemmi l-azzar fost il-prodotti industrijali li għalihom id-domanda tista’ tiġi ffurmata b’mod sinifikanti permezz ta’ akkwist privat. Dan jagħmel ukoll referenzi għall-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti tal-2024 7 , li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċità tal-manifattura ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti fl-Ewropa, u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 8 , li impenja ruħu li jappoġġa teknoloġiji trasformattivi tal-azzar nadif li jwasslu għal proċess ta’ produzzjoni tal-azzar b’livell żero ta’ karbonju sal-2030. Kien akkumpanjat ukoll minn Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli 9 biex tissaħħaħ l-Unjoni tal-Enerġija u biex jiġu proposti azzjonijiet biex tiġi żgurata enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall-Ewropej kollha.

Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli 10 , ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fid-19 ta’ Marzu 2025, għandu l-għan li jappoġġa produzzjoni tal-azzar sostenibbli u kompetittiva għall-Unjoni Ewropea. Bħala parti mill-enfasi tiegħu biex jittaffew ir-riskji tal-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni permezz ta' swieq pilota u appoġġ pubbliku, il-pjan jenfasizza r-rwol tal-RFCS li jipprovdi finanzjament importanti għas-settur tal-azzar fl-istadju tal-innovazzjoni biex jappoġġa t-tranżizzjoni lejn azzar nadif. Barra minn hekk, diġà ħabbar “riforma ġenerali tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, biex tissimplifika u tħaffef aktar l-investimenti fir-riċerka dwar l-azzar, inkluża r-riċerka dwar l-applikazzjonijiet tad-difiża”.

Fl-aħħar nett, ir-Regolament dwar il-Metan 11 , adottat fl-2024, għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, u jintroduċi rekwiżiti għar-rapportar u għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan mill-minjieri tal-faħam.

Il-Boxxla għall-Kompetittività enfasizzat il-ħtieġa għal miżuri dwar id-dekarbonizzazzjoni, li għandhom jiġu kkomplementati aktar b’azzjoni dwar il-faċilitaturi orizzontali, bħas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju, it-tnaqqis tal-piż u l-preferenza għall-ħeffa u l-flessibbiltà. Dan jorbot ukoll mad-diskussjoni usa’ dwar is-simplifikazzjoni tax-xenarju kumpless tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni biex il-finanzjament tal-Unjoni jsir aktar effettiv u jħalli impatt. Fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal Qafas Finanzjarju Pluriennali ambizzjuż u dinamiku, qed issir enfasi fuq il-provvediment ta’ aktar flessibbiltà, ta’ programmi finanzjarji aktar sempliċi, aktar razzjonalizzati u armonizzati, u għal spinta għall-kompetittività.

L-iżviluppi reċenti tal-politika deskritti hawn fuq huma konsistenti mal-objettivi tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS li jappoġġa s-setturi tal-faħam u tal-azzar fit-tranżizzjoni tagħhom. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS jiġi adattat kif xieraq, u li jippermetti l-investimenti meħtieġa biex tiġi aċċellerata d-dekarbonizzazzjoni għaż-żewġ setturi.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Il-bażi legali hija l-Artikolu 2, il-paragrafu 1, tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-bidliet proposti fl-RFCS jistgħu jsiru biss fil-livell tal-UE, permezz tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

•Proporzjonalità

Il-proposta hija meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37.

•Għażla tal-istrument

Wara li ġie kkunsidrat l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 37, din id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tiġi adottata, f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali, mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-proposta hija bbażata fuq ir-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante, li twettaq eżerċizzju ta’ monitoraġġ tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS għall-perjodu 2021-2024, u fuq ir-rapporti mill-Gruppi Tekniċi għas-snin 2022 u 2023.

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet ikkonċernati tal-RFCS kienu involuti f’diversi laqgħat ad hoc, f’laqgħat speċifiċi tal-Grupp Konsultattiv (tal-Grupp Konsultattiv għall-Faħam u tal-Grupp Konsultattiv għall-Azzar), bħal fil-laqgħat konġunti fid-19 ta’ Settembru 2025 u fit-12 ta’ Mejju 2025, u fil-Kumitat għall-Faħam u l-Azzar (COSCO, Coal and Steel Committee), l-aħħar wieħed fit-23 ta’ Settembru 2025. Avveniment ta’ konsultazzjoni pubblika maħsub apposta twettaq ukoll fid-19 ta’ Ġunju 2025.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-monitoraġġ tal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS 2021-2024 fl-evalwazzjoni ex ante, imwettaq f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, flimkien ma’ konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, ipprovda l-għarfien espert meħtieġ.

•Valutazzjoni tal-impatt

Ma hijiex meħtieġa valutazzjoni tal-impatt għar-reviżjoni proposta.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tikkonċerna emenda tal-leġiżlazzjoni diġà eżistenti bbażata fuq il-Protokoll Nru 37 u twassal biss għal impatt żgħir. F’każijiet bħal dawn, l-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar 12 jiċċaraw li ma hija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-impatt. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli tad-19 ta’ Marzu 2025 ħabbar proposta għal riforma tal-RFCS għall-istess sena u diġà ddetermina, abbażi tal-analiżi mwettqa għall-Pjan ta’ Azzjoni, l-orjentazzjoni politika ewlenija tar-riforma: “biex tissimplifika u tħaffef aktar l-investimenti fir-riċerka dwar l-azzar, inkluża r-riċerka dwar l-applikazzjonijiet tad-difiża.” Madankollu, ir-reviżjoni proposta għadha appoġġata mill-analiżi ta’ evalwazzjoni ex ante, kif mitlub fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

•    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta hija bbażata fuq ir-riżultati tal-eżerċizzju ta’ analiżi ex ante li jakkumpanja l-proposta. Dan jinkludi l-kunsiderazzjonijiet ta’ kif għandu jiġi ssimplifikat u aċċellerat l-appoġġ offrut mill-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS, inklużi l-modi biex jiżdiedu l-flessibbiltà u l-prevedibbiltà għall-applikanti potenzjali.

•Drittijiet fundamentali

Il-proposta hija fi qbil mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma toħloqx obbligazzjonijiet ġodda li għandhom jiġġarrbu mill-Baġit Ġenerali permezz tal-QFP attwali.

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Fi tmiem l-2027 se jitwettqu monitoraġġ u valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS.

•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill se tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill se tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jintużaw l-assi mhux allokati li jifdal tal-KEFA f’likwidazzjoni, stmati bħalissa għal EUR 647 miljun fi tmiem l-2026 13 , flimkien ma’ kwalunkwe fond mhux impenjat li jifdal minn sejħiet preċedenti tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS, permezz ta’ erba’ sejħiet annwali għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni previsti fil-programmi ta’ ħidma biannwali għall-2027-2028 u għall-2029-2030. Din id-deċiżjoni testendi l-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Riċerka għal EUR 200 miljun fis-sena biex jitħaffef l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fis-setturi kkonċernati u tiġi estiża l-medda ta’ atturi involuti. Iż-żieda fil-baġit tippermetti wkoll allinjament ’il fuq tar-rati ta’ finanzjament mal-programmi ta’ finanzjament għar-riċerka tal-UE, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill parallela li tistabbilixxi l-linji gwida finanzjarji u tekniċi pluriennali li jippermettu parteċipazzjoni akbar tal-entitajiet pubbliċi u akkademiċi. Dan se jappoġġa aħjar l-investiment u l-output tar-riċerka industrijali.

Id-distribuzzjoni tal-finanzjament bejn ir-riċerka relatata mal-faħam u dik relatata mal-azzar prevista fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE se tkompli tintuża mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS. Madankollu, tista’ tinbidel fl-aħħar sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, jekk ikun meħtieġ biex ikun jista’ jsir użu sħiħ mill-assi.

2025/0390 (APP)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 14 ,

Filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar skada fit-23 ta’ Lulju 2002 f’konformità mal-Artikolu 97 ta’ dak it-Trattat. L-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) ġew ittrasferiti lill-Komunità Ewropea fl-24 ta’ Lulju 2002.

(2)F’konformità mal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), il-valur nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, kif jidhru fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA, għandu jitqies bħala assi maħsuba għar-riċerka fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar (“l-assi”), imsejħa l-“KEFA f’likwidazzjoni”, u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, bħala l-“assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar”.

(3)Il-Protokoll jipprevedi wkoll li d-dħul minn dawk l-assi, imsejjaħ il-“Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar” (RFCS, Research Fund for Coal and Steel), għandu jintuża esklużivament għar-riċerka, barra mill-programm qafas għar-riċerka, fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll u tal-atti adottati abbażi tiegħu.

(4)Fl-1 ta’ Frar 2003, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2003/76/KE 15 , li stabbiliet ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Protokoll.

(5)Minħabba r-rati baxxi tal-imgħax, f’dawn l-aħħar snin il-valur tad-dħul prodott assenjat għall-finanzjament tal-proġetti ta’ riċerka għall-faħam u l-azzar qed jonqos b’rata mgħaġġla u l-assi ma humiex qed jiġġeneraw biżżejjed dħul biex jiffinanzjaw l-allokazzjoni annwali attwali tal-RFCS ta’ EUR 111-il miljun għas-sejħiet, stabbilita bid-Deċiżjoni 2003/76/KE. B’konsegwenza ta’ dan, fl-2024 u fl-2025, is-sejħiet ġew iffinanzjati kompletament mill-bejgħ tal-assi, minħabba li kien hemm telf għall-2022 u l-2023. Għall-2026, u possibbilment għas-snin sussegwenti, il-profitt realizzat se jkopri parti mill-allokazzjoni annwali, iżda ma huwiex mistenni li jkun biżżejjed biex jippermetti programm ta’ ħidma sinifikanti.

(6)Bħala parti mill-isforzi tagħha biex issaħħaħ il-kompetittività tas-settur tal-azzar tal-Unjoni u tissalvagwardja l-futur tal-industrija, il-Kummissjoni impenjat ruħha fil-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli, ippubblikat fid-19 ta’ Marzu 2025 16 , biex tissimplifika u tħaffef aktar l-investimenti fir-riċerka dwar l-azzar.

(7)It-tranżizzjoni tal-enerġija lil hinn mis-sorsi tal-enerġija fossili, speċjalment il-faħam, bħalissa tirrappreżenta sfida, anke fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta, b’mod partikolari għall-industriji u l-ħaddiema fir-reġjuni dipendenti mill-faħam. Sfidi ulterjuri jinkludu l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan mill-minjieri tal-faħam u l-kontribut għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 .

(8)Minn Awwissu 2027 ’il quddiem, huwa mistenni li l-KEFA f’likwidazzjoni ma jkollha l-ebda obbligazzjoni jew riċevibbli, li jfisser it-tlestija tal-likwidazzjoni.

(9)Il-bejgħ ta’ parti mill-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, l-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar biex jiġu ffinanzjati l-proġetti ta’ riċerka fis-setturi tal-faħam u tal-azzar huwa possibbli fid-dawl tan-nuqqas tal-obbligazzjonijiet tal-Fond.

(10)Fid-dawl tal-bidliet finanzjarji u tal-kunsiderazzjonijiet ta’ politika flimkien, jenħtieġ li d-daqs tal-Programm ta’ Riċerka jiġi stabbilit b’tali mod li jiġi żgurat li l-assi tal-Fond ikunu jistgħu jintużaw u jiġu implimentati b’mod korrett f’konformità mal-objettivi tal-Protokoll u mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Il-ħtieġa li tiġi żgurata massa kritika għad-daqs tal-Programm ta’ Riċerka ma tistax tinkiseb bl-użu biss tad-dħul jew ta’ parti limitata mill-assi li jifdal tal-Fond. L-ammonti meħtieġa għall-Programm ta’ Riċerka se jeħtieġu l-użu tal-assi kollha tal-RFCS. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw l-assi li jifdal tal-RFCS biex jiġi pprovdut appoġġ sinifikanti għall-proġetti ta’ riċerka kollaborattiva siewja li għandhom il-massa kritika biex joħolqu valur miżjud tal-Unjoni, speċifikament fis-setturi tal-faħam u tal-azzar barra mill-programm qafas għar-riċerka tal-Unjoni.

(11)Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt għal Industrija Nadifa 18 u l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli jappoġġaw l-argument għall-vijabbiltà għall-investimenti kbar li għandhom iseħħu fl-Unjoni fis-snin li ġejjin, inkluż għall-industrija tal-azzar. Wara dan l-inċentiv politiku, jenħtieġ li l-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar jikkontribwixxi għal tranżizzjoni rapida billi jiffinanzja l-parti tal-isforzi kbar meħtieġa għar-riċerka.

(12)Is-sejħiet fl-2027, fl-2028 u fl-2029 ta’ EUR 200 miljun fis-sena, u fl-2030 ta’ ammont ekwivalenti għall-assi mhux allokati disponibbli li jifdal huma mistennija li jużaw l-investiment privat biex itejbu l-kompetittività u jaċċelleraw it-trasformazzjoni industrijali tas-setturi tal-faħam u tal-azzar lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u d-dekarbonizzazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti allokazzjonijiet annwali xierqa biex dawn is-sejħiet ikunu jistgħu jsiru.

(13)Sabiex jiġi assenjat bis-sħiħ id-dħul nett mill-investimenti u biex tiġi ffaċilitata ż-żieda tal-allokazzjoni għall-2027 minn EUR 111-il miljun għal EUR 200 miljun, huwa xieraq li jitnaqqas id-dewmien fl-allokazzjoni tiegħu, billi l-allokazzjoni fis-sena n+1 tkun koperta mill-karta tal-bilanċ tal-assi għas-sena n għall-karti tal-bilanċ magħluqa għas-snin 2026, 2027, 2028 u 2029, filwaqt li jinżammu l-allokazzjonijiet annwali diġà stabbiliti bid-Deċiżjoni 2003/76/KE.

(14)It-tqassim attwali tal-allokazzjonijiet baġitarji bejn ir-riċerka dwar il-faħam u dwar l-azzar, ta’ 27,2 % u 72,8 % rispettivament, huwa appoġġat miż-żewġ setturi u jibqa’ xieraq meta jitqiesu l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet ta’ assorbiment rispettivi tagħhom.

(15)Sabiex tkun tista’ tadatta għall-ħtiġijiet possibbli ta’ finanzjament għar-riċerka tas-settur tal-faħam jew tal-azzar f’każ ta’ assorbiment insuffiċjenti tas-settur l-ieħor, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex, jekk ikun meħtieġ, fl-2030 temenda din id-Deċiżjoni biex tibdel il-perċentwal ta’ finanzjament allokat għar-riċerka relatata mal-faħam u għar-riċerka relatata mal-azzar , biex ikun jista’ jsir użu sħiħ mill-assi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 19 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandu jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(16)Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2003/76/KE tiġi ssostitwita. Madankollu, sakemm titlesta l-likwidazzjoni tal-KEFA, huwa xieraq li tinżamm l-applikazzjoni tal-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni sakemm jitlestew l-operazzjonijiet finanzjarji tal-KEFA f’likwidazzjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-istabbiliment tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.  

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, tal-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (“l-assi”).

Artikolu 2

1. Il-Kummissjoni għandha timmaniġġja l-assi b’tali mod li żżomm allokazzjoni annwali ta’ EUR 200 miljun għas-snin 2027, 2028 u 2029 biex tiffinanzja r-riċerka fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar. L-assi mhux allokati li jifdal għandhom ikunu parti minn allokazzjoni għas-sena 2030 ugwali għall-valur tas-suq ta’ dawn l-assi fil-mument tat-trasferiment lill-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq. Din l-allokazzjoni għandha tintuża biex tiffinanzja r-riċerka fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar f’din is-sena u s-snin li ġejjin.

2. L-attivitajiet ta’ riċerka għandhom jiffukaw fuq it-teknoloġiji li jwasslu għal produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero u l-proġetti ta’ riċerka għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni ġusta tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u l-infrastruttura relatata, inklużi r-reġjuni li jinsabu fihom, f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2021/523, 20 (UE) 2021/1056 21 u (UE) 2021/1229 22 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

3. L-allokazzjoni annwali tal-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tkun magħmula mid-dħul nett mill-investimenti, u mill-ammont ta’ kontanti li għandhom jiġu ġġenerati bil-bejgħ ta’ parti mill-assi.

Artikolu 3

1. Kull sena għandhom jitfasslu kont tal-profitt u t-telf, karta tal-bilanċ u rapport finanzjarju biex juru, separatament mill-operazzjonijiet finanzjarji l-oħra tal-Unjoni, it-tranżazzjonijiet ta’ investiment u l-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-assi skont l-Artikolu 2.  

Dawk ir-rapporti finanzjarji għandhom jiġu annessi mar-rapporti finanzjarji mfassla mill-Kummissjoni kull sena skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 247 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. 

2. Is-setgħat tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontroll u l-kwittanza kif stabbiliti fit-TFUE u fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet u l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 

Artikolu 4

1. Id-dħul nett mill-investimenti previsti fl-Artikolu 2 u l-ammonti ta’ kontanti li għandhom jiġu ġġenerati mill-bejgħ ta’ parti mill-assi għandhom jikkostitwixxu dħul fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dak id-dħul u l-ammonti ta’ kontanti għandhom jiġu mmarkati għall-iskop speċifiku tal-finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar li ma humiex koperti mill-Programmi Qafas għar-Riċerka. Għandu jifforma l-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar u għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni.

2. Id-dħul u l-ammonti ta’ kontanti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqassmu fi programmi ta’ ħidma, b’27,2 % allokati għar-riċerka relatata mal-faħam u 72,8 % allokati għar-riċerka relatata mal-azzar.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7 li jemendaw din id-Deċiżjoni biex jinbidel il-perċentwal ta’ finanzjament allokat għar-riċerka relatata mal-faħam u għar-riċerka relatata mal-azzar stabbilit fl-ewwel subparagrafu fl-2030 fejn meħtieġ biex ikun jista’ jsir użu sħiħ tal-assi.

3. Id-dħul u l-ammonti ta’ kontanti allokati skont il-paragrafu 1 u li għadhom disponibbli fil-31 ta’ Diċembru fi kwalunkwe sena partikolari, kif ukoll l-ammonti rkuprati, għandhom jiġu riportati awtomatikament għas-sena ta’ wara.

4. L-approprjazzjonijiet baġitarji li jikkorrispondu għall-kanċellazzjonijiet tal-impenji għandhom jiskadu awtomatikament fi tmiem kull sena finanzjarja. Id-dispożizzjonijiet għall-impenji rilaxxati minħabba l-kanċellazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 5

Id-dħul u l-ammonti ta’ kontanti disponibbli għall-finanzjament tal-proġetti ta’ riċerka għas-sena n+1 għandhom jiġu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA f’likwidazzjoni tas-sena n u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, fil-karta tal-bilanċ tal-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar tas-sena n, sal-allokazzjoni tal-assi li jifdal fl-2029 għall-2030.

Artikolu 6

In-nefqa amministrattiva li tirriżulta minn operazzjonijiet ta’ likwidazzjoni, ta’ investiment u ta’ ġestjoni msemmija f’din id-Deċiżjoni, għandha titħallas mill-Kummissjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 7

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 4 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu (4)2, it-tieni subparagrafu, tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 8

Id-Deċiżjoni 2003/76/KE titħassar.

Madankollu, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/76/KE għandu jkompli japplika għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-KEFA f’likwidazzjoni sakemm titlesta l-likwidazzjoni tal-KEFA f’likwidazzjoni.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3

1.3.Objettiv(i)3

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17

3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24

3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24

3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25

3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26

3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29

4.Dimensjonijiet diġitali29

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30

4.2.Data30

4.3.Soluzzjonijiet diġitali31

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/76/KE

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Riċerka u Innovazzjoni

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (RFCS, Research Fund for Coal and Steel) huwa programm ta’ finanzjament tal-UE li jappoġġa l-proġetti ta’ riċerka dwar il-faħam u l-azzar. Permezz tal-għotjiet jikkofinanzja l-proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fl-oqsma tal-faħam u tal-azzar.

Fil-bażi legali attwali, il-fond jappoġġa l-proġetti fl-universitajiet, fiċ-ċentri tar-riċerka, u f’kumpaniji privati. L-attivitajiet ta’ riċerka tal-RFCS għandhom jiffukaw fuq it-teknoloġiji li jwasslu għall-produzzjoni tal-azzar b’emissjonijiet tal-karbonju ta’ kważi żero u l-proġetti ta’ riċerka għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni ġusta tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u l-infrastruttura relatata.

Objettivi tar-riforma

Ir-riforma proposta għandha l-għan li tissimplifika u ttejjeb il-funzjonament tal-RFCS, li tagħmlu aktar aċċessibbli u attraenti għall-industrija, inkluż għall-SMEs, għaċ-ċentri tar-riċerka u għad-dinja akkademika. Il-kundizzjonijiet riveduti tas-sejħa se jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji ta’ investiment għall-industrija. L-objettivi konġunti tad-dekarbonizzazzjoni u tal-kompetittività stabbiliti fil-Boxxla għall-Kompetittività u fil-Patt għal Industrija Nadifa (flimkien mal-implimentazzjoni settorjali mmirata speċifika deskritta fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Azzar u l-Metalli), kif ukoll inizjattivi rilevanti oħra ta’ appoġġ immirati lejn it-tranżizzjoni tas-setturi tal-faħam u tal-azzar, jistgħu jinkisbu biss jekk il-kapital privat ikun appoġġat minn qafas koerenti u kkoordinat ta’ finanzjament pubbliku.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Skont ir-riforma proposta tal-RFCS, il-Programm ta’ Riċerka għandu l-objettiv li jappoġġa r-riċerka kollaborattiva fis-setturi tal-faħam u tal-azzar, inkluża r-riċerka dwar l-aspetti ta’ użu doppju. Il-Programm ta’ Riċerka għandu jipprovdi wkoll appoġġ għal teknoloġiji trasformattivi tal-azzar nadif, li jikkontribwixxu għall-objettivi tan-newtralità klimatika fl-Ewropa, u jsaħħu l-awtonomija strateġika tal-UE fil-katina tal-valur tal-azzar kollha. Barra minn hekk, il-Programm ta’ Riċerka għandu jipprovdi appoġġ għall-proġetti ta’ riċerka għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni ġusta tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw qabel jew tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u l-infrastruttura relatata u r-reġjuni li jinsabu fihom. Il-Programm ta’ Riċerka għandu wkoll l-għan li jippromwovi l-valorizzazzjoni tal-eżiti tar-riċerka biex tissaħħaħ ir-rilevanza tagħhom għas-suq u jiġi appoġġat il-potenzjal tagħhom għall-implimentazzjoni skalabbli. Il-Programm ta’ Riċerka għandu l-għan li jkun konsistenti mal-objettivi politiċi, xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, u għandu jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri.

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

L-impatti mistennija tar-riforma huma dawn li ġejjin:

– Iż-żieda fl-assenjazzjonijiet annwali tippermetti proġetti ta’ riċerka aktar ambizzjużi, li jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi sal-2050 filwaqt li tinżamm il-kompetittività.

– Ir-riforma tippermetti wkoll li jiġu implimentati r-rati ta’ finanzjament riveduti li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, jiġifieri dawk tal-kumpaniji privati, tal-universitajiet u taċ-ċentri tar-riċerka, u tikkontribwixxi biex tattira aktar investimenti u parteċipazzjoni usa’ għall-programm tal-RFCS.

– Ir-razzjonalizzazzjoni tal-objettivi tar-riċerka, li jkunu aktar adattati għar-realtajiet attwali li qegħdin jiffaċċjaw is-setturi tal-azzar u tal-faħam, għandha tgħin biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-programm. Ir-riforma proposta tintroduċi wkoll rekwiżit biex jitwettqu attivitajiet ta’ varar u ta' kummerċjalizzazzjoni fl-Ewropa, biex jiġi żgurat l-aħjar impatt tal-proġetti ta’ riċerka u ta' innovazzjoni għall-kompetittività tal-UE.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

L-implimentazzjoni tal-programm tal-RFCS bħalissa hija mmonitorjata mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA, Research Executive Agency), li hija responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-programm, f’kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-istatus ta’ implimentazzjoni tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji li jmiss għad-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Aġenziji Eżekuttivi, skont il-QFP futur, id-DĠ RTD jipprevedi li jiddelega dan il-kompitu lil Aġenzija Eżekuttiva. Din il-ħidma se teħtieġ laqgħat ta’ koordinazzjoni regolari u rapportar annwali, li jipprovdu feedback strutturat dwar kif il-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal objettivi ta’ politika usa’ tal-UE. Ir-rapportar se jipprovdu wkoll informazzjoni dwar l-attraenza tal-programm, billi jipprovdi data dwar l-evoluzzjoni tal- għadd ta’ proposti. Diskussjoni regolari mal-kumitat konsultattiv u mal-Kumitat tal-Faħam u l-Azzar (COSCO, Coal and Steel Committee) se tgħin ukoll biex jiġi vvalutat kif ir-riforma tal-RFCS qed tindirizza l-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, u r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-partijiet ikkonċernati.

Il-progress tekniku ta’ portafolli speċifiċi ta’ proġetti skont l-RFCS se jkompli jiġi mmonitorjat ukoll mill-Gruppi Tekniċi dwar il-Faħam u l-Azzar (“il-Gruppi Tekniċi” jew TGs, Technical Groups), li jinkludu grupp wieħed għall-faħam u ħamsa għall-azzar. Dawn il-gruppi huma magħmula minn esperti rikonoxxuti ta’ livell għoli b’esperjenza sostanzjali fis-subsetturi rispettivi tagħhom. L-informazzjoni dwar il-Gruppi Tekniċi – inklużi s-sħubija tagħhom, l-aġendi tal-laqgħat, u dettalji oħra – hija disponibbli għall-pubbliku fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni. Il-ġestjoni tat-TGs bħalissa hija fdata lir-REA, kif stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil bejn l-REA u d-DĠ RTD.

Il-Gruppi Tekniċi jipprovdu ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-iżviluppi teknoloġiċi fl-oqsma speċifiċi tagħhom. Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq l-informazzjoni miġbura minn proġetti ffinanzjati mill-RFCS, primarjament permezz ta’ laqgħat annwali mfassla apposta bejn il-Gruppi Tekniċi u l-koordinaturi tal-proġetti, li bħalissa huma organizzati mill-REA.

Barra minn hekk, il-Gruppi Tekniċi huma mistennija jipproduċu l-kontenut meħtieġ għall-REA biex jipprovdu r-rapporti annwali li joffru analiżi usa’ tal-portafoll li tqis ukoll l-iżviluppi f’oqsma relatati u programmi Ewropej paralleli. Dan jiżgura fehim aktar integrat tal-progress u tal-impatt fl-ekosistema tal-innovazzjoni.

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 23  

☒ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

☒ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-isfidi li qed jiffaċċjaw is-setturi tal-faħam u tal-azzar u l-prijoritizzazzjoni politika biex jappoġġaw b’mod konġunt id-dekarbonizzazzjoni u l-kompetittività, flimkien mal-isfidi tar-reġim finanzjarju tal-RFCS, l-effettività limitata tar-riforma tal-2021 u r-rispons reċenti mill-partijiet ikkonċernati jindikaw il-ħtieġa li tiġi riveduta l-bażi legali tal-RFCS sabiex tissaħħaħ l-attraenza tagħha u jiġi massimizzat l-impatt tagħha.

Mhux biss il-kundizzjonijiet tas-sejħa jeħtieġu reviżjoni, speċjalment f’termini ta’ rati ta’ finanzjament, iżda huwa meħtieġ ukoll bejgħ ulterjuri tal-assi tal-fond sabiex ikompli jiġi pprovdut appoġġ adegwat għar-riċerka u l-innovazzjoni matul il-fażi ta’ tranżizzjoni diffiċli lejn id-dekarbonizzazzjoni. L-RFCS huwa programm orjentat lejn l-industrija li appoġġa attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni fost iż-żewġ komunitajiet tal-faħam u l-azzar mill-2003. Huwa importanti li l-fond ikompli jappoġġa wkoll l-industrija issa u fuq perjodu ta’ żmien qasir biex jiggarantixxi tranżizzjoni rapida.

Għalhekk, il-waqfien tar-reġim attwali tal-użu ta’ parti mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni biex jiġi ffinanzjat il-programm (li se jiskadi fl-aħħar tal-2027) ma huwiex sostenibbli u mhux se jippermetti programm sinifikanti jekk jiġi ffinanzjat biss mid-dħul u mhux mill-assi.

F’dan ir-rigward, hemm opportunità f’waqtha biex tiġi riveduta l-bażi legali tal-programm u jissaħħaħ ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-appoġġ effettiv tas-setturi tal-faħam u tal-azzar matul it-tranżizzjoni tagħhom. Il-kundizzjonijiet attwali tas-sejħa, l-objettivi tar-riċerka, u l-baġit disponibbli ma humiex qed jużaw biżżejjed investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni mill-industrija u ma joffrux kundizzjonijiet attraenti tas-sejħa għad-dinja akkademika u lanqas għall-industrija.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Peress li l-bażi legali tal-RFCS hija bbażata fuq il-Protokoll 37, anness mat-Trattati, din taqa’ taħt il-kompetenza tal-UE. Il-miżuri li jimplimentaw il-Protokoll huma stabbiliti f’Deċiżjoni tal-Kunsill u li r-reviżjoni tagħhom tappartjeni għad-dritt esklużiv ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni għal proposti leġiżlattivi.

Matul is-snin, il-Programm tal-RFCS ipprovda avvanzi sinifikanti għaż-żewġ setturi. Dawn l-avvanzi huma miġburin fir-rapporti reċenti mill-gruppi tekniċi tal-RFCS għall-faħam u għall-azzar u huma bbażati fuq kollaborazzjoni qawwija bejn entitajiet minn diversi Stati Membri tal-UE u minn diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet. Għall-kumpaniji tal-azzar u għall-universitajiet li jipparteċipaw fil-proġetti ta’ riċerka, il-benefiċċji varjaw minn tnaqqis fil-kostijiet (li jirriżulta minn iffrankar fl-użu tal-enerġija u/jew fil-materja prima), żieda fil-produttività, sostenibbiltà mtejba u l-kisba ta’ sehem ġdid mis-suq permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi tal-azzar. Għas-settur tal-faħam, l-RFCS ikkontribwixxa għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza fil-minjieri u għat-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet ta’ wara l-estrazzjoni fuq l-ambjent.

L-RFCS ġie mfassal biex ikun programm ta’ riċerka industrijali, li huwa mfassal speċifikament biex jappoġġa l-kollaborazzjoni transfruntiera, u fl-istess ħin jippermetti kollaborazzjoni bejn l-industrija u d-dinja akkademika bl-għan li jappoġġa riċerka industrijali maħsuba apposta.

Ir-riforma proposta tikkontribwixxi b’mod qawwi għall-objettivi ta’ politika fit-tul tal-UE u tindirizza l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati. Il-frontloading tal-investiment jippermetti proġetti ambizzjużi ta’ riċerka, li jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi sal-2050 filwaqt li tinżamm il-kompetittività. Dan jippermetti wkoll li jiġu ffinanzjati r-rati ta’ finanzjament riveduti li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u jikkontribwixxu biex jattiraw aktar investimenti u parteċipazzjoni usa’ għall-programm tal-RFCS. Ir-razzjonalizzazzjoni tal-objettivi tar-riċerka, li jkunu aktar adattati għar-realtajiet attwali li qegħdin jiffaċċjaw is-setturi, tkun ta' għajnuna biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-programm. Ir-riforma proposta tintroduċi wkoll rekwiżit biex jitwettqu attivitajiet ta’ varar u ta' kummerċjalizzazzjoni fl-Ewropa, biex jiġi żgurat l-aħjar impatt tal-proġetti ta’ riċerka u l-innovazzjoni għall-kompetittività tal-UE.

Fir-rigward tat-twaqqit, ir-riforma tkun idealment tidħol fis-seħħ f’Jannar 2027. Filwaqt li dan it-twaqqit ma ntalabx speċifikament mill-partijiet ikkonċernati, dan joffri kundizzjonijiet tas-sejħa aktar attraenti aktar kmieni. Dan ikun jikkorrelata ma’ sensiela ta’ miżuri li għandhom l-għan li jappoġġaw l-industriji intensivi fl-enerġija (pereżempju l-Att għall-Aċċellerazzjoni tad-Dekarbonizzazzjoni Industrijali), kif deskritt fl-introduzzjoni. Fil-fatt, din ir-riforma għandha tinftiehem f’kuntest ta’ politika usa’ li fih is-setturi intensivi fl-enerġija jitqiesu bħala atturi ewlenin għall-kompetittività industrijali u għall-istrateġija ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE .

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Is-sejbiet tal-evalwazzjoni interna mwettqa għall-perjodu 2021-2024 enfasizzaw li l-RFCS wera l-effiċjenza tiegħu permezz tas-sejħa annwali fl-appoġġ tas-setturi tal-faħam u tal-azzar permezz ta’ riċerka kollaborattiva eċċellenti u l-involviment tas-settur privat. Madankollu, dan wera wkoll li naqas milli jissodisfa l-aspettattivi tar-riforma tal-2021 fir-rigward tas-sejħiet il-kbar, kif rifless mill-nfiq insuffiċjenti tal-programm. Fil-kundizzjonijiet attwali, il-programm u b’mod partikolari s-sejħiet il-kbar ma humiex attraenti biżżejjed biex jiġġeneraw l-investiment privat kbir meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi attwali tad-dekarbonizzazzjoni industrijali.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-programm tal-RFCS huwa soġġett għall-Protokoll 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Il-Protokoll jgħid b’mod espliċitu li d-dħul mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni għandu jintuża esklużivament għar-riċerka, barra mill-programm qafas għar-riċerka, fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar. Madankollu, jistgħu jiġu stabbiliti sinerġiji mal-Orizzont Ewropa li jmiss u mal-Fond għall-Kompetittività. Il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar jista’ jindirizza l-ispettru sħiħ tal-isfidi tar-riċerka fis-setturi tal-faħam u tal-azzar, kif ukoll jingrana investimenti pubbliċi u privati addizzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni. B’hekk, jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ ulterjuri tax-xenarju Ewropew tar-riċerka u l-innovazzjoni u jaċċellera l-kummerċjalizzazzjoni u d-diffużjoni tal-innovazzjoni.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-finanzjament se jikkonsisti esklużivament mill-assi li jifdal tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar f’likwidazzjoni, kif ukoll mid-dħul iġġenerat minn dawn l-assi. Il-KEFA kienet iffinanzjata (i) mill-imposti li l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-faħam u tal-azzar kellhom iħallsu abbażi tal-produzzjoni tagħhom u (ii) mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE aktar tard. Dawn ir-riżorsi jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-assi ġġenerati. Il-fond se jkompli jeżisti bħala tali sal-eżawriment tal-assi.

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

☒ durata limitata

–☒    fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2027

–☒    impatt finanzjarju mill-2027 sal-2030 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2027 sal-2034 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 

☒ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–☒ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–☒ mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

– lill-korpi tad-dritt pubbliku

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

–lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Ir-regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għal dan il-programm se jsegwu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

Il-progress tal-programm lejn l-objettivi tiegħu se jitkejjel permezz tal-monitoraġġ imwettaq mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea, bħalissa, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA, Research Executive Agency) bl-appoġġ tal-Gruppi Tekniċi tal-RFCS (ħamsa għall-azzar u tnejn għall-faħam).

Id-data kollha dwar il-proċessi ta’ mmaniġġjar tal-programm (l-applikazzjonijiet, ir-rati ta’ suċċess, iż-żmien għall-għotja, it-tip ta’ benefiċjarji, eċċ.) se tinġabar u tinħażen fil-Maħżen Virtwali tad-Data tal-Għotjiet Elettroniċi.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta fdata lill-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni se tkompli tibbaża fil-biċċa l-kbira fuq l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA), stabbilita f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003. Id-delega tal-attivitajiet lil din l-Aġenziji Eżekuttivi hija soġġetta għal Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji ex ante mandatorja u indipendenti u l-esperti esterni jagħmlu evalwazzjonijiet regolari tal-Aġenzija. L-Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji msemmija hawn fuq se tikkunsidra wkoll il-kostijiet tal-kontroll u tas-superviżjoni. L-evalwazzjonijiet interim imwettqa fl-2012 u fl-2015 jikkonfermaw l-effiċjenza għolja u l-valur miżjud tal-Aġenziji Eżekuttivi fl-implimentazzjoni tal-programm. L-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, l-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom jiġu mmaniġġjati biex jipprovdu pagamenti annwali fi ħdan il-limiti tal-allokazzjoni sabiex jiffinanzjaw ir-riċerka kollaborattiva fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar. Il-pagamenti annwali għandhom jiġu ffinanzjati mid-dħul nett mill-investimenti u mir-rikavati ġġenerati mill-bejgħ ta’ parti mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, mill-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, sal-ammont annwali ta’ krediti ta’ pagament stabbiliti mis-servizz deżinjat tal-Kummissjoni. Il-linji gwida finanzjarji ġew rieżaminati jew issupplimentati, jekk xieraq. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid l-operazzjoni u l-effettività tal-linji gwida finanzjarji u għandha tipproponi kwalunkwe emenda xierqa. L-istrateġija ta’ kontroll tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar se tiġi allinjata ma’ dik għall-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Għalhekk se tibbenefika mill-miżuri kollha ta’ simplifikazzjoni introdotti skont Orizzont Ewropa. Ġew introdotti miżuri ta’ simplifikazzjoni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Finanzjament tal-Programm ta’ Riċerka fil-forma ta’ għotjiet f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-bidliet proposti fil-modalitajiet ta’ finanzjament (somma f’daqqa) se jiżguraw l-allinjament ma’ dawk tal-programm ta’ riċerka tal-UE u jikkontribwixxu biex jimminimizzaw il-vulnerabbiltà għall-erruri finanzjarji. Il-proposta se tkun qed timplimenta rata ta’ finanzjament waħda għal kull azzjoni għall-attivitajiet kollha li tiffinanzja. Ir-rata massima għal kull azzjoni tiġi stabbilita fil-kundizzjonijiet tas-sejħa. Fir-riforma proposta, jistgħu jiġu rimborżati sa 100 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli ta’ azzjoni skont il-Programm ta’ Riċerka, ħlief għall-entitajiet legali bi skop ta’ qligħ fejn sa 70 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu rimborżati. Bħala eċċezzjoni, l-SMEs għandhom ikunu eliġibbli għal rata ta’ finanzjament sa 100 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli. Ir-riforma proposta tipprevedi li jiġi stabbilit il-mod kif il-kostijiet indiretti jistgħu jiġu ddikjarati fil-kundizzjonijiet tas-sejħa, li għandhom jindikaw jekk jistgħux jiġu applikati l-kostijiet unitarji jew is-somom f’daqqa. L-ixprunatur ewlieni għall-adozzjoni ta’ finanzjament b’somma f’daqqa mhux se jkun it-tnaqqis tar-rata ta’ erruri, iżda l-ilħuq tal-objettivi kollha tal-programm. Il-programm se jibbenefika minn servizzi kosteffettivi pprovduti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi taħt ġestjoni diretta (ġestjoni ċentralizzata tal-esperti tal-evalwazzjoni, awditu ex post, IT, eċċ.). L-istrateġija ta’ kontroll hija bbażata fuq il-proċeduri għall-għażla tal-aħjar proġetti u biex dawn jissarrfu fi strumenti legali:

– l-immaniġġjar tal-proġetti u tal-kuntratti matul il-ħajja ta’ kull proġett; il-verifiki ex ante fuq 100 % tal-pretensjonijiet tal-kostijiet,

– iċ-ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ogħla minn ċertu livell limitu, u ċ-ċertifikazzjoni dwar il-metodoloġiji għall-kalkolu tal-kostijiet unitarji jew il-valutazzjoni ex ante fuq bażi volontarja;

– l-awditi ex post (aleatorji u bbażati fuq ir-riskju) fuq kampjun ta’ pretensjonijiet imħallsa għal għotjiet taħt il-kostijiet reali;

– ir-rieżamijiet regolari tal-proġetti dwar l-implimentazzjoni teknika u r-riżultati għall-għotjiet kollha;

– ir-rieżamijiet tekniċi ex post fuq kampjun ta’ għotjiet.

Din l-istrateġija u l-approċċ ta’ kontroll urew l-effiċjenza finanzjarja tagħha mid-delega tal-programm lir-REA, kif irrapportat fl-evalwazzjoni esterna triannwali tal-Aġenzija. Barra minn hekk, ir-riżultati mill-kontrolli ex post juru li din l-istrateġija ta’ kontroll tippermetti ż-żamma ta’ riskju ta’ legalità/regolarità taħt il-livell limitu ta’ 2 %.

Ir-rata ta’ erruri identifikata għall-aħħar sentejn tal-RFCS hija ta’ 2,03 %, b’rata ta’ erruri “residwi” ta’ 1,70 %, wara li jitqiesu l-irkupri u l-korrezzjonijiet kollha li ġew implimentati jew li se jiġu implimentati. Bl-introduzzjoni tas-somom f’daqqa u tal-Għażliet ta’ Kostijiet Issimplifikati (SCOs, Simplified Cost Options), huwa mistenni li tinżamm rata ta’ erruri identifikata taħt it-2 %.

Bħalissa, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA) qiegħda timplimenta l-RFCS. Mingħajr preġudizzju għall-Analiżi tal-Kostijiet- u l-Benefiċċji li jmiss għad-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Aġenziji Eżekuttivi, skont il-QFP futur, id-DĠ RTD jipprevedi li jiddelega dan il-kompitu lil Aġenzija Eżekuttiva.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

L-implimentazzjoni tas-sejħiet tal-RFCS se tiġi mmaniġġjata f’kundizzjonijiet u skont proċessi tan-negozju simili għall-immaniġġjar tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (PQ). B’riżultat ta’ dan, ir-riskji huma simili għall-PQ u huma relatati b’mod partikolari mal-kisbiet tal-objettiv stabbilit fil-proposti evalwati b’mod pożittiv u l-iżgurar tal-legalità/tar-regolarità fl-għotjiet żborżati għar-rimborż tal-kostijiet imġarrba.

Sa fejn ikun possibbli, l-REA se tapplika strateġiji ta’ kontroll ex ante u ex post simili biex tiżgura l-legalità/ir-regolarità tal-operazzjonijiet. Dan jinkludi ċirkwit finanzjarju b’kontropiż fejn l-unità finanzjarja ċentrali tivverifika l-operazzjonijiet kollha tal-infiq u strateġija ta’ kontroll ex post miftiehma mal-RTD u implimentata f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-unità ta’ kontroll ex post tad-DĠ RTD. Ir-rati ta’ erruri li nstabu matul il-kontrolli ex post tas-snin preċedenti wrew li kienu mrażżna fi ħdan ir-rata tollerabbli ta’ erruri ta’ 2 %.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

L-istima aktar konservattiva tal-kostijiet tas-sistema ta’ kontroll (evalwazzjoni, għażla, immaniġġjar tal-proġett, kontroll ex ante u ex post) jinsabu fil-medda ta’ bejn 2 % sa 4 % fost is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas għar-Riċerka ta’ Orizzont Ewropa. Huwa stmat li l-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar huwa fl-istess medda ta’ bejn 2 sa 4 %. Dan huwa kkunsidrat bħala kost raġonevoli fid-dawl tal-isforzi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li jinkisbu l-objettivi u tal-għadd ta’ tranżazzjonijiet involuti. Ir-riskju ta’ errur mistenni mal-pagament għall-għotjiet b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-kostijiet mhux eliġibbli huwa ta’ bejn 2,0 sa 3,0 %. Ir-riskju ta’ errur fl-għeluq (wara l-effett tal-kontrolli u tal-korrezzjonijiet) huwa ta' anqas minn 2 % għall-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Ir-riskju ta’ errur mistenni għall-għotjiet b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq finanzjament b’somma f’daqqa huwa qrib iż-0 % (mal-pagament jew fl-għeluq). L-aspettattiva kumplessiva għar-rati ta’ erruri se tiddependi mill-bilanċ bejn iż-żewġ metodi ta’ finanzjament (ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli u s-somom f’daqqa). L-għan tal-Kummissjoni hu li, meta xieraq, tapplika l-mudell ta’ finanzjament b’somma f’daqqa. Madankollu, l-ixprun ewlieni għall-adozzjoni ta’ finanzjament b’somma f’daqqa mhux se jkun it-tnaqqis tar-rata ta’ erruri, iżda l-kisba tal-objettivi kollha tal-programm.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Il-kontrolli ex ante robusti applikati għall-kontrolli ex-post kollha tan-nefqa u bbażati fuq il-kampjuni u fuq ir-riskju jikkontribwixxu kemm għall-identifikazzjoni kif ukoll għall-korrezzjoni tal-erruri.

Is-servizzi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Programm ta’ Riċerka huma determinati li jiġġieldu kontra l-frodi fl-istadji kollha tal-proċess ta’ mmaniġġjar tal-għotjiet. Huma żviluppaw, u qegħdin jimplimentaw, strateġiji komuni u settorjali kontra l-frodi, inkluż l-użu msaħħaħ tal-intelligence, speċjalment bl-użu ta’ għodod avvanzati tal-IT, ta’ taħriġ u informazzjoni għall-persunal, u ta’ preżentazzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-benefiċjarji tal-għotjiet u għall-Gruppi Tekniċi. Dawn l-isforzi se jkomplu, u l-attivitajiet ta’ kontra l-frodi u ta’ valutazzjoni tar-riskju se jkomplu jissaħħu bis-saħħa tal-iżvilupp attwali mis-servizzi ċentrali tal-għodda korporattiva għall-kejl tar-riskju ARACHNE. B’mod ġenerali, il-miżuri proposti għandhom ikomplu jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi, li se jkomplu skont il-Programm ta’ Riċerka, u evalwazzjoni u kontroll xjentifiċi msaħħa. Għandu jissaħħaq li l-frodi identifikata kienet kontinwament baxxa ħafna fi proporzjon man-nefqa totali fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Minkejja dan, is-servizzi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Programm ta’ Riċerka jibqgħu impenjati bis-sħiħ li jiġġilduha. Il-leġiżlazzjoni se tiżgura li l-awditi, ir-rieżamijiet u l-investigazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF, Office européen de lutte antifraude), kif ukoll l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), bl-użu tad-dispożizzjonijiet standard li diġà qegħdin jintużaw skont il-Programm ta’ Riċerka.

F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u mar-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu b’miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett u, meta xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa kompetenti biex jinvestiga u jieħu l-passi legali kontra frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi l-fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, kif xieraq, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 24 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 25

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 26

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

01

01 20 03 02 - Faħam

Diff.

LE

LE

LE

IVA

01

01 20 03 01 - Azzar

Diff.

LE

LE

LE

IVA

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–☒    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

01

DĠ: RTD

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2028-2034

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja

Impenji

(1a)

 

 

 

 

0,000

0,000

Pagamenti

(2a)

 

 

 

 

0,000

0,000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

 

 

 

 

0,000

0,000

Pagamenti

(2b)

 

 

 

 

0,000

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

Linja baġitarja

 

(3)

 

 

 

 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ RTD

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

=2a+2b+3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (inkluża l-kontribuzzjoni lill-aġenzija deċentralizzata) 

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 1

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP

2028-2034

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

Nefqa amministrattiva

DĠ RTD

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

WARA l-2034

TOTAL GLOBALI

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Riżorsi umani

0,780

0,780

0,780

0,780

0,101

0,000

0,000

3,221

0,000

3,221

Nefqa amministrattiva oħra

0,050

0,050

0,050

0,050

0,000

0,000

0,000

0,200

0,200

TOTAL TAD-DĠ RTD

Approprjazzjonijiet

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

01

Riċerka u Innovazzjoni

DĠ: RTD

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP

2028-2034

TOTAL QFP

2021-2027

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja: 01 20 03 01 u 01 20 03 02

Impenji

(1a)

200,000 

200,000 

200,000 

200,000 

600,000

200,000

800,000

Pagamenti

(2a)

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1,016,000

112,000

1128,000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

 

 

 

 

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(2b)

 

 

 

 

0,000

0,000

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

Linja baġitarja

 

(3)

 

 

 

 

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ RTD

Impenji

=1a+1b+3

200,000

200,000

200,000

200,000

0,000

0,000

0,000

0,000

600,000

200,000

80,000

Pagamenti

=2a+2b+3

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1016,000

112,000

1128,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

200,000

200,000

200,000

200,000

0,000

0,000

0,000

0,000

600,000

200,000

800,000

Pagamenti

(5)

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1016,000

112,000

1128,000

Total tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

200,000

200,000

200,000

200,000

0,000

0,000

0,000

0,000

600,000

200,000

800,000

Pagamenti

=5+6

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1016,000

112,000

1128,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ: RTD

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

 

2031

Sena

2032

Sena 

2033

Sena

2034

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

TOTAL QFP

2028-2034

TOTAL QFP

2021-2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

TOTAL QFP 2021-2027

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

200,000

200,000

0,000

0,000

0,00

0,00

0,00

0,00

600,000

200,00

800,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1016,000

112,000

1128,000

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena  
2024

Sena  
2025

Sena  
2026

Sena  
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 27

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 28 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–☒    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

2028-2034

Wara l-2024

TOTAL GLOBALI

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,780

0,780

0,780

0,780

0,101

0,000

0,000

3,221

0,000

3,221

Nefqa amministrattiva oħra

0,050

0,050

0,050

0,050

0,000

0,000

0,000

0,200

0,000

0,200

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

TOTAL TAL-INTESTATURA 7 u barra mill-INTESTATURA 7

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

–☒    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

WARA

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

2034

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

2

2

2

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

4

4

4

4

1

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

0

Ammin. Linja ta’ appoġġ 
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL

6

6

6

6

1

0

0

0

L-għadd ta’ FTE huwa indikattiv u ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar il-QFP li jmiss. Barra minn hekk, ir-riżorsi addizzjonali għall-Kummissjoni huma previsti għal delega lil Aġenzija Eżekuttiva skont il-QFP futur, mingħajr preġudizzju għall-Analiżi tal-Kostijiet-Benefiċċji li jmiss għad-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Aġenziji Eżekuttivi.

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali *

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew skont ir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

2

M/A

M/A

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

4

M/A

M/A

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

Se jkunu meħtieġa żewġ FTE addizzjonali għall-immaniġġjar tal-implimentazzjoni politika tar-riforma, u għall-eżekuzzjoni tar-riforma u għas-sorveljanza taż-żieda fl-attivitajiet finanzjarji u ta’ ġestjoni tal-programm, minbarra l-erba’ uffiċjali u l-persunal temporanju li bħalissa huma allokati għall-RFCS. Dan it-tisħiħ huwa temporanju u jista’ jiġi assenjat mill-ġdid wara l-2031.

Persunal estern

Ir-riforma tal-RFCS se twassal għal żieda ta’ 80 % fl-allokazzjonijiet annwali u għal kundizzjonijiet tas-sejħa riveduti għas-snin 2027 sal-2030 inklużi. Dawn se jirriżultaw f’ammont ta’ xogħol akbar għall-unità tal-RFCS fit-tnedija tas-sejħiet u fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet. L-introduzzjoni ta’ użu doppju fil-programm se tkompli żżid l-ammont ta’ xogħol. Huma meħtieġa erba’ FTE addizzjonali bħala aġenti kuntrattwali għall-pożizzjonijiet tal-maniġers tal-programm u tal-uffiċjali tal-proġett, minbarra s-16 attwalment allokati għall-RFCS. L-allokazzjoni totali meħtieġa se tonqos progressivament wara l-2031 peress li ma titnieda l-ebda sejħa oħra u l-proġetti jitlestew.

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.

B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.

L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,520

0,531

0,541

0,552

0,563

0,574

0,586

3,867

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,520

0,531

0,541

0,552

0,563

0,574

0,586

3,867

TOTAL

0,520

0,531

0,541

0,552

0,563

0,574

0,586

3,867

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–☒    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

–    tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

–    tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–☒    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

–    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

 
3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

–☒    Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–    Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–    fuq ir-riżorsi proprji

–    fuq dħul ieħor

–    indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

F’konformità mal-Artikolu 21.2(b) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet relatati mad-dħul iġġenerat mill-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat estern. Il-linji baġitarji 01 20 03 02 (Faħam) u 01 20 03 01 (Azzar)

4.Dimensjonijiet diġitali

Il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar juża l-għodod korporattivi deskritti fid-Dikjarazzjoni Legali, Finanzjarja u Diġitali ta’ Orizzont Ewropa.

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 29, 5.2.2003, p. 22, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2003/76(1)/oj ).
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/599 tas-16 ta’ April 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2018/599/oj )
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1208 tad-19 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 261, 22.7.2021, p. 54, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1208/oj )
(4)    Il-Protokoll (Nru 37) dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 327-328).
(5)    COM(2025) 30 final
(6)    COM(2025) 85
(7)    Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724, (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj )
(8)    COM(2019) 640 final
(9)    COM/2025/79 final
(10)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli”, COM(2025) 125 final
(11)    Ir-Regolament (UE) 2024/1787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942 (ĠU L, 2024/1787, 15.7.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1787/oj ).
(12)    Ara l-Istrument #7 tal- Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea.
(13)    Stima bbażata fuq valur tas-suq tal-31 ta’ Awwissu 2025.
(14)    ĠU C , , p. .
(15)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 29, 5.2.2003, p. 22, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2003/76(1)/oj ).
(16)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli”, COM(2025) 125 final.
(17)    Ir-Regolament (UE) 2024/1787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942 (ĠU L, 2024/1787, 15.7.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1787/oj ).
(18)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni”, COM(2025) 85 final.
(19)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(20)    Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj).
(21)    Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1056/oj).
(22)    Ir-Regolament (UE) 2021/1229 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku taħt il-mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 274, 30.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1229/oj).
(23)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(24)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(25)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(26)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(27)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(28)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”
Top