IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.12.2025
COM(2025) 755 final
2025/0388(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fir-rigward tal-istabbiliment tas-Sottokumitat għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra, u dwar l-approvazzjoni tal-istabbiliment tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Ukrajna
2025/0388 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fir-rigward tal-istabbiliment tas-Sottokumitat għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra, u dwar l-approvazzjoni tal-istabbiliment tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.
(2)Il-Preambolu tal-Ftehim jirrikonoxxi l-impenn tal-Partijiet li javvanzaw ir-riformi u l-proċessi ta’ approssimazzjoni ’l quddiem fl-Ukrajna, abbażi ta’ valuri komuni, jiġifieri inkluż ir-rispett għal governanza tajba.
(3)L-Artikolu 4 tal-Ftehim jirreferi għall-għan tad-djalogu politiku, li huwa li jissaħħaħ ir-rispett għall-governanza tajba, li huwa ċentrali għat-tisħiħ tar-relazzjoni bejn il-Partijiet.
(4)L-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar id-djalogu u l-kooperazzjoni dwar ir-riforma domestika, jitlob lill-Partijiet tal-Ftehim jikkooperaw sabiex jiżguraw li l-politiki interni tagħhom ikunu bbażati fuq prinċipji komuni, b’mod partikolari l-istabbiltà u l-effettività tal-istituzzjonijiet demokratiċi.
(5)L-Artikolu 346 tal-Ftehim jiffoka fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi filwaqt li jiżgura l-iżvilupp tal-politika baġitarja u sistemi sodi ta’ kontroll intern pubbliku u awditjar estern, allinjati mal-prinċipji fundamentali tal-akkontabilità, it-trasparenza, l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività.
(6)L-Artikolu 446 tal-Ftehim jiddeskrivi l-għan li jiġu promossi l-fehim reċiproku u l-kooperazzjoni bilaterali fil-qasam tal-politika reġjonali, dwar metodi ta’ formulazzjoni u implimentazzjoni ta’ politiki reġjonali, inklużi governanza u sħubija fuq diversi livelli, b’enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta’ żoni żvantaġġati u l-koperazzjoni territorjali, biex b’hekk jistabbilixxu mezzi ta’ komunikazzjoni u jitqawwa l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-atturi soċjoekonomiċi u s-soċjetà ċivili.
(7)L-Artikolu 450 tal-Ftehim jippermetti lill-Ukrajna tipparteċipa fl-aġenziji tal-UE rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, fejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa korp konsultattiv tal-UE.
(8)L-Artikolu 463(1) tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni biex jieħu deċiżjonijiet bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim.
(9)L-Artikolu 466(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jistabbilixxi kwalunkwe kumitat jew korp speċjali f’oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.
(10)Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni se jiddeċiedi dwar l-istabbiliment tas-Sottokumitat għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika u japprova l-istabbiliment tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Ukrajna.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, se tappoġġa l-ħolqien tas-Sottokumitat għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika u tapprova l-istabbiliment tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Ukrajna, u għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tal-att tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President