IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.5.2025
COM(2025) 236 final
2025/0236(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tas-sistema tal-kundizzjonalità, it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagament dirett, it-tipi ta’ intervent f’ċerti setturi u tal-iżvilupp rurali, u r-rapporti annwali tal-prestazzjoni u r-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward tal-governanza tad-data u l-interoperabbiltà, is-sospensjonijiet tal-pagamenti, l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, u l-kontrolli u l-penali
{SWD(2025) 236 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Kuntest ġenerali tal-proposta
Il-linji gwida politiċi tal-President von der Leyen għall-Kummissjoni 2024-2029 stabbilew pjan għal prosperità sostenibbli. Il-pjan jenfasizza l-ħtieġa li tingħata spinta lill-kompetittività biex jinħatfu l-opportunitajiet u jiġi appoġġat it-tkabbir fl-Unjoni Ewropea (UE).
Ir-rapport ta’ Mario Draghi “The future of European Competitiveness”, jindika piżijiet regolatorji għaljin, li jaffettwaw b’mod partikolari lill-SMEs b’obbligi tar-rapportar eċċessivi, lakuni fl-investiment u kundizzjonijiet mhux favorevoli għall-ingranaġġ tal-investiment privat. Ir-rapport jirrakkomanda sforzi koordinati, kemm jekk b’passi iżgħar u kumulattivi, b’azzjonijiet kuraġġużi fil-livell tal-UE, jew b’żieda fis-sussidjarjetà biex jitnaqqsu dawn il-piżijiet regolatorji għaljin.
Biex ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport jissarrfu fi pjan direzzjonali strateġiku, il-Boxxla għall-Kompetittività tal-Kummissjoni tiddeskrivi ħames faċilitaturi orizzontali li jkopru l-politiki u s-setturi kollha. Dawn jinkludu sforzi sistematiċi ta’ simplifikazzjoni li jissimplifikaw il-piżijiet regolatorji, inkluż biex il-proċeduri tal-aċċess għall-fondi tal-UE jsiru aktar sempliċi, aktar malajr u eħfef. Il-Boxxla tenfasizza rabtiet mill-qrib mad-diġitalizzazzjoni għal ġestjoni aħjar tad-data, filwaqt li tnaqqas kemm jista’ jkun il-kostijiet tal-konformità u amministrattivi.
Il-Komunikazzjoni “Ewropa aktar sempliċi u rapida” tippreżenta mod ġdid ta’ ħidma bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati fi spirtu ta’ sħubija u kooperazzjoni, biex jiġu ssimplifikati r-regoli tal-UE, jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji u jittejjeb kif jitfasslu u jitwettqu r-regoli. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-mira li sa tmiem l-2029, il-piż amministrattiv minħabba r-regoli tal-UE jitnaqqas bi mqar 25% għall-kumpaniji kollha u 35% għall-SMEs.
Kif enfasizzat il-Kummissjoni fl-Istrateġija Ewropea ta’ Unjoni tal-Preparatezza tas-26 ta’ Marzu 2025, il-pandemija tal-COVID19 u l-iżviluppi ġeopolitiċi riċenti wrew li l-ekonomija tal-Unjoni u s-soċjetà tagħha bħala ħaġa sħiħa jistgħu jitfixklu mill-qiegħ minn avvenimenti kritiċi maġġuri, bħal kunflitti armati jew theddid ibridu, u jeħtieġ niżguraw il-preparatezza tagħna ħalli nevitaw u nirreaġixxu għal dak it-theddid. B’mod partikolari, il-Kummissjoni hi konxja mill-isfidi serji li kunflitt armat fit-territorju ta’ Stat Membru jew sabotaġġ serju tal-infrastruttura li jikkonċerna, pereżempju, il-provvisti tal-ilma, jista’ jirrappreżenta għall-azjendi agrikoli li jaħdmu fiż-żona kkonċernata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li, kif tispjega l-Komunikazzjoni dwar il-forza maġġuri u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni tat-30 ta’ Mejju 2024, il-kunċett ta’ forza maġġuri jista’ jkopri wkoll sitwazzjonijiet li ma jissemmewx speċifikament fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, bħal kunflitt armat jew sabotaġġ tal-infrastruttura ġo territorju ta’ Stat Membru, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti. Għalhekk, il-forza maġġuri tista’ tiskuża lill-azjendi agrikoli li joperaw fiż-żona kkonċernata minn dawn l-avvenimenti mill-konsegwenzi legali li, skont ir-regoli applikabbli, normalment jirriżultaw minn nonkonformità mal-obbligi tagħhom.
L-involviment u d-djalogu mill-qrib fost l-istituzzjonijiet tal-UE, l-azjendi agrikoli, u l-partijiet agroalimentari oħra kkonċernati fil-livelli kollha huma prinċipju ewlieni tal-“Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel”6. Filwaqt li tagħraf ir-rwol essenzjali tal-azjendi agrikoli fis-soċjetà, il-Viżjoni tistinka biex tixpruna l-kompetittività u l-attraenza tas-settur agroalimentari. Abbażi tad-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE7, din tiddeskrivi l-kundizzjonijiet meħtieġa għas-settur biex jirnexxi u jkompli jipprovdi l-ħafna benefiċċji tiegħu lis-soċjetà issa u sal-2040. Is-simplifikazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni huma identifikati bħala oqsma ewlenin biex jintlaħqu dawn l-objettivi.
Il-Viżjoni tenfasizza li “l-azjendi agrikoli jenħtieġ li jkunu intraprendituri u fornituri, u mhux iġorru piżijiet burokratiċi jew regolatorji bla bżonn”, biex jixprunaw l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà fil-prattiki agrikoli. Din il-Viżjoni kif ukoll id-diversità tas-settur jitolbu approċċi mfassla apposta aktar milli soluzzjonijiet li jixħtu lil kulħadd f’keffa waħda; apparti verifiki tar-realtà b’rabta mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u s-simplifikazzjonijiet iffaċilitati minn teknoloġiji ġodda, bħal pereżempju rapportar awtomatizzat biex jitnaqqas il-piż amministrattiv. Hu importanti li jinkiseb bilanċ tajjeb bejn il-politiki regolatorji u dawk ibbażati fuq l-inċentivi. Il-Viżjoni tirrikonoxxi l-ħtiġijiet speċifiċi tal-azjendi agrikoli iżgħar, u tenfasizza l-ħtieġa ta’ piż amministrattiv minimu u modi aktar faċli biex jinkiseb aċċess għall-appoġġ tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Dawn u xi azjendi agrikoli oħra spiss ikunu fi żvantaġġ biex jaċċessaw u jużaw il-finanzjament, u dan ixekkel il-kapaċità tagħhom li jinvestu, jinnovaw u jiżviluppaw.
Fil-perjodu 2023-2027, il-PAK tappoġġa lill-azjendi agrikoli bil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK nazzjonali (il-Pjanijiet tal-PAK, il-Pjanijiet) li jfasslu l-Istati Membri skont qafas komuni tal-UE biex jindirizzaw sfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali. Dan l-approċċ iżid is-sussidjarjetà fil-ġestjoni tal-PAK u anki l-enfasi tal-politika fuq il-prestazzjoni, biex ikunu jistgħu jsiru reazzjonijiet integrati u aktar immirati għall-isfidi agrikoli fit-territorji tal-Istati Membri kollha. B’dan l-approċċ, l-Istati Membri jaqdu rwol importanti biex il-piż amministrattiv tal-azjendi agrikoli jinżamm limitat u proporzjonat.
Wara l-approvazzjoni tagħhom fl-2022, it-28 Pjan tal-Pjan ilhom mill-2023 jiġu implimentati u jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu lill-azjendi agrikoli, finanzjament għal skemi ambjentali, u assistenza għal investimenti, għall-innovazzjoni, għal ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti setturi agrikoli, u għall-iżvilupp rurali. Il-Pjanijiet jispeċifikaw sett ta’ rekwiżiti, interventi u miri abbażi ta’ 10 objettivi speċifiċi tal-PAK, li l-progress tagħhom jitkejjel b’indikaturi komuni. Il-Pjanijiet għandhom rwol importanti fiż-żamma tal-introjti tal-azjendi agrikoli, jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tal-agrikoltura tal-UE lejn mudell ta’ biedja sostenibbli, u jiżguraw is-sigurtà tal-ikel u l-vitalità taż-żoni rurali.
Il-PAK għandha l-appoġġ ta’ qafas stabbilit sew biex tinkiseb u ssir diskussjoni dwar ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ gruppi ta’ esperti, u gruppi ta’ djalogu ċivili għal fora trasversali, tematiċi u speċifiċi għas-settur. In-Network tal-PAK ilaqqa’ lil organizzazzjonijiet tal-azjendi agrikoli u organizzazzjonijiet oħra, amministrazzjonijiet, riċerkaturi, intraprendituri u prattikanti oħra biex jaqsmu bejniethom l-għarfien u l-informazzjoni, u jħeġġu t-tagħlim bejn il-pari, u jaqsmu l-aqwa prattiki. Il-qafas ta’ governanza skont il-Pjanijiet tal-PAK, inkluż il-kumitati tal-monitoraġġ, jipprovdi mezzi għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livell tal-Istati Membri.
Kuntest u objettivi speċifiċi
L-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjanijiet ħabtet mal-bidu tal-gwerra tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li minn dak iż-żmien ’l hawn affettwat ferm lis-swieq, u biddlet il-kuntest usa’ għall-politika agrikola tal-UE. Fl-istess ħin, id-diżastri naturali, l-avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi oħrajn affettwaw ġmielha l-produzzjoni ta’ ħafna azjendi agrikoli madwar l-UE.
Wara l-protesti mifruxa tal-bdiewa fil-bidu tal-2024 u d-diskussjonijiet fil-Kunsill Ewropew dwar l-isfidi li qed jiffaċċja s-settur agrikolu, u r-rispons mingħand l-istituzzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati tal-UE dwar l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet tal-PAK, il-Kummissjoni ressqet sett ta’ aġġustamenti mmirati għall-qafas legali tal-PAK. Dawn l-aġġustamenti kellhom l-għan li jallinjaw aħjar il-qafas legali tal-UE mar-realtajiet tal-azjendi agrikoli, itejbu l-amministrazzjoni tal-Pjanijiet mill-Istati Membri, u jnaqqsu l-piż tal-kontrolli fuq l-azjendi agrikoli.
Id-dibattitu dwar is-simplifikazzjoni tal-PAK kompla fl-2025 abbażi tal-għarfien tal-2024, jiġifieri tul it-tieni sena tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet. Il-Ministri tal-Agrikoltura tal-UE ltaqgħu fis-27 ta’ Jannar 2025 u appellaw għal aktar simplifikazzjoni. Dawn l-appelli b’mod ġenerali ħarġu fid-dieher il-bżonn li tiżdied il-kompetittività tal-azjendi agrikoli tal-UE, li jitnaqqas il-piż fuq l-azjendi agrikoli u fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi, u li r-riżorsi limitati jiġu allokati b’mod aktar effettiv ħalli jiġu ssodisfati d-domandi li tant qed jinbidlu. Dawn urew ukoll li ċerti opportunitajiet li tipprovdi l-PAK qed jibqgħu ma jinħatfux biżżejjed minħabba l-kumplessitajiet fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni. Anki ċ-ċirkostanzi, il-prattiki u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti gruppi ta’ azjendi agrikoli mhux dejjem ikunu rikonoxxuti sew, u dan joħloq obbligi duplikati.
Bl-aġġustamenti proposti fil-leġiżlazzjoni tal-PAK, il-Kummissjoni timmira li ttejjeb l-implimentazzjoni tagħha billi tipprovdi rispons malajr u sod għall-kwistjonijiet identifikati u għall-isfidi l-ġodda. Ir-rispons jenħtieġ li jżid il-flessibbiltà għall-Istati Membri u jnaqqas il-piż minn fuq l-azjendi agrikoli ħalli jaħtfu l-opportunitajiet kollha tal-PAK, filwaqt li l-PAK jibqa’ jkollha rwol fl-appoġġ tat-tranżizzjoni tal-agrikoltura Ewropea.
Il-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel spjegat oqsma ewlenin tal-qafas leġiżlattiv agrikolu attwali li jeħtieġ jiġu aġġustati (filwaqt li twarrbu għadd ta’ kwistjonijiet oħrajn aktar estensivi biex ikunu jistgħu jiġu diskussi fil-kuntest tal-PAK wara l-2027). Il-proposta attwali tindirizza dawn kif ġej:
·Is-simplifikazzjoni fl-azjendi agrikoli u s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti biex ikunu jistgħu jiġu aġġustati aħjar għas-sitwazzjonijiet differenti u għal varjetà ta’ prattiki agrikoli. Pereżempju, dan se jsir billi jiġi aġġustat il-qafas tal-kundizzjonalità tal-PAK għall-prattiki segwiti mill-azjendi agrikoli organiċi, li jippermetti pagamenti għal kull bhima u kaxxa tan-naħal għall-impenji agroambjentali klimatiċi u għall-ekoskemi, filwaqt li titqies b’mod partikolari l-biedja organika, li tipprevedi aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) 1, 2 u 4, filwaqt li jinżamm il-kontribut tagħhom għall-objettivi tagħhom li jintroduċu l-possibbiltà li l-appoġġ jitħallas malajr f’każ ta’ kriżi, billi l-ġestjoni tar-riskju ssir aktar flessibbli għal ċerti għelejjel u tipi ta’ azjendi agrikoli;
·Is-simplifikazzjoni tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli żgħar u medji billi l-Istati Membri u l-azjendi agrikoli jitħeġġu jużaw iżjed pagamenti simplifikati. Pereżempju, dan se jsir billi jiżdied il-limitu annwali tal-pagamenti li jingħataw bħala ammont f’daqqa lill-azjendi agrikoli żgħar, jew billi jiġi appoġġat l-iżvilupp tan-negozju tagħhom;
·It-tisħiħ tal-kompetittività. Lil hinn mis-simplifikazzjoni ġenerali, dan se jsir billi jiġu ssimplifikati r-regoli dwar l-istrumenti finanzjarji, b’alternattivi standard tal-kostijiet għall-investimenti, u b’assistenza finanzjarja estiża għas-settur tal-frott u l-ħxejjex;
·Aktar flessibbiltà lill-Istati Membri għall-ġestjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Pereżempju, dan se jsir billi jitneħħa l-obbligu ta’ rieżami tal-Pjan tal-PAK li jirriżulta minn bidliet għal ċerti atti legali tal-UE, il-waqfien tal-mekkaniżmu tal-Approvazzjoni Annwali tal-Prestazzjoni, is-simplifikazzjoni tal-valutazzjoni tal-kwalità tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), billi tingħata aktar flessibbiltà fil-metodoloġija għall-kontrolli tal-kundizzjonalità, billi jiġu allinjati aħjar ir-regoli għall-emendi bejn il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u billi l-emendi ta’ natura strateġika jsiru soġġetti biss għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, u billi jiġu estiżi l-limiti taż-żmien li japplikaw għar-Rieżami Annwali tal-Prestazzjoni.
L-isforzi biex ikun hemm implimentazzjoni sempliċi tal-leġiżlazzjoni mhux se jkunu limitati għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
Jeħtieġ jiġi enfasizzat ukoll ir-rwol kritiku li l-Istati Membri se jkollhom biex jiżguraw simplifikazzjoni sinifikanti abbażi tal-proposta. L-Istati Membri jenħtieġ li jisfruttaw ukoll l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipprovdi alternattivi aktar estensivi ħalli tilħaq l-objettivi ta’ politika tagħha, biex l-azjendi agrikoli jibbenefikaw għalkollox mill-objettivi tas-simplifikazzjoni tal-proposta.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
L-emendi proposti huma konsistenti mal-filosofija ġenerali tal-atti bażiċi tal-PAK li bħalissa huma fis-seħħ, jiġifieri r-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116. Għaldaqstant, il-proposta hi konsistenti mal-politika eżistenti.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta taġġusta għadd ta’ dispożizzjonijiet fir-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fis-seħħ bħalissa, li tqiesu konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE u żżid dispożizzjonijiet ġodda b’mod konsistenti mal-filosofija ġenerali tal-atti bażiċi eżistenti tal-PAK. Għalhekk, il-proposta hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE għax ma tintroduċix elementi fundamentalment ġodda għall-politiki eżistenti.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali hi l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għax il-proposta għandha l-għan li temenda lit-tnejn, ir-Regolament (UE) 2021/2115 u r-Regolament (UE) 2021/2116.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
It-TFUE jipprevedi li l-kompetenza għall-agrikoltura tinqasam bejn l-UE u l-Istati Membri. L-UE teżerċita l-kompetenza tagħha billi tadotta diversi atti leġiżlattivi li jiddefinixxu u jimplimentaw il-PAK tal-UE kif previst fl-Artikoli 38 sa 44 tat-TFUE. Ir-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 huma parti mill-qafas leġiżlattiv tal-PAK tal-UE. Biex jittaffew ċerti diffikultajiet, jiġu pprovduti simplifikazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv, dawn ir-Regolamenti jeħtieġ jiġu emendati, u dan jista’ jsir biss fil-livell tal-UE.
•Proporzjonalità
Il-proposta timmodifika r-Regolamenti eżistenti biss sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi deskritti hawn fuq. Dan inaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-Istati Membri u minn fuq l-azjendi agrikoli, u jżid elementi ġodda biss sa fejn ikun strettament meħtieġ biex jiġu aġġustati r-Regolamenti eżistenti skont l-objettivi deskritti hawn fuq.
•Għażla tal-istrument
Peress li l-atti leġiżlattivi oriġinali huma Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-emendi jridu jiġu introdotti wkoll bħala Regolament skont il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proposta twieġeb għall-aspettattivi tal-komunità tal-biedja u għas-sejħiet ripetuti tal-Kunsill u tal-Istati Membri biex jindirizzaw mill-aktar fis possibbli l-piżijiet amministrattivi u l-konġestjonijiet fil-qafas leġiżlattiv tal-PAK.
Waqt it-tħejjija ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni analizzat il-kontribut tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-Kumitat COMAGRI tal-Parlament Ewropew, u tar-rappreżentanti tal-azjendi agrikoli mogħti fl-2024 u li kien jinkludi aktar minn 500 suġġeriment individwali. Eżaminat ukoll aktar minn 400 suġġeriment li taw l-Istati Membri wara d-dibattitu tas-27 ta’ Jannar 2025 fil-Kunsill Agrikoltura u Sajd. Dawn is-suġġerimenti koprew firxa wiesgħa ta’ politika, ta’ implimentazzjoni, organizzazzjonali u ekonomiċi kemm fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-PAK kif ukoll mhux tal-PAK.
Il-Kummissjoni qieset ukoll r-rispons mid-diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK fil-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u n-network tal-PAK, u l-kontribut spontanju ta’ diversi gruppi ta’ partijiet ikkonċernati, inkluż organizzazzjonijiet tal-azjendi agrikoli u NGOs ambjentali.
Fl-24 ta’ Marzu 2025 issejħet laqgħa tal-Grupp ta’ Djalogu Ċivili dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-Kwistjonijiet Orizzontali biex jiġu diskussi miżuri possibbli ta’ simplifikazzjoni. F’din il-laqgħa, il-parteċipanti qasmu ideat dwar is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-PAK u b’mod aktar wiesa’ l-leġiżlazzjoni tal-UE f’oqsma rilevanti għall-azjendi agrikoli. Qasmu wkoll ideat dwar ir-rilevanza u l-importanza tal-għażliet ta’ implimentazzjoni nazzjonali fis-simplifikazzjoni tal-qafas tal-PAK għall-azjendi agrikoli u għal benefiċjarji oħra. F’dawn il-laqgħat u f’diversi ittri indirizzati lill-Kummissjoni, ċerti partijiet ikkonċernati enfasizzaw il-ħtieġa li ma jiġux issimplifikati b’mod li jkun ta’ detriment għall-objettivi tal-politika dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol ambjentali jew ġusti. Xi wħud enfasizzaw ukoll l-importanza taċ-ċertezza legali għall-azjendi agrikoli.
Il-grupp tematiku tan-network tal-PAK tal-UE dwar is-simplifikazzjoni ltaqa’ fit-2 ta’ April 2025 biex jaqsam fehmiet dwar l-isfidi tal-implimentazzjoni li jistgħu jiġu indirizzati mis-simplifikazzjoni u biex jiġbor eżempji ta’ azzjonijiet li diġà ttieħdu fil-livell tal-Istati Membri li jistgħu jiġu rreplikati bħala prattika tajba fl-applikazzjonijiet u l-monitoraġġ, ir-rapportar u kontrolli tal-PAK.
Inġabret aktar evidenza bi stħarriġ dwar l-azjendi agrikoli li fl-2024 kiseb qrib 27 000 risposta dwar l-esperjenza u l-perċezzjonijiet tagħhom meta japplikaw għall-appoġġ tal-PAK u l-obbligi assoċjati. Dan l-istħarriġ, flimkien ma’ intervisti dettaljati ta’ segwitu ma’ kampjun ta’ rispondenti, u stħarriġiet u intervisti ma’ benefiċjarji u partijiet ikkonċernati oħra tal-PAK fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri kienu l-bażi għal studju dwar is-simplifikazzjoni u l-piż amministrattiv għall-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra skont il-PAK.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-proposta tqis is-sejbiet u r-riżultati tal-istudju estern dwar is-simplifikazzjoni u l-piż amministrattiv għall-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra skont il-PAK li sar fl-2024-2025. L-istudju jkopri u janalizza l-perspettiva tal-benefiċjarji u tas-servizzi ta’ konsulenza dwar is-sorsi ewlenin ta’ piż amministrattiv u diffikultajiet relatati mal-konformità mar-rekwiżiti relatati mal-implimentazzjoni tal-PAK 2023-2027; jivvaluta l-piż tal-benefiċjarji u jidentifika l-piż li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni u l-piż tal-PAK fil-livell tal-UE marbuta mal-għażliet ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri u l-possibbiltà ta’ gold-plating; u jislet konklużjonijiet dwar l-aktar azzjonijiet/oqsma importanti ta’ simplifikazzjoni mill-perspettiva tal-benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK.
•Valutazzjoni tal-impatt
Minħabba l-ħtieġa urġenti li jitressqu proposti biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati, ma kienx possibbli li titħejja valutazzjoni tal-impatt sħiħa. Iżda tħejja dokument ta’ ħidma tal-persunal biex jinhemeż mal-proposta tal-Kummissjoni, li jivvaluta t-tnaqqis fil-kostijiet amministrattivi.
Il-pakkett imexxi l-PAK tul it-triq deskritta fil-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel, li tippermetti tranżizzjoni bilanċjata għal prattiki agrikoli mtejba u li tappoġġa l-opportunitajiet tal-iżvilupp tan-negozju agrikolu, speċjalment għall-bdiewa żgħażagħ. Dan joffri flessibbiltà addizzjonali sostanzjali lill-Istati Membri u anki lill-azjendi agrikoli u joħloq kundizzjonijiet għal użu akbar tal-opportunitajiet tal-qafas legali tal-PAK. L-emendi proposti jirrikonoxxu wkoll li l-inċentivar tal-azjendi agrikoli jista’ jkun aktar effettiv mill-impożizzjoni ta’ bidliet b’rekwiżiti obbligatorji, u b’hekk jiġu żgurati aċċettazzjoni u aderenza akbar għat-titjib fis-sostenibbiltà. Il-proposta tas-simplifikazzjoni żżomm il-komponenti essenzjali kollha tal-arkitettura ekoloġika tal-PAK, inkluż l-istandards kollha tal-KAAT u l-istrumenti tal-appoġġ tal-PAK li se jibqgħu jitfasslu biex imorru lil hinn mill-istandards obbligatorji.
B’mod ġenerali, il-valutazzjoni tindika li l-pakkett joffri opportunitajiet biex jitnaqqas b’mod sinifikanti l-piż relatat mal-PAK speċjalment għall-azjendi agrikoli. Iżda l-grad tal-kisba ta’ kostijiet imnaqqsa u ta’ benefiċċji u d-distribuzzjoni tagħhom se jiddependi l-aktar fuq l-għażliet li jagħmlu l-Istati Membri. Ir-rwol tal-Istati Membri fl-ingranaġġ tal-opportunitajiet il-ġodda u fil-kisba ta’ simplifikazzjoni tanġibbli għall-azjendi agrikoli hu kruċjali.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Il-proposta tfasslet speċifikament biex tiffaċilita simplifikazzjoni importanti tal-qafas legali tal-PAK tal-UE u biex tnaqqas il-piż amministrattiv tal-azjendi agrikoli u tal-amministrazzjonijiet nazzjonali.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta se jkollha impatt baġitarju minħabba l-emenda tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, li tiffaċilita ż-żieda tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal interventi settorjali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.
L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex approvata mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali se tkun limitata għal ċertu persentaġġ (minn 4.1% sa 5.5% skont it-tip ta’ benefiċjarji u l-objettivi segwiti) tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-emenda proposta tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 tinvolvi żieda possibbli ta’ dawn il-limiti b’0.5 punti perċentwali għall-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Jiddependi mill-għażla tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, dan jista’ jżid in-nefqa. Billi mill-2026 ’il quddiem, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha se jiġu implimentati skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK u abbażi tal-eżekuzzjoni tas-settur fis-sena finanzjarja 2024 (EUR 1.15 biljun), in-nefqa addizzjonali annwali stmata hi EUR 5.75 miljun (EUR 1.15 biljun x 0.05). Biex jużaw iż-żieda possibbli, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi se jkollhom jemendaw il-programmi operazzjonali tagħhom, u b’hekk l-impatt finanzjarju jaffettwa l-2026 u l-2027. Kwalunkwe nefqa relatata se tibqa’ taħt is-sublimitu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG).
Barra minn hekk, il-proposta għandha impatt baġitarju mhux kwantifikabbli li jirriżulta mill-emenda tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116. L-emenda proposta ta’ dik id-dispożizzjoni teskludi mill-finanzjament bir-riżerva agrikola l-miżuri li jipprovdu appoġġ lill-azjendi agrikoli milquta minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi. Il-proposta ma tbiddilx l-ammont ġenerali tar-riżerva. Iżda d-dispożizzjoni tista’ twassal għal nefqa aktar baxxa bir-riżerva, f’każ li ma tintużax għal miżuri kontra d-disturbi fis-suq (l-Artikolu 219 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013), għal miżuri li jikkonċernaw il-mard tal-annimali u l-pesti u t-telf tal-kunfidenza tal-konsumatur (l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013), għal miżuri oħra li jsolvu problemi speċifiċi (l-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) jew għal ftehimiet u deċiżjonijiet waqt perjodi ta’ żbilanċ sever fis-swieq (l-Artikolu 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) (dan tal-aħħar hu soġġett għal adozzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet relatati fil-proposta tal-Kummissjoni għall-emenda tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (COM(2024) 577 final). Peress li ma jistax jiġi previst minn qabel liema ċirkostanzi eċċezzjonali se jiġru u li jistgħu jikkwalifikaw għal appoġġ fil-forma ta’ miżuri eċċezzjonali, dan l-impatt baġitarju ma jistax jiġi kkwantifikat. L-emenda proposta jaf, fil-bidu nett, ikollha effett (jekk fil-frattemp ikunu daħlu fis-seħħ l-emendi proposti) mis-16 ta’ Ottubru 2025 ’il quddiem, jiġifieri fis-sena finanzjarja 2026, diment li l-fondi jkunu diġà ġew allokati bir-riżerva tal-2025 lil setturi affettwati minn avvenimenti klimatiċi negattivi u minn diżastri naturali. Kwalunkwe nefqa relatata se tibqa’ taħt is-sublimitu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG).
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Kif inhu stipulat fl-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) Nru 2021/2115, ġie stabbilit qafas ta’ prestazzjoni fir-responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Il-qafas ta’ prestazzjoni jipprevedi għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK matul l-implimentazzjoni tagħhom. Dan il-qafas hu kemxejn modifikat mill-proposta minħabba l-aġġustament tal-indikaturi tal-output minħabba l-istabbiliment tal-miżuri ta’ kriżi. Jiżdied ukoll rekwiżit ġdid tar-rapportar għall-Istati Membri skont l-Artikolu 13a il-ġdid tar-Regolament (UE) 2021/2116.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Mhux applikabbli (it-test legali hu regolament).
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-Kummissjoni tipproponi l-bidliet li ġejjin fiż-żewġ Regolamenti tal-PAK:
Definizzjonijiet qafas: L-esperjenza bl-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta’ bur permanenti wriet li l-applikazzjoni tagħha hi diffiċli għas-sistemi tal-biedja b’newbiet agronomiċi twal, b’mod partikolari għall-ġlieda kontra l-ħaxix ħażin. Għalhekk, id-dispożizzjoni relatata ma’ din id-definizzjoni hi emendata biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jestendu l-limitu taż-żmien qabel ma d-definizzjoni ta’ bur permanenti tidħol fis-seħħ fuq żona ta’ bur permanenti minn ħamsa sa seba’ snin.
Sistema tal-kundizzjonalità: L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità 2023-2024 turi li hemm bżonn aktar adattament. L-interkonessjoni bejn ir-regoli u r-rekwiżiti nazzjonali fl-istandards tal-KAAT jenħtieġ li tiġi ċċarata biex l-Istati Membri jingħataw aktar flessibbiltà li jallinjaw ir-rekwiżiti differenti. Fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/848 u tal-prattiki agrikoli implimentati fis-settur organiku, l-azjendi agrikoli ċċertifikati skont dak ir-Regolament jenħtieġ li jitqiesu konformi ma’ ċerti standards tal-KAAT, flimkien mal-istandard 7 tal-KAAT. Skont metaanaliżi riċenti minn Alvarez tal-2021 is-sistemi organiċi jiddependu ferm fuq prattiki bħan-newba tal-għelejjel, il-kultivazzjoni mħallta, iż-żamma tar-residwi tal-għelejjel, l-ebda ħdim tar-raba’ jew ħdim minimu tar-raba’, l-użu tad-demel tal-annimali u tad-demel aħdar, skart organiku mhux mill-azjenda agrikola u aspetti tal-kontroll bijoloġiku tal-pesti biex tinżamm il-produttività tal-ħamrija, biex jiġu fornuti nutrijenti tal-pjanti u għall-kontroll tal-pesti.Dawn il-prattiki huma ta’ ġid għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-ħamrija, u anki għall-protezzjoni tal-mogħdijiet tax-xmajjar mit-tniġġis u t-tnixxijiet. L-applikazzjoni tal-istandard 1 tal-KAAT li hu maħsub biex iżomm il-proporzjon ta’ bur permanenti jenħtieġ li ssir aktar flessibbli billi jiżdied it-tnaqqis possibbli tal-bur permanenti li ma jwasslux għal konverżjoni mill-ġdid għal bur permanenti minn 5 għal 10 fil-mija biex jitqiesu l-bidliet strutturali tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari fis-settur tal-bhejjem. L-applikazzjoni tal-istandard 4 tal-KAAT li hu maħsub biex jipproteġi l-mogħdijiet tax-xmajjar mit-tniġġis u mit-tnixxijiet jenħtieġ li tiġi ċċarata wkoll biex l-Istati Membri jingħataw l-opportunità jallinjaw aħjar id-definizzjoni ta’ mogħdijiet tal-ilma mad-definizzjoni ta’ mogħdijiet tal-ilma stabbilita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, diment li dik id-definizzjoni tkun konformi mal-objettiv ewlieni ta’ dan l-istandard tal-KAAT ħalli fost l-oħrajn jiġi evitat li mid-definizzjoni ta’ mogħdijiet tal-ilma jiġu esklużi l-mogħdijiet tal-ilma iżgħar li jistgħu jġorru t-tniġġis fid-direzzjoni tal-ilma, u possibbilment ukoll lil hinn mill-fruntieri lejn Stat Membru ieħor. Anki l-metodu tal-kontroll dwar ir-rispett tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità qed jiġi ssimplifikat. Fl-aħħar nett, meta jitqies li ż-żona agrikola ġestita mill-azjendi agrikoli żgħar li jirċievu pagamenti skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 hi limitata, filwaqt li dawn jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-azjendi agrikoli fl-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-azjendi agrikoli żgħar billi jiġu eżentati mill-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità.
Pagamenti diretti: L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni turi li l-pagament lill-azjendi agrikoli żgħar (l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115), li jikkonsisti f’pagament ta’ ammont f’daqqa u fi proċess tal-applikazzjoni aktar sempliċi, ma ġiex adottat minn ħafna Stati Membri. Għalhekk, il-proposta żżid il-pagament massimu possibbli ta’ ammont f’daqqa lill-azjendi agrikoli parteċipanti għal EUR 2 500. Barra minn hekk, qed jiġi propost li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jippermettu lill-azjendi agrikoli li jibbenefikaw minn pagamenti ta’ ammont f’daqqa biex japplikaw għall-pagamenti tal-ekoskemi.
Ekoskemi u impenji agroambjentali klimatiċi: Biex ikunu jistgħu jkopru l-kostijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-KAAT 2, maħsuba biex tippreserva t-torbiera u l-artijiet mistagħdra, u li mhix se tinbidel bil-proposta attwali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeskludu din il-KAAT mix-xenarju bażi tal-ekoskemi u l-impenji agroambjentali klimatiċi. Fl-istess ħin, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, l-ekoskemi jistgħu jibqgħu jipprovdu appoġġ għall-prattiki ta’ ġestjoni fuq l-artijiet mistagħdra u t-torbiera lil hinn mill-protezzjoni tagħhom, bħal pereżempju r-restawr tagħhom billi jixxarrbu mill-ġdid jew bl-implimentazzjoni ta’ kultivazzjoni tal-għadajjar, ħalli jittejjeb b’mod partikolari l-potenzjal tas-sekwestru tal-karbonju ta’ dawn iż-żoni.
Barra minn hekk, biex ikun jista’ jiġu appoġġati l-metodi agrikoli organiċi għall-bhejjem, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu appoġġ lill-impenji relatati mal-konverżjoni jew maż-żamma ta’ prattiki u metodi agrikoli organiċi fil-forma ta’ pagament annwali għall-unitajiet tal-bhejjem. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll jingħata appoġġ għall-impenji li jtejbu l-prattiki agrikoli relatati mat-trobbija tan-naħal fil-forma ta’ pagament annwali għall-kaxxi tan-naħal, għax il-prattiki sostenibbli fost il-produtturi tat-trobbija tan-naħal jeħtieġu l-appoġġ, u f’dak il-każ ma jixraqx li jintużaw l-unitajiet tal-bhejjem.
Tipi ta’ interventi settorjali: Mill-esperjenza tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-interventi settorjali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, il-possibbiltà ta’ appoġġ imsaħħaħ jenħtieġ li tiġi estiża biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-azjendi agrikoli fil-katina tal-provvista f’dawk is-setturi.
L-esperjenza ta’ pagamenti ta’ kriżi wriet li r-riżerva agrikola tintuża b’mod predominanti biex jiġu indirizzati d-diżastri naturali u l-avvenimenti klimatiċi avversi, iżda l-objettiv ewlieni tagħha hu li tgħin lill-azjendi agrikoli f’każ ta’ disturb fis-suq. Għalhekk qed jiġi propost li l-użu tagħhom jiġi limitat b’mod ċar għal avvenimenti bħal dawn. Barra minn hekk, meta titqies il-frekwenza dejjem akbar ta’ dawn l-avvenimenti klimatiċi avversi u t-telf konsiderevoli li jiġġeneraw, qed jiġu proposti emendi fir-regoli dwar il-pagamenti diretti u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali ħalli jiġu stabbiliti żewġ pagamenti ta’ kriżi addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jimmobilizzaw f’każ ta’ diżastri naturali u avvenimenti klimatiċi avversi. Biex ikun evitat impatt sproporzjonat fuq interventi oħrajn stabbiliti fil-pjanijiet tal-PAK, l-ammonti li jridu jitwarrbu għal dawn l-interventi jenħtieġ li jkunu limitati għal persentaġġ massimu tat-total tal-allokazzjonijiet annwali għall-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali, u jenħtieġ li l-pagamenti ma jkunux ixekklu l-kummerċ. Mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità u tas-sistema tal-kundizzjonalità soċjali, li tapplika għall-pagamenti bbażati fuq l-erja u l-annimali, il-proposta teskludi l-pagamenti ta’ kriżi kumplimentari l-ġodda bħala pagamenti diretti għax l-għan tagħhom hu li jtaffu s-sitwazzjoni diffiċli tal-azjendi agrikoli li qed iġarrbu telf importanti. Fl-aħħar nett, biex jiżdied l-impatt potenzjali ta’ dawn il-pagamenti, qed jiddaħħlu dispożizzjonijiet li jippermettu li jitħallas finanzjament nazzjonali.
Ġestjoni tar-riskju: l-esperjenza bl-implimentazzjoni wriet użu limitat tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li jippermetti l-użu ta’ parti mill-pagamenti diretti tal-azjendi agrikoli bħala kontribuzzjonijiet għal skemi ta’ ġestjoni tar-riskju. Barra minn hekk, ir-regoli dwar il-kalkolu tat-telf għall-interventi tal-ġestjoni tar-riskju appoġġati mill-PAK wrew li ma kinux adattati sew għal ċerti tipi ta’ art u kategoriji ta’ azjendi agrikoli. Għalhekk qed jiġi propost li jiġu emendati l-Artikoli 19 u 76 tar-Regolament (UE) 2021/2115 biex jgħinu aktar fl-użu ta’ skemi bħal dawn.
Emendi oħra rigward it-Tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali:
·Biex il-prinċipji tal-kalkolu tal-pagamenti skont żvantaġġi speċifiċi taż-żona, ikkawżati minħabba ċerti rekwiżiti obbligatorji, jiġu allinjati mal-bidliet li jsiru b’rabta mal-istandard 2 tal-KAAT, u r-regoli dwar il-kalkolu tal-pagamenti għall-ekoskemi u l-impenji agroambjentali klimatiċi, l-Istati Membri jenħtieġ li f’dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jinkludu kalkolu tal-iżvantaġġi kkawżati minħabba r-rekwiżiti skont l-istandard 2 tal-KAAT. Barra minn hekk, għall-impenji ta’ ġestjoni agroambjentali klimatiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jsiru pagamenti għal kull unità tal-bhejjem u pagamenti għal kull kaxxa tan-naħal.
·L-iżvilupp tan-negozju tal-azjendi agrikoli żgħar jenħtieġ li jkun promoss biex jiżdiedu l-kompetittività u l-vijabilità tagħhom, filwaqt li l-pagament jitħalla sempliċi. Għalhekk, qed jiġi propost li jkun hemm pagament iddedikat għal dan l-għan. Jenħtieġ li jiżdied l-użu ta’ Alternattivi tal-Kostijiet Issimplifikati, li għandhom il-potenzjal importanti ta’ simplifikazzjoni, billi tiddaħħal il-possibbiltà li l-Alternattivi tal-Kostijiet Issimplifikati stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 jintużaw mingħajr il-ħtieġa ta’ ġustifikazzjoni ulterjuri.
·Fir-rigward tal-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-esperjenza bl-implimentazzjoni wriet li hemm sinerġiji li jridu jiġu sfruttati waqt l-implimentazzjoni u l-kontroll bejn l-istrumenti finanzjarji tal-PAK u l-istrumenti finanzjarji l-oħra rregolati bir-Regolament (UE) 2021/1060, b’mod partikolari fir-rigward tar-rendikont tal-entrati, l-irregolaritajiet u l-korrezzjonijiet finanzjarji jew ir-regoli ta’ eliġibbiltà fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jridu jiġu allinjati. Barra minn hekk, dan l-aħħar ġie emendat ir-reġim tal-Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831, u għalhekk il-limitu massimu ekwivalenti tal-għotja gross applikabbli jeħtieġ jiġi allinjat skont dan.
·Fir-rigward tat-trasferimenti mill-Istati Membri tal-allokazzjonijiet tal-FAEŻR lejn InvestEU, jeħtieġ tiġi emendata l-leġiżlazzjoni eżistenti biex il-possibbiltajiet li għadhom kif ġew introdotti skont l-Artikolu 10a(4) tar-Regolament (UE) 2021/523 ikunu jistgħu jintużaw bis-sħiħ.
Emendi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK: L-esperjenza wriet li l-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom diversi elementi tekniċi u strateġiċi li jagħmluhom kumplessi għall-Istati Membri. Biex tiġi ssimplifikata u tittejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri tal-emendar, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li m’għandhomx natura strateġika, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tkun meħtieġa biss għall-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni wriet ukoll li r-regoli differenti applikabbli għall-interventi ffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR, rispettivament, jistgħu jikkawżaw inċertezza lill-azjendi agrikoli u jżidu l-kumplessità għall-Istati Membri meta jipproponu emendi għall-Pjanijiet tal-PAK. Biex jittejba s-sinerġiji bejn il-FAEG u l-FAEŻR, jeħtieġ li jiġu emendati l-Artikoli 86 u 119(8) tar-Regolament (UE) 2021/2115 biex jippermettu l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-kontribuzzjoni tal-FAEG mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda stabbilita mill-Istat Membru, li jista’ jiffissaha għal data li tkun wara d-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-emenda lill-Kummissjoni. Il-proposta tad-data tad-dħul fis-seħħ għall-emendi relatati mal-FAEG jenħtieġ li tiżdied mal-lista tal-punti li jeħtieġu l-opinjoni tal-kumitat tal-monitoraġġ ħalli jkun żgurat li l-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra jkollhom biżżejjed żmien biex iqisu l-emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Qed jiġu aġġustati wkoll xi dispożizzjonijiet oħrajn biex ikunu jirriflettu l-emendi tal-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
Approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni: Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-ewwel eżerċizzju tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni għas-sena finanzjarja 2023, l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni jenħtieġ li titwaqqaf ħalli jonqos il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri. Din is-simplifikazzjoni, filwaqt li tissalvagwardja l-prestazzjoni tal-PAK bil-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għan-nefqa fl-Artikolu 37(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2116 u r-rieżami biennali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115, se twassal ukoll għas-simplifikazzjoni tar-rapport annwali tal-prestazzjoni għax l-informazzjoni meħtieġa biss għall-finijiet tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni mhux se tibqa’ meħtieġa. Il-possibbiltà li tiġi prevista applikazzjoni retroattiva fir-rigward tal-emendi relatati mat-tħassir tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni u l-emendi korrispondenti tal-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 mis-sena finanzjarja 2025 se tiddependi fuq il-kontenut eżatt u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-emendi inklużi f’dan ir-Regolament. F’dan il-mument ma jistax jiġi deċiż jekk tistax tiġi prevista tali applikazzjoni retroattiva. Il-fattibbiltà tagħha jenħtieġ li tiġi diskussa mal-koleġiżlaturi fid-dawl tal-kontenut finali u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Rapport annwali tal-prestazzjoni u dispożizzjonijiet oħra: Fir-rigward tar-rapport annwali tal-prestazzjoni, l-esperjenza wriet li r-rabta tagħha mar-rieżami biennali tal-prestazzjoni jeħtieġ tissaħħaħ, billi jiġi ċċarat li l-ġustifikazzjonijiet meta ma jintlaħqux ċerti tappi għall-finijiet tar-rieżami biennali tal-prestazzjoni jenħtieġ li jiġu inklużi fir-rapport annwali tal-prestazzjoni. Anki l-limiti taż-żmien għall-valutazzjoni tar-rapport qed jiġu riveduti, u dan wara l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni.
Aġġornament tal-SPR għal atti leġiżlattivi ġodda: L-Artikoli 120 u 159 tar-Regolament (UE) 2021/2215 jiżguraw li l-lista tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament dwar l-ambjent u l-klima tiġi aġġornata u li l-Istati Membri jqisuha bħala bażi biex jivvalutaw jekk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jenħtieġx li jiġu emendati. Meta wieħed iqis li qegħdin f’nofs il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u li ftit li xejn kien hemm atti li kien għadhom kif ġew adottati jew emendati u li huma rilevanti għal dawk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, dawk il-modifiki strateġiċi jfixklu l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jitħassru biex tkun żgurata l-istabbiltà tal-qafas legali tal-Unjoni sa tmiem il-perjodu tal-programmazzjoni.
Fl-aħħar nett, l-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2021/2115 qed jiġu adattati għall-bidliet ta’ hawn fuq biex ikun fihom indikaturi tal-output ġodda għat-tipi ġodda ta’ appoġġ introdotti skont l-Artikolu 41a u l-Artikolu 78a li għadu kif ġie miżjud ma’ dak ir-Regolament, u biex jallinjaw il-lista tal-indikaturi tal-output mal-emenda tal-Artikolu 75 ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll biex jindikaw il-paragrafu rilevanti tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura għall-interventi li għadhom kif ġew stabbiliti u għall-bidliet introdotti fl-istandards 1 u 4 tal-KAAT.
Data tal-PAK u governanza tal-interoperabbiltà: In-nuqqas ta’ struttura tal-koordinazzjoni fil-livell tal-Istati Membri, kif ukoll id-differenzi osservati fit-tranżizzjoni diġitali fost l-Istati Membri jxekklu l-implimentazzjoni effettiva tal-interoperabbiltà, inkluż l-iskambju mingħajr xkiel tad-data, bejn is-sistemi tal-informazzjoni użati għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK u l-benefiċċji tagħha. Għalhekk qed jiġu proposti dispożizzjonijiet biex jiżguraw li kull Stat Membru jaħtar awtorità waħda responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali biex jinkisbu u jinżammu l-interoperabbiltà u l-iskambju bla xkiel tad-data.
Użu tar-riżerva agrikola: L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jistabbilixxi regoli dwar ir-riżerva agrikola. L-esperjenza bl-implimentazzjoni tagħha wriet li fl-aħħar snin din kienet qed tintuża dejjem aktar biex tgħin lill-azjendi agrikoli li jġarrbu telf minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi. Id-dispożizzjoni qed tiġi emendata biex ir-riżerva agrikola tiffoka fuq l-għan oriġinali maħsub tagħha li ttaffi l-impatti tad-disturbi tas-suq.
Kontrolli u verifiki fuq l-azjendi agrikoli: fir-rigward tal-verifiki fuq l-azjendi agrikoli, l-emendi huma maħsuba biex inaqqsu l-piż u l-pressjoni tal-kontroll fuq l-azjendi agrikoli billi jintroduċu l-objettiv ta’ “kontroll wieħed fis-sena”, li jipprevedi li l-Istati Membri jenħtieġ li jorganizzaw verifiki fuq il-post tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, tat-talbiet għall-pagamenti jew tal-kundizzjonalità, b’mod li jillimitaw sa fejn possibbli d-diversi l-verifiki li jsiru fuq benefiċjarju tul is-sena ħlief meta ċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu t-tieni kontroll ħalli tkun żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
L-esperjenza miksuba bil-valutazzjonijiet tal-kwalità tas-Sistema tal-Identifikazzjoni tal-irqajja’ tal-art (LPIS), l-Applikazzjoni Ġeospazjali (GSA) u s-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Erja (AMS) jindikaw il-possibbiltà ta’ sinerġiji li jistgħu jiġu sfruttati, filwaqt li jissimplifikaw l-implimentazzjoni u jnaqqsu l-ħtieġa ta’ żjarat fuq il-post. Għalhekk, qed jiġi propost li dawn is-sistemi jingħaqdu f’waħda.
Fir-rigward tal-kontrolli tal-kundizzjonalità, l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-kundizzjonalità wriet li ċerti kundizzjonijiet huma riġidi bla bżonn u jixħtu piż żejjed fuq l-Istati Membri, mingħajr ma neċessarjament itejbu l-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni. Biex tiġi ssimplifikata s-sistema tal-kontroll, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit ta’ rieżami annwali tas-sistema tal-kontroll, u l-fatturi li jitqiesu fl-analiżi tar-riskju jitħallew fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-benefiċjarji żgħar li mhumiex azjendi agrikoli jistgħu ma jibbenefikawx mill-eżenzjonijiet mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-penali introdotti bir-Regolament (UE) 2024/1468. Iż-żona ġestita minn dawk il-benefiċjarji hija limitata u l-penali huma ġeneralment baxxi. Meta wieħed iqis iż-żona koperta u l-piż amministrattiv relatat mal-kontrolli u mal-applikazzjoni tal-penali għall-kundizzjonalità, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex il-benefiċjarji żgħar li mhumiex azjendi agrikoli jkunu eżentati wkoll mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-applikazzjoni tal-penali amministrattivi għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità.
Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-Artikoli 102 u 103 tar-Regolament (UE) 2021/2116 li jistabbilixxu regoli dwar l-eżerċizzju tad-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni u l-proċedura tal-kumitat jiġu emendati biex ikunu jqisu l-emendi f’dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (UE) 2021/2116 introdotti b’din il-proposta.
2025/0236 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tas-sistema tal-kundizzjonalità, it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagament dirett, it-tipi ta’ intervent f’ċerti setturi u tal-iżvilupp rurali, u r-rapporti annwali tal-prestazzjoni u r-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward tal-governanza tad-data u l-interoperabbiltà, is-sospensjonijiet tal-pagamenti, l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, u l-kontrolli u l-penali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Fil-Komunikazzjonijiet tagħha “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” u “Ewropa aktar sempliċi u rapida: Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni”, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività, titrawwem l-innovazzjoni, u jiġi appoġġat it-tkabbir madwar l-Unjoni kollha, li s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis fil-piż amministrattiv huma fatturi kritiċi ewlenin tagħhom. Għalhekk jeħtieġ jiġu indirizzati l-piżijiet regolatorji għaljin, il-kumplessitajiet tal-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inkluż ir-rapportar eċċessiv, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-entitajiet żgħar u medji.
(2)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel” tenfasizza li biex jiġu xprunati l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà fil-prattiki agrikoli, l-azjendi agrikoli jenħtieġ li jkunu intraprendituri u fornituri li ma jkollhomx piżijiet amministrattivi jew regolatorji bla bżonn. Din il-perspettiva u d-diversità tas-settur jeħtieġu approċċi mfassla apposta aktar milli soluzzjonijiet ta’ “kulħadd f’keffa waħda”, apparti l-verifiki tar-realtà tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u simplifikazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu wkoll il-benefiċċji miksuba bit-teknoloġiji diġitali bħal dawk li jippermettu rapportar awtomatizzat. Jeħtieġ jinstab bilanċ aħjar bejn ir-rekwiżiti u l-inċentivi ħalli dan jiggwida t-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tal-biedja u titrawwem l-innovazzjoni. Il-ħtiġijiet speċjali tal-azjendi agrikoli żgħar, li fuqhom tissejjes il-vitalità tal-komunitajiet rurali, għax dawn jipproteġu n-natura u l-għajxien, jeħtieġu appoġġ aktar adegwat u sempliċi permezz tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u tnaqqis fil-piż amministrattiv. L-azjendi agrikoli żgħar u xi azjendi agrikoli oħra spiss ikunu fi żvantaġġ biex jaċċessaw u jużaw il-finanzjament, u dan ifixkel il-kapaċità tagħhom li jinvestu, jinnovaw u jaħtfu l-opportunitajiet ta’ żvilupp.
(3)Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jfasslu l-Istati Membri permezz tal-politika agrikola komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Ir-Regolament (UE) Nru 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. Fl-2024 ġie adottat ir-Regolament (UE) 2024/1468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ħalli l-qafas ta’ appoġġ tal-PAK tal-Unjoni jiġi aġġustat aħjar għar-realtajiet tal-azjendi agrikoli, tittejjeb l-amministrazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-Istati Membri, u jitnaqqas il-piż relatat mal-kontrolli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2024/1235 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/126, fir-rigward tar-regoli dwar il-proporzjon għall-istandard KAAT 1 (tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba), li jipprevedi b’mod partikolari l-possibbiltà li l-Istati Membri jaġġustaw il-proporzjon ta’ referenza għall-istandard KAAT 1 abbażi ta’ bidliet strutturali fis-sistemi tal-biedja u għal derogi mill-obbligu li dawn jimponu obbligi ta’ rikonverżjoni fuq l-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra.
(4)Ir-rispons u l-esperjenza mis-sentejn ta’ implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont il-qafas legali attwali tal-Unjoni tal-PAK jindikaw li hemm bżonn aktar aġġustamenti limitati f’dik il-leġiżlazzjoni biex jiġu indirizzati l-konġestjonijiet u l-kumplessitajiet identifikati. Dawn jinkludu l-fatt li ċerti ċirkostanzi, prattiki u ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti gruppi ta’ azjendi agrikoli, fosthom l-azjendi agrikoli organiċi, żgħażagħ u żgħar li jrabbu l-bhejjem, għadhom ma ġewx ikkunsidrati biżżejjed fil-qafas legali tal-Unjoni tal-PAK, u dan ma jippermettix lill-Istati Membri jaġġustaw id-diversi strumenti għaċ-ċirkostanzi, il-ħtiġijiet u l-prattiki speċifiċi ta’ dawk l-azjendi agrikoli. Barra minn hekk, ċerti opportunitajiet ta’ simplifikazzjoni fil-PAK, bħal pereżempju li jintużaw somom f’daqqa jew alternattivi tal-kostijiet issimplifikati, ma jinħatfux biżżejjed minħabba l-kumplessitajiet fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tagħhom. Dan jista’ jwassal għal rekwiżiti li jikkoinċidu jew li jkunu ambigwi għall-azjendi agrikoli, jikkumplika l-aċċess tal-azjendi agrikoli għall-appoġġ, u jxekkel l-opportunitajiet ta’ żvilupp tan-negozju għall-azjendi agrikoli, inkluż għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda. Hemm ukoll ċerti riġiditajiet fir-regoli li qed iħallu impatt fuq kif l-Istati Membri jimmaniġġjaw u jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jissodisfaw l-obbligi tar-rapportar tagħhom. Fl-aħħar nett, hemm bżonn ikompli jittaffa l-piż taż-żjarat u l-kontrolli fuq il-post kemm għall-azjendi agrikoli kif ukoll għall-korpi amministrattivi, b’mod partikolari billi jitħaddmu metodoloġiji aktar effiċjenti għall-valutazzjonijiet tal-kwalità u l-kontrolli tal-kundizzjonalità tas-Sistema Integrata tal-Amministrazzjoni u l-Kontroll (SIAK). Jekk jingħelbu dawn il-konġestjonijiet u riġiditajiet, dan jgħin lill-Istati Membri biex jużaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ħalli jimmassimizzaw l-opportunitajiet għall-ġid tal-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra tal-PAK, inaqqsu l-piż amministrattiv u l-kumplessità, u jużaw aħjar ir-riżorsi skarsi.
(5)L-Artikolu 4(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi li, meta żona agrikola tintuża bħala bur u ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-għelejjel għal ħames snin jew aktar, din trid titqies bħala bur permanenti. Madanakollu, xi sistemi tal-biedja jinvolvu newba tal-għelejjel f’raba’ li jinħadem, fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor ma jkunux ġew inklużi fin-newba tal-għelejjel għal perjodi itwal minn ħames snin, iżda fejn dawn iż-żoni ma jinħartux biex jibqgħu raba’ li jinħadem. Minħabba f’hekk, l-azjendi agrikoli tal-Istati Membri li japplikaw sistemi tal-biedja bħal dawn, qed isibu diffikultajiet fil-ġestjoni tan-newba agronomika tagħhom u biex jibqgħu vijabbli filwaqt li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-implimentazzjoni tal-Istandard tal-KAAT 1. Barra minn hekk, l-użu ta’ newba tal-għelejjel itwal bil-bwar jista’ jġib benefiċċji sinifikanti f’termini tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema, filwaqt li jagħtu flessibbiltà akbar lill-azjendi agrikoli fil-ġestjoni agronomika tagħhom. Għalhekk, biex jiġu promossi tali prattiki agronomiċi flessibbli u sostenibbli għall-ġestjoni tal-bwar, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jestendu l-perjodu li jiddetermina l-klassifikazzjoni ta’ żona bħala bur permanenti minn ħamsa snin għal seba’ snin. Għalhekk, l-Artikolu 4(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat.
(6)Biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ impatti negattivi fuq is-suq uniku u l-kummerċ internazzjonali tal-pagamenti ta’ kriżi l-ġodda lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi u avvenimenti katastrofiċi f’konformità mal-Artikoli 41a u 78a tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-interventi li bihom għandu jingħata dan l-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jfassluhom l-Istati Membri b’tali mod li jikkwalifikaw skont il-kriterji tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO (“Kaxxa l-Ħadra”).
(7)L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil dwar iż-żrieragħ żejtnin, inkluż dispożizzjonijiet dwar iż-żidiet tal-eżiti ppjanati u l-koeffiċjenti ta’ tnaqqis ħalli jkun evitat li tinqabeż iż-żona massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha. Din id-dispożizzjoni jeħtieġ tiġi aġġustata biex tqis l-emendi tal-Artikolu 119 ta’ dak ir-Regolament, introdotti b’dan ir-Regolament.
(8)Fid-dawl tan-natura eċċezzjonali tal-pagament li l-azjenda agrikola tirċievi f’sitwazzjoni ta’ kriżi, wara li tkun ġarrbet telf sinifikanti fil-produzzjoni minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi oħra, u biex tkun żgurata l-koerenza mal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) 2021/2115, is-sistema tal-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li ma tkunx tapplika għall-pagamenti komplementari tal-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi b’pagament dirett kif imsemmi fl-Artikolu 41a ta’ dak ir-Regolament.
(9)Is-sistema tal-kundizzjonalità li tinkludi r-Rekwiżiti Statutorji ta’ Ġestjoni (RSĠ) u l-Istandards ta’ Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba (KAAT) għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ agrikoltura sostenibbli b’iżjed tixrid tal-għarfien min-naħa tal-benefiċjarji dwar il-ħtieġa ta’ konformità ma’ dawk l-istandards u r-rekwiżiti bażiċi. Għandha l-għan ukoll li żżid il-konsistenza tal-PAK mal-objettivi tal-ambjent, tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-pjanti u tal-benesseri tal-annimali segwiti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Iżda meta jitqies li ż-żona agrikola ġestita mill-azjendi agrikoli żgħar li jibbenefikaw minn pagamenti skont l-interventi msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 hi limitata, l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità għal dawn l-azjendi agrikoli żgħar, li jmexxu l-maġġoranza tal-azjendi agrikoli fl-Unjoni, ma tagħtix benefiċċji niżżejjed meta mqabbla mal-kostijiet sinifikanti, u timponi piż amministrattiv importanti, fuq dawk l-azjendi agrikoli u fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali. Biex jitnaqqsu dawn il-kostijiet u jiġi ffaċilitat il-piż amministrattiv relatat, jixraq li l-azjendi agrikoli żgħar jiġu eżentati mill-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità.
(10)L-istandards tal-KAAT msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115 huma parti mis-sistema tal-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament. Dawn jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni tal-ambjent, inkluż l-ilma, il-ħamrija u l-bijodiversità tal-ekosistemi. Il-prinċipji ġenerali li fuqhom tistrieħ il-produzzjoni organika skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jinkludu l-preservazzjoni tal-elementi naturali tal-pajsaġġ, bħal siti ta’ wirt naturali u l-użu responsabbli tal-enerġija u r-riżorsi naturali, bħall-ilma, il-ħamrija, il-materja organika u l-arja.
(11)L-istandard tal-KAAT 1, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jżomm bur permanenti biex titħares il-ħażna tal-karbonju. Il-punti 1.7.3 u 1.9.1.1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 jenfasizzaw l-importanza li jiġi massimizzat l-użu tar-ragħa u l-mergħa, li jipprevjeni l-konverżjoni ta’ bur permanenti f’użi oħra tal-art, u f’konformità mal-objettiv ewlieni tal-istandard tal-KAAT 1 jippreservaw il-ħażna tal-karbonju f’bur permanenti. L-istandards tal-KAAT 3, 5 u 6, elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandhom l-għan li rispettivament iżommu l-materja organika tal-ħamrija, jillimitaw l-erożjoni, u jipproteġu l-ħamrija tul perjodi sensittivi. Dawn l-objettivi diġà ntlaħqu bil-prattiki tal-ħdim tar-raba’ u tal-kultivazzjoni applikati fil-produzzjoni organika tal-pjanti, b’mod partikolari dawk imsemmija fil-punt 1.9 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848. L-istandard tal-KAAT 4, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jipproteġi l-ilma mit-tniġġis. Bl-istess mod, il-punti 1.5, 1.7, 1.9 u 1.10 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskju ta’ tniġġis tal-ilma billi jillimitaw l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji, jillimitaw l-użu ta’ fertilizzanti u pestiċidi, u jillimitaw id-densità tal-trobbija. L-esperjenza wriet li l-biedja organika tħalli impatt pożittiv fir-rigward tal-lissija tan-nutrijenti u t-tnixxijiet, li jagħmilha inqas probabbli li bidwi organiku jikkomprometti l-kwalità tal-ilma, u b’hekk jilħaq l-objettiv ewlieni tal-istandard tal-KAAT 4. Għalhekk, minħabba l-prinċipji u r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 u l-prattiki eżistenti skont is-sistemi tal-biedja organika, l-azjendi agrikoli organiċi li l-azjenda tagħhom hi ċċertifikata skont ir-Regolament (UE) 2018/848 jenħtieġ li jitqiesu konformi mal-istandards tal-KAAT 1, 3, 4, 5 u 6, kif diġà hu l-każ fir-rigward tal-istandard tal-KAAT 7.
(12)Biex tittejjeb il-konsistenza tar-rekwiżiti għall-azjendi agrikoli u jiġi ssimplifikat l-istabbiliment tal-istandards tal-KAAT mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 biex jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-istandards tal-KAAT fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom b’mod konsistenti mar-rekwiżiti nazzjonali obbligatorji, diment li dawk ir-rekwiżiti nazzjonali jkunu konformi mal-istandards tal-KAAT elenkati fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. B’mod partikolari jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK m’għandhomx għalfejn imorru lil hinn mir-rekwiżiti nazzjonali obbligatorji eżistenti, diment li dawk ir-rekwiżiti nazzjonali jkunu konformi mal-istandards tal-KAAT elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, b’mod partikolari mal-objettivi ewlenin ta’ dawk l-istandards tal-KAAT.
(13)Fid-dawl tan-natura eċċezzjonali tal-pagament li azjenda agrikola tista’ tirċievi f’sitwazzjoni ta’ kriżi, wara li tkun ġarrbet telf sinifikanti fil-produzzjoni minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi oħra, u biex tkun żgurata l-koerenza mal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) 2021/2115, is-sistema tal-kundizzjonalità msemmija fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li ma tkunx tapplika għall-pagamenti komplementari lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi bil-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 41a ta’ dak ir-Regolament.
(14)Id-diżastri naturali, l-avvenimenti klimatiċi avversi u l-avvenimenti katastrofiċi qed jiżdiedu fil-frekwenza, fl-intensità u fit-tul tagħhom u qed ikollhom impatt sinifikanti fuq is-settur agrikolu fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2021/2115 diġà jipprovdi sett ta’ għodod għall-azjendi agrikoli biex jibnu r-reżiljenza u jwieġbu għall-kriżi. Iżda l-iskala tal-avvenimenti u n-natura għal għarrieda u straordinarja tagħhom jeżiġu li jiġu estiżi l-istrumenti disponibbli għall-Istati Membri. Għalhekk, jixraq jiġu previsti pagamenti ta’ kriżi komplementari lill-azjendi agrikoli u li dawn jiġu inklużi bħala tip ġdid ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti fl-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament.
(15)L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jippermetti lill-Istati Membri jżommu sa 3% tal-pagamenti diretti li jridu jitħallsu lil azjenda agrikola biex jappoġġaw il-kontribuzzjoni tal-azjendi agrikoli għal għodda ta’ ġestjoni tar-riskju. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża din il-possibbiltà, dan it-tnaqqis għandu japplika għall-benefiċjarji kollha tal-pagamenti diretti f’sena partikolari. L-esperjenza turi li huma biss ftit l-Istati Membri li jużaw din il-possibbiltà. Id-diskussjonijiet mal-Istati Membri wrew li ostaklu għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hu li l-azjendi agrikoli kollha li jirċievu pagamenti diretti jkollhom nuqqas ta’ għodod ta’ ġestjoni tar-riskju, kemm dawk stabbiliti mill-Istati Membri u dawk disponibbli b’assigurazzjoni privata. Biex jiżdiedu l-adozzjoni u l-użu tal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament, l-implimentazzjoni tiegħu jeħtieġ issir aktar flessibbli u tiġi adattata għall-għodod ta’ ġestjoni eżistenti fl-Istati Membri. Bis-saħħa ta’ din l-emenda, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jżommu sa 3% tal-pagamenti diretti li jridu jitħallsu lil dawk l-azjendi agrikoli biss li għalihom ikun hemm skemi ta’ ġestjoni tar-riskju f’sena partikolari. L-Istati Membri li jkollhom skemi ta’ ġestjoni tar-riskju għall-benefiċjarji kollha tal-pagamenti diretti jenħtieġ li jkunu jistgħu jibqgħu jżommu sa 3% tal-pagamenti diretti ta’ dawk il-benefiċjarji kollha.
(16)L-iskema tal-pagament simplifikata imfassla mill-Istati Membri għall-azjendi agrikoli żgħar skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tnaqqas il-kumplessità tal-proċess tal-applikazzjoni għall-appoġġ għall-introjtu, kemm għall-azjendi agrikoli żgħar kif ukoll għall-amministrazzjonijiet. Biex tissaħħaħ l-attraenza tagħha u jitħeġġu aktar azjendi agrikoli żgħar biex jibbenefikaw minn dik l-iskema, jenħtieġ li jiżdied l-ammont massimu li jistgħu jirċievu b’dik l-iskema. Biex titrawwem il-parteċipazzjoni tal-azjendi agrikoli żgħar li jibbenefikaw mill-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fl-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jeskludu l-pagamenti li jirċievu dawk l-azjendi agrikoli bl-ekoskemi mill-ammont massimu ta’ pagament imsemmi fl-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament.
(17)Meta Stat Membru jiddeċiedi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li l-pagament lill-azjendi agrikoli żgħar imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament m’għandux jissostitwixxi l-appoġġ għall-ekoskemi stabbiliti skont l-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, l-ekoskemi jenħtieġ li jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 31(5) ta’ dak ir-Regolament. Dan il-prinċipju jenħtieġ li jiġi rrispettat ukoll fir-rigward tal-interventi skont l-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tal-azjendi agrikoli li jirċievu l-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament. Biex tkun żgurata l-konformità mal-prinċipju ġenerali li l-pagamenti jingħataw biss għall-impenji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità, u biex titħares l-ambizzjoni tal-interventi li jiffurmaw parti mill-arkitettura ambjentali u klimatika tal-PAK, l-azjendi agrikoli li jirċievu l-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jirċievu biss pagamenti skont l-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament jew pagamenti skont l-interventi msemmija fl-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament, diment li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament jew mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 70(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament, rispettivament.
(18)Biex ikun żgurat li meta l-Istati Membri jżidu t-twettiq tal-objettivi ambjentali, klimatiċi, tal-benesseri tal-annimali u tar-reżistenza antimikrobika, billi jżommu jew jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, l-impatt ta’ dawn ir-rekwiżiti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-azjendi agrikoli kkonċernati jkun jista’ jinżamm limitat, l-Artikolu 31(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jeħtieġ jiġi emendat biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità mar-rekwiżiti obbligatorji imposti mil-liġi nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, irrispettivament minn jekk dawn ikunx għadhom kif ġew imposti jew jekk kinux jeżistu diġà. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-limitazzjoni tal-perjodu li matulu jista’ jingħata appoġġ għall-impenji skont l-ekoskemi għandha tissimplifika l-ġestjoni tal-ekoskemi għall-Istati Membri, għax għandha tnaqqas il-bżonn ta’ modifiki tal-ekoskemi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tul dan il-perjodu tal-programmazzjoni minħabba bidliet ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali jew minħabba l-iskadenza tal-perjodu tal-24 xahar li matulu jista’ jingħata appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali.
(19)L-istandard tal-KAAT 2, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jipproteġi l-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju. L-esperjenza wriet li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont l-istandard tal-KAAT 2 ħolqu sfidi għall-azjendi agrikoli u għall-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-vijabbiltà ekonomika tal-azjendi agrikoli kkonċernati filwaqt li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju. Il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti stabbiliti skont l-istandard tal-KAAT 2, bħal dawk li jinvolvu limitazzjoni tal-produzzjoni, tista’ tkun għalja għall-azjendi agrikoli u tillimita ferm il-kapaċità tagħhom li jibdlu jew jaġġustaw l-użu tal-art tagħhom. Barra minn hekk, l-istandard tal-KAAT 2 qed iħalli impatt fuq l-azjendi agrikoli f’xi Stati Membri aktar milli f’oħrajn minħabba l-proporzjonijiet differenti ta’ artijiet mistagħdra u t-torbieri fit-territorji tagħhom. Filwaqt li jinżammu r-rekwiżiti eżistenti skont l-istandard tal-KAAT 2, meta xieraq, stabbilit b’mod konsistenti mar-rekwiżiti nazzjonali obbligatorji, kif introdotti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-azjendi agrikoli jiġu kkumpensati għall-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dan l-istandard. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jeskludu l-istandard tal-KAAT 2 mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 31(5), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament biex l-azjendi agrikoli attivi kkonċernati mill-istandard tal-KAAT 2 ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dak l-istandard filwaqt li jżommu livell għoli ta’ protezzjoni tal-artijiet mistagħdra u tat-torbiera, b’mod partikolari l-potenzjal tas-sekwestru tal-karbonju ta’ dawn iż-żoni.
(20)Biex ikun jista’ jingħata appoġġ għall-metodi tal-biedja organika għall-bhejjem bħala parti mill-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jiddeċiedu li l-appoġġ mogħti għall-impenji relatati mal-konverżjoni jew iż-żamma ta’ prattiki u metodi tal-biedja organika f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 jista’ jieħu l-forma ta’ pagament annwali għall-unitajiet tal-bhejjem. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-appoġġ għall-impenji li jtejbu l-prattiki tal-biedja relatati mat-trobbija tan-naħal jista’ jingħata fil-forma ta’ pagament annwali għall-kaxxi tan-naħal għax dan se jissimplifika l-kalkolu tal-pagamenti għal dawk l-impenji. Biex tkun żgurata l-koerenza tad-definizzjonijiet użati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-kunċett ta’ kaxxa tan-naħal għall-finijiet tal-għoti ta’ appoġġ skont l-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jkun il-kunċett ta’ kaxxa tan-naħal definit mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 56, il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament.
(21)Fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, id-diżastri naturali, l-avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi oħra affettwaw il-produzzjoni ta’ ħafna azjendi agrikoli madwar l-Unjoni. U dik ix-xejra mistennija tissokta fil-futur. Għalhekk għandu jkun possibbli li l-Istati Membri joffru pagamenti ta’ kriżi fil-forma ta’ żieda fl-appoġġ dirett għall-introjtu biex l-aktar azjendi agrikoli milquta jkunu jistgħu jiġu kkumpensati malajr. Biex jinżamm l-inċentiv għall-azjendi agrikoli ħalli jiżguraw il-produzzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu rata akbar ta’ kumpens għal dawk l-azjendi agrikoli, li huma koperti b’polza tal-assigurazzjoni jew b’għodda oħra ta’ ġestjoni tar-riskju. Biex jiżdiedu l-fondi mmobilizzati biex jappoġġaw lill-azjendi agrikoli, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jikkofinanzjaw dawk il-pagamenti ta’ kriżi b’finanzjament nazzjonali addizzjonali sa 200%. Iżda l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-kumpens totali li jirċievi l-bidwi akkumulat b’forom oħra ta’ appoġġ iffinanzjat mil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali (inkluż finanzjament nazzjonali addizzjonali), b’poloz tal-assigurazzjoni privata jew b’għodod oħra ta’ ġestjoni tar-riskju ma jwassalx għal kumpens żejjed jew finanzjament doppju.
(22)L-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex titħassar ir-referenza għall-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, fid-dawl tat-tneħħija ta’ dik il-proċedura mir-Regolament (UE) 2021/2116 b’dan ir-Regolament.
(23)L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jaqdu rwol importanti fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-azjendi agrikoli fil-katina tal-provvista. L-appoġġ mill-PAK lil dawk l-organizzazzjonijiet għandu importanza kritika biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi u jintlaħqu objettivi settorjali jew biex jiġu ppremjati l-prattiki li jagħmlu l-ġid. Għalhekk jixraq li, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li fil-programmi operazzjonali tagħhom jimplimentaw intervent settorjali wieħed jew aktar b’rabta ma’ xi wieħed mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, il-punt (d), (e), (f), (h), (i) jew (j) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jitħallew jibbenefikaw mil-limitu miżjud tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 52(2) ta’ dak ir-Regolament, diment li l-ammont li jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu ta’ dak ir-Regolament jintefaq biss biex jiffinanzja dawk l-interventi settorjali.
(24)L-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex it-titlu tat-tip ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmi fil-punt (e) ta’ dak l-Artikolu jiġi allinjat mal-emendi tal-Artikolu 75 ta’ dak ir-Regolament u biex jiġi inkluż it-titlu tat-tip il-ġdid ta’ intervent imsemmi fl-Artikolu 78a ta’ dak ir-Regolament.
(25)Biex ikun żgurat li meta l-Istati Membri jżidu t-twettiq tal-objettivi ambjentali, klimatiċi, tal-benesseri tal-annimali u tar-reżistenza antimikrobika, billi jżommu jew jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, l-impatt ta’ dawn ir-rekwiżiti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-azjendi agrikoli kkonċernati jkun jista’ jinżamm limitat, jeħtieġ li l-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġi emendat biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità mar-rekwiżiti obbligatorji imposti mil-liġi nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, irrispettivament minn jekk dawn ikunx għadhom kif ġew imposti jew jekk kinux jeżistu diġà. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-limitazzjoni tal-perjodu li matulu jista’ jingħata appoġġ għall-impenji agroambjentali klimatiċi għandha tissimplifika l-ġestjoni ta’ dawk l-impenji għall-Istati Membri, għax għandha tnaqqas il-ħtieġa ta’ modifiki f’dawk l-interventi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tul dan il-perjodu tal-programmazzjoni minħabba bidliet ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali jew minħabba l-iskadenza tal-perjodu tal-24 xahar li matulu jista’ jingħata appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali.
(26)L-esperjenza wriet li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont l-istandard tal-KAAT 2 ħolqu sfidi sinifikanti għall-azjendi agrikoli u għall-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-vijabbiltà ekonomika tal-azjendi agrikoli kkonċernati filwaqt li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju. Il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti stabbiliti skont l-istandard tal-KAAT 2, bħal dawk li jinvolvu limitazzjoni tal-produzzjoni, tista’ tkun għalja għall-azjendi agrikoli u tillimita ferm il-kapaċità tagħhom li jibdlu jew jaġġustaw l-użu tal-art tagħhom. Barra minn hekk, l-istandard tal-KAAT 2 iħalli impatt fuq l-azjendi agrikoli f’xi Stati Membri aktar milli f’oħrajn minħabba l-proporzjonijiet differenti ta’ artijiet mistagħdra u ta’ torbieri fit-territorji tagħhom. Filwaqt li jinżammu r-rekwiżiti eżistenti skont l-istandard tal-KAAT 2, meta xieraq, stabbilit b’mod konsistenti mar-rekwiżiti nazzjonali obbligatorji, kif introdotti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-azjendi agrikoli jiġu kkumpensati għall-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dan l-istandard. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jeskludu l-istandard tal-KAAT 2 mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 70(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-interventi bbażati fuq l-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-interventi msemmija fl-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament, biex l-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra kkonċernati mill-istandard tal-KAAT 2 ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard filwaqt li jżommu livell għoli ta’ protezzjoni tal-artijiet mistagħdra u tat-torbieri, b’mod partikolari l-potenzjal tas-sekwestru tal-karbonju ta’ dawn iż-żoni.
(27)Skont l-Artikolu 70(8) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagamenti għall-impenji agroambjentali klimatiċi u għall-impenji ta’ konverżjoni jew ta’ żamma tal-biedja organika biss bħala pagamenti għal kull ettaru. Biex tkun żgurata l-konsistenza mal-appoġġ bl-ekoskemi msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri, f’każijiet ġustifikati debitament, jagħtu appoġġ għal tali impenji fil-forma ta’ pagament għal kull unità tal-bhejjem. Biex jiġu ffaċilitati attivitajiet ta’ ġid għall-ambjent fil-każ tat-trobbija tan-naħal, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata appoġġ għall-impenji agroambjentali klimatiċi jew għall-impenji ta’ konverżjoni jew ta’ żamma tal-biedja organika fil-forma ta’ pagament għal kull kaxxa tan-naħal. Biex tiġi żgurata l-koerenza tad-definizzjonijiet użati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, il-kunċett ta’ kaxxa tan-naħal għall-finijiet tal-għoti ta’ appoġġ għal dawn l-impenji jenħtieġ li jkun il-kunċett ta’ kaxxa tan-naħal definit mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 56, il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
(28)L-Artikolu 72(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi regoli dwar il-kalkolu tal-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf biex jingħataw pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti tal-KAAT. Dan ma jagħtix pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw mill-istandards rilevanti tal-KAAT. Iżda l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti stabbiliti skont l-istandard tal-KAAT 2 tista’ tkun għalja għall-azjendi agrikoli għax dawn jinvolvu limitazzjonijiet tal-produzzjoni minħabba restrizzjonijiet sinifikanti fuq l-użu tal-art. Biex jiġu integrati l-kostijiet relatati mal-osservanza tal-istandard tal-KAAT 2 fil-prinċipji tal-kalkolu tal-pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jinkludu l-iżvantaġġi f’dak il-kalkolu li jirriżultaw mir-rekwiżiti tal-istandard tal-KAAT 2.
(29)Biex ikun żgurat li l-azjendi agrikoli jkollhom aktar żmien u flessibbiltà biex jaġġustaw għal-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Unjoni f’kuntest dejjem aktar diffiċli ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi, sfidi strutturali u diffikultajiet ekonomiċi relatati, fost l-oħrajn, ma’ prezzijiet għaljin tal-enerġija u tal-input, l-Artikolu 73(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġi estiż il-perjodu li matulu jkun jista’ jingħata appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ rekwiżiti ġodda imposti mil-liġi tal-Unjoni minn 24 xahar sa 36 xahar mid-data meta dawn ir-rekwiżiti l-ġodda jsiru obbligatorji għal kull azjenda.
(30)Is-settur tal-biedja tal-Unjoni qed jiffaċċja diffikultajiet demografiċi, b’forza tax-xogħol li qed tixjieħ. Filwaqt li l-attirar ta’ bdiewa żgħażagħ hu kruċjali biex ikun żgurat futur sostenibbli għall-agrikoltura, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attività ekonomika ġdida fis-settur agrikolu minn bdiewa żgħażagħ huma sfida finanzjarja. Biex jiġi ffaċilitat aktar l-istabbiliment tagħhom għall-ewwel darba, il-perjodu tal-eliġibbiltà tal-investimenti għall-konformità ma’ standards ġodda tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi estiż għall-bdiewa żgħażagħ.
(31)Biex jissaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-ikel tal-Unjoni, hemm bżonn investimenti sinifikanti u żvilupp tan-negozju. B’mod speċjali, jenħtieġ li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar, li qed isibu sfidi partikolari u li potenzjalment ikunu vijabbli ekonomikament. Fl-istess ħin, hemm bżonn simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli żgħar biex jitnaqqas kemm jista jkun il-piż amministrattiv. Biex jiġu indirizzati dawn il-ħtiġijiet, jixraq jiġi emendat l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2021/2115 biex fost l-interventi li l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw ikun hemm l-iżvilupp tan-negozju tal-azjendi agrikoli żgħar u biex għal dak l-intervent jingħata appoġġ ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 50 000. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu l-azjendi agrikoli żgħar bl-istess mod għall-finijiet ta’ investimenti skont l-Artikolu 73(4), il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament u għall-finijiet tal-iżvilupp tan-negozju skont l-Artikolu 75 ta’ dak ir-Regolament.
(32)L-interventi ta’ ġestjoni tar-riskju huma utli ħafna biex l-azjendi agrikoli jsiru aktar reżiljenti, u għalhekk jenħtieġ li jitħeġġu. Iżda l-esperjenza wriet li r-regoli attwali huma riġidi wisq biex jtintuża l-potenzjal kollu ta’ dan it-tip ta’ intervent. B’mod partikolari, jidher li l-formola attwali tal-kalkolu tat-telf mhix adattata għas-sitwazzjoni speċifika ta’ ċerti benefiċjarji, bħall-bdiewa żgħażagħ, iż-żoni b’għelejjel permanenti jew każijiet ġustifikati oħra li għalihom il-formola tal-kalkolu tat-telf mhix adegwata. Biex jiżdied l-użu tal-għodod ta’ ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom aktar flessibbiltà fil-kalkolu tat-telf għal dawn il-benefiċjarji jew l-għelejjel, biex iqisu s-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom.
(33)Biex jappoġġaw b’mod effiċjenti lill-azjendi agrikoli li l-produzzjoni tagħhom tkun ġarrbet ħsara minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi oħra, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jippjanaw pagamenti ta’ kriżi mhux biss b’interventi ta’ appoġġ dirett għall-introjtu, iżda anki b’interventi tal-iżvilupp rurali. Jenħtieġ li tali tipi ta’ appoġġ joffru ċerta flessibbiltà biżżejjed lill-Istati Membri waqt l-ippjanar tal-interventi. Iżda l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-konsistenza bejn dawn l-interventi. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-immirar tal-appoġġ u l-effett ta’ inċentiv jenħtieġ li jkunu l-istess. Biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-kumpens totali li jirċievu l-bidwi akkumulat ma’ forom oħra ta’ appoġġ iffinanzjat mil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali (inkluż finanzjament nazzjonali addizzjonali), b’poloz tal-assigurazzjoni privata jew b’għodod oħra ta’ ġestjoni tar-riskju ma jwassalx għal kumpens żejjed jew finanzjament doppju.
(34)L-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-regoli li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ kriterji tal-għażla mill-awtoritajiet maniġerjali għall-interventi relatati ma’ ċerti tipi ta’ intervent. Il-lista tat-tipi ta’ intervent li għalihom l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw il-kriterji tal-għażla jenħtieġ li tiġi emendata biex jitqiesu l-emendi fit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 75 ta’ dak ir-Regolament.
(35)L-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2015 jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-PAK. L-Artikolu 80(2) ta’ dak ir-Regolament jiżgura l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti finanzjarji. Biex tissaħħaħ aktar is-sinerġija fl-implimentazzjoni u l-kontroll bejn l-istrumenti finanzjarji tal-PAK u l-istrumenti finanzjarji l-oħra rregolati mir-Regolament (UE) 2021/1060, l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun żgurat li r-rekwiżiti rigward ir-rendikont tal-entrati għall-istrumenti finanzjarji jkunu l-istess fir-Regolament (UE) 2021/2115 u fir-Regolament (UE) 2021/1060.
(36)L-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi l-limitu massimu applikabbli tal-ekwivalenti tal-għotja grossa meta l-istrumenti finanzjarji jappoġġaw attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat. Biex ikun żgurat allinjament mal-bidliet introdotti dan l-aħħar fir-reġim ġenerali tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831, il-limitu massimu jeħtieġ jiżdied kif xieraq. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ referenza jenħtieġ li jinbidel minn “snin fiskali” għal “snin” biex ikun konformi mal-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament tal-Kummissjoni. Fir-rigward tal-appoġġ għall-kapital operatorju għal attivitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, jibqgħu japplikaw ir-regoli ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat.
(37)L-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiddefinixxi l-eliġibbiltà tan-nefqa meta l-appoġġ jingħata bi strumenti finanzjarji. Biex ikunu żgurati ċ-ċarezza u t-trattament ugwali skont l-istrumenti finanzjarji kollha rregolati mir-Regolament (UE) 2021/1060, l-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġu stabbiliti r-regoli tal-eliġibbiltà fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).
(38)L-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) 2021/2015 jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti mill-Istati Membri tal-allokazzjonijiet tal-FAEŻR għall-Programm InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Biex ikun żgurat l-użu sħiħ tal-possibbiltajiet li għadhom kif ġew introdotti skont l-Artikolu 10a(4) tar-Regolament (UE) 2021/523, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
(39)L-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ alternattivi tal-kostijiet issimplifikati. Biex jissimplifikaw u jixprunaw l-implimentazzjoni tal-investimenti u ta’ interventi oħra tal-iżvilupp rurali u biex iżidu l-użu tal-alternattivi tal-kostijiet issimplifikati, jenħtieġ li jkunu jistgħu jintużaw il-metodi tal-kalkolu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 mingħajr il-bżonn ta’ ġustifikazzjoni ulterjuri.
(40)L-Artikolu 86(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa li tirriżulta mill-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għall-kontribuzzjoni mill-FAEG u mill-FAEŻR, rispettivament. Biex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa, jittejbu s-sinerġiji bejn il-FAEG u l-FAEŻR, u tiżdied il-flessibbiltà tal-Istati Membri biex jiddeterminaw id-dati tad-dħul fis-seħħ tal-emendi relatati mal-FAEG tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jixraq li titħalla l-eliġibbiltà tan-nefqa li tirriżulta minn emenda strateġika approvata ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għall-kontribuzzjoni tal-FAEG mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 119(8) ta’ dak ir-Regolament, iżda mhux qabel id-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tat-talba għall-emenda. Għal emendi oħra fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEG, in-nefqa jenħtieġ li tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEG mid-data tan-notifika tal-emenda lill-Kummissjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 119(9) tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif emendat b’dan ir-Regolament. Biex tkun żgurata l-koerenza bejn ir-regoli dwar l-eliġibbiltà għall-kontribuzzjoni mill-FAEG u mill-FAEŻR f’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, jew avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jiġi stabbilit li l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG relatata mal-emendi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati ma’ pagamenti ta’ kriżi komplementari lill-azjendi agrikoli b’pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 41a ta’ dak ir-Regolament, tista’ tibda mid-data meta jiġri l-avveniment.
(41)Biex ikun żgurat finanzjament adegwat għat-tipi l-ġodda ta’ intervent għall-pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi kif imsemmi fl-Artikoli 41a u 78a tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jżommu ċertu sehem tal-pagamenti diretti u tal-finanzjament tal-FAEŻR għal dawn it-tipi ta’ intervent. Iżda biex ikun żgurat li jibqa’ finanzjament biżżejjed biex jitwettqu l-prijoritajiet l-oħra tal-PAK, dan is-sehem jenħtieġ li jkun limitat għal ammont annwali massimu, disponibbli għal kull Stat Membru, li jikkorrispondi għal 3% tat-total tal-pagamenti diretti u tal-finanzjament tal-FAEŻR kull sena. Biex l-Istati Membri jitħeġġu jipprivileġġaw l-użu tal-istrument stabbilit fl-Artikolu 41a ta’ dak ir-Regolament u ffinanzjat b’pagamenti diretti, l-ammont annwali massimu li jista’ jiġi riżervat minn Stat Membru għal dan it-tip ta’ intervent jenħtieġ li jkun jikkorrispondi għal 4% tat-total tal-pagamenti diretti u l-finanzjament tal-FAEŻR kull sena, jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li ma jagħtix appoġġ għal pagamenti ta’ kriżi skont l-Artikolu 78a ta’ dak ir-Regolament.
(42)Minħabba n-natura speċjali tagħhom, it-tipi l-ġodda ta’ intervent għall-pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli b’pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 41a tar-Regolament (UE) 2021/2115 u tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 78a ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jkunu eżentati mill-obbligu li jikkontribwixxu għall-indikaturi tar-riżultati elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.
(43)Il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-pagamenti ta’ kriżi komplementari lill-azjendi agrikoli previst f’konformità mal-Artikolu 41a tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi inkluż fl-Anness V tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tal-Istat Membru.
(44)L-Artikolu 119(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tat-talbiet għall-emendi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ippreżentati mill-Istati Membri. L-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu u japplikaw modifiki fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-interventi msemmija fit-Titolu III, il-Kapitolu IV, ta’ dak ir-Regolament, li jkunu approvati mill-Kummissjoni flimkien mat-talba li jmiss għal emenda. L-esperjenza wriet li l-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK spiss ikun fihom diversi elementi tekniċi li jagħmluhom kumplessi, peżanti għall-Istati Membri, u jdewmu l-proċeduri tal-approvazzjoni, għalkemm l-orjentazzjoni strateġika tal-pjanijiet tibqa’ l-istess. Dan jinterferixxi mal-adattament fil-ħin u effettiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont il-bidliet fir-realtà ekonomika u fil-ħtiġijiet tal-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra fl-Istati Membri, filwaqt li jħalli impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta’ dawk il-Pjanijiet. Biex tiġi ssimplifikata u tittejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri tal-emendar, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li m’għandhomx natura strateġika, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tkun meħtieġa biss għall-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu definiti emendi strateġiċi fir-Regolament (UE) 2021/2115 bħala emendi ta’ elementi importanti tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jħallu impatt sinifikanti fuq l-istrateġija u l-loġika ta’ intervent ta’ dawk il-pjanijiet, inkluż trasferimenti ta’ allokazzjonijiet finanzjarji bejn il-FAEŻR u l-FAEG, allokazzjonijiet finanzjarji massimi u minimi, u bidliet fil-pjanijiet fil-mira u finanzjarji. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu u japplikaw l-emendi l-oħra kollha fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom malli jinnotifikawhom lill-Kummissjoni, u dawn l-emendi l-oħra ma għandhomx ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.
(45)Biex tkun żgurata l-kompatibbiltà tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-qafas legali tal-PAK tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li toġġezzjona għall-emendi notifikati meta jidhirilha li dawk l-emendi ma jkunux kompatibbli mar-Regolament (UE) 2021/2115, mar-Regolament (UE) 2021/2116 jew mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skonthom. Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali lill-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra, l-Istati Membri jenħtieġ li, malli jirċievu oġġezzjoni għal emenda notifikata, ma japplikawx dik l-emenda u jneħħu tali emenda mill-Pjan Strateġiku tal-PAK emendat kif ippreżentat lill-Kummissjoni. In-nefqa relatata ma’ dawn l-emendi lanqas m’għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEG jew mill-FAEŻR, rispettivament. L-esperjenza turi li l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw emendi kumplessi u numerużi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha perjodu taż-żmien raġonevoli biex tivvaluta l-emendi notifikati u tagħmel l-oġġezzjonijiet tagħha lill-Istati Membri, meta meħtieġ. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jippreżentaw emendi li l-Kummissjoni tkun oġġezzjonat l-approvazzjoni tagħhom bħala parti minn talba għal emenda strateġika kif imsemmi fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif emendat b’dan ir-Regolament, biex jiżguraw li dawk l-emendi jieħdu effett legali biss jekk jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2021/2115 u mar-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuqhom.
(46)L-Artikolu 119(8), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jiddeterminaw data tad-dħul fis-seħħ għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEG, għal data li tkun wara d-data tal-approvazzjoni tat-talba għall-emenda mill-Kummissjoni. Biex tiżdied il-flessibbiltà għall-Istati Membri fl-istabbiliment tad-dati tad-dħul fis-seħħ għall-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEG u biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn ir-regoli applikabbli għall-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEG u l-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mal-FAEŻR, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu d-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK bejn id-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tat-talba għall-approvazzjoni ta’ emenda strateġika msemmija fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif emendat minn dan ir-Regolament, u d-data tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni tat-talba għall-emenda.
(47)L-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiżgura li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jiġu aġġornati biex ikunu jirriflettu l-emendi li saru fl-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament dwar l-ambjent u l-klima li għalihom il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jikkontribwixxu u jkunu konsistenti magħhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw jekk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhomx bżonn emenda, u meta meħtieġ iridu jippreżentaw talba għal emenda li timmodifika xi wieħed mill-atti leġiżlattivi. Biex ikunu evitati proċessi amministrattivi mhux meħtieġa waqt il-fażi aħħarija tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jitħassar.
(48)L-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi aġġustat biex ikun jirrifletti l-emendi fl-Artikolu 119 ta’ dak ir-Regolament, introdotti b’dan ir-Regolament.
(49)L-Artikolu 124(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jiġi emendat biex il-Kumitat tal-Monitoraġġ ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi kollha relatati mal-FAEG, ħalli jkun żgurat li l-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra jkollhom żmien biżżejjed biex iqisu l-emendi proposti.
(50)L-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-kontenut u l-proċedura għar-rapporti annwali tal-prestazzjoni, li huma bażi għall-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Fid-dawl tat-tneħħija tal-proċedura annwali tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni b’dan ir-Regolament, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu modifikati biex titħassar l-informazzjoni meħtieġa biss għall-finijiet ta’ dik il-proċedura, bħall-informazzjoni dwar l-ammonti tal-unità realizzati u l-ġustifikazzjonijiet li jridu jagħtu l-Istati Membri meta l-ammonti tal-unità realizzati jaqbżu l-ammonti tal-unità ppjanati korrispondenti stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
(51)L-Artikolu 134(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jeħtieġ jiġi ċċarat biex tissaħħaħ ir-rabta bejn ir-rapport annwali tal-prestazzjoni u r-rieżami biennali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 135 ta’ dak ir-Regolament, b’rabta mal-inklużjoni ta’ ġustifikazzjonijiet fir-rapport annwali tal-prestazzjoni meta ma jintlaħqux ċerti tappi għall-finijiet tar-rieżami biennali tal-prestazzjoni.
(52)Skont l-Artikolu 134(13) tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar rapport annwali tal-prestazzjoni ammissibbli fi żmien xahar mis-sottomissjoni tiegħu. L-esperjenza wriet li l-valutazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rapport annwali tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 134(3) ta’ dak ir-Regolament u l-valutazzjoni komprensiva tar-rapport annwali tal-prestazzjoni ppreżentat ma jistgħux isiru fl-istess żmien. Għalhekk jeħtieġ tiġi modifikata d-data li minnha jiġi kkalkolat il-limitu taż-żmien biex jintbagħtu l-osservazzjonijiet, imsemmi fl-Artikolu 134(13) ta’ dak ir-Regolament, sad-data meta r-rapport annwali tal-prestazzjoni jsir ammissibbli, f’konformità mal-Artikolu 134(3) ta’ dak ir-Regolament.
(53)Il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-pagamenti ta’ kriżi komplementari lill-azjendi agrikoli previst f’konformità mal-Artikolu 41a tar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jkun soġġett għall-istess regoli bħall-finanzjament nazzjonali addizzjonali tal-iżvilupp rurali.
(54)Skont l-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) 2021/2115 il-Kummissjoni trid tirrevedi l-lista tal-atti leġiżlattivi fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament u tagħmel proposti leġiżlattivi biex iżżid atti leġiżlattivi addizzjonali ma’ dak l-Anness. Fid-dawl tat-tħassir tal-Artikolu 120 ta’ dak ir-Regolament, l-Artikolu 159 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jitħassar biex ikunu żgurati l-koerenza u l-istabbiltà u jkun evitat it-tfixkil fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-azjendi agrikoli u minn benefiċjarji oħra.
(55)L-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi indikaturi tal-impatt, tar-riżultati u tal-output skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. It-tabella “Approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni – OUTPUT” fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li tiġi sostitwita biex jiddaħħlu indikaturi tal-output marbuta mat-tipi ta’ intervent li jkun għadhom kif ġew introdotti u t-tipi emendati ta’ intervent, u biex jitqies it-tħassir b’dan ir-Regolament tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
(56)L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2115 jelenka l-paragrafi rilevanti tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO (“Kaxxa l-Ħadra”) għal kull tip ta’ intervent ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, it-tipi ta’ intervent li jkun għadhom kif ġew introdotti għall-pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli b’pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 41a tar-Regolament (UE) 2021/2115 u tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 78a ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.
(57)L-istandard tal-KAAT 1, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandu l-għan li jżomm bwar permanenti biex jippreservaw il-ħażna tal-karbonju abbażi ta’ proporzjon ta’ bur permanenti fir-rigward taż-żona agrikola fil-livell nazzjonali, reġjonali, subreġjonali, ta’ grupp ta’ azjendi jew ta’ azjenda meta mqabbla mas-sena ta’ referenza 2018, bi tnaqqis massimu ta’ 5% meta mqabbel mas-sena ta’ referenza. Bidliet strutturali li jistgħu jseħħu fl-azjendi agrikoli tul il-perjodu tal-programmazzjoni 2023-2027, b’mod partikolari fis-settur tal-bhejjem. Apparti dawn il-bidliet, jistgħu jsiru bidliet malajr fl-użu tal-art fil-livell ta’ azjenda agrikola, b’mod partikolari biex jittaffew l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq id-disponibbiltà tal-għalf u tal-magħlef, li madankollu jistgħu jidhru biss fid-data disponibbli b’dewmien. Tali evoluzzjoni tal-bidliet strutturali fl-azjendi agrikoli tista’ twassal għal varjazzjonijiet fil-proporzjon annwali tal-bwar permanenti meta mqabbla mas-sena ta’ referenza 2018. Fid-dawl ta’ dawn il-varjazzjonijiet u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-istandard tal-KAAT 1, il-persentaġġ massimu tat-tnaqqis tal-proporzjon tal-bwar permanenti meta mqabbel mas-sena ta’ referenza 2018 jenħtieġ li jiżdied għal 10% biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu l-iżviluppi tul il-perjodu tal-programmazzjoni 2023-2027 u l-ħtiġijiet tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari fis-settur tal-bhejjem.
(58)L-istandard tal-KAAT 4, elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, hu maħsub biex jipproteġi l-mogħdijiet tax-xmajjar mit-tniġġis u mit-tnixxijiet bl-istabbiliment ta’ strixxi ta’ lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma. L-esperjenza wriet li l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jallinjaw id-definizzjoni ta’ mogħdija tal-ilma għall-finijiet ta’ dan l-istandard tal-KAAT mad-definizzjoni ta’ mogħdija tal-ilma stabbilita mill-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, inkluż fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li hi parti mill-SMR elenkat fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Id-definizzjoni ta’ mogħdija tal-ilma użata mill-Istati Membri għall-finijiet tal-istandard tal-KAAT 4 jenħtieġ li tkun konformi mal-objettiv ewlieni ta’ dak l-istandard tal-KAAT, b’mod partikolari biex jitnaqqas ir-riskju li l-mogħdijiet tal-ilma iżgħar, li jaf ikunu qed iġorru xi tniġġis fid-direzzjoni tal-ilma, jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dak l-istandard tal-KAAT.
(59)It-tisħiħ tal-interoperabbiltà, inkluż l-iskambju bla skossi tad-data, bejn is-sistemi tal-informazzjoni agrikola pubblika joffri firxa ta’ benefiċċji operazzjonali, statistiċi u relatati mal-politika, fosthom inaqqas il-piż tal-ġbir tad-data u jtejjeb l-effiċjenza, jipprovdi integrazzjoni u validazzjoni awtomatizzati tad-data, itejjeb il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tad-data, iżid il-monitoraġġ tal-politika u jipprovdi kollaborazzjoni aktar effettiva fi ħdan l-Istati Membri. Iżda n-nuqqas ta’ struttura kkoordinata fil-livell tal-Istati Membri, kif ukoll id-differenzi osservati fil-progress tat-tranżizzjoni diġitali fost l-Istati Membri jxekklu l-implimentazzjoni effettiva tal-interoperabbiltà u l-benefiċċji tagħha. Bi qbil mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel”, li tenfasizza l-prinċipju “iġbor darba, uża diversi drabi”, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-data tinġabar darba biss mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK u terġa’ tintuża, mingħajr ma joqogħdu jitolbu lill-azjendi agrikoli diversi drabi biex jipprovdu l-istess data.
(60)Biex tinkiseb u tinżamm l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-informazzjoni użati għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK, u l-iskambju bla xkiel tad-data bejn dawk is-sistemi tal-informazzjoni għall-ġid tal-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra tal-PAK u l-amministrazzjoni, u potenzjalment l-ekonomija usa’, u b’kunsiderazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għad-Data u inizjattivi rilevanti oħra tal-UE u nazzjonali, bħall-Ispazju Komuni Ewropew tad-Data dwar l-Agrikoltura u l-Att dwar Ewropa Interoperabbli, kull Stat Membru jenħtieġ li jaħtar awtorità responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali li jkun fih miżuri u azzjonijiet. Għal dak il-għan, l-awtorità maħtura jenħtieġ li, meta rilevanti, tikkollabora ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra u mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni. Biex ikun żgurat segwitu fil-ħin u xieraq mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw il-Pjanijiet Direzzjonali tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tagħmel osservazzjonijiet dwar il-Pjanijiet Direzzjonali ppreżentati mill-Istati Membri ħalli tiżgura l-koerenza u t-titjib tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-informazzjoni agrikola pubblika. Approċċ mhux armonizzat għall-identifikaturi diġitali jew għall-mekkaniżmi tal-iskambju tad-data jfixkel il-progress fejn tidħol l-interoperabbiltà. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-istabbiliment ta’ qafas uniku tal-identità diġitali u l-allinjament mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inkluż fir-rigward tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw il-Pjan Direzzjonali abbażi tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u għandhom jiżguraw li jkun fih il-miżuri meħtieġa biex tinkiseb u tinżamm l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-informazzjoni agrikola pubblika kif ukoll l-iskeda għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri. Jenħtieġ li l-ħatra tal-Awtorità kif ukoll it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali ma jitqisux bħala rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
(61)L-esperjenza bl-implimentazzjoni tar-riżerva agrikola wriet li hi siewja f’każ ta’ kriżi biex jingħata appoġġ lill-azjendi agrikoli milquta u biex jingħata kontribut biex is-swieq jerġgħu lura fuq saqajhom. Iżda fl-aħħar snin, dan kien qed jintuża dejjem aktar biex tittaffa s-sitwazzjoni tal-azjendi agrikoli li jbatu telf dirett minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi, minkejja li l-għan oriġinali maħsub tiegħu, bħala strument tas-suq finanzjarju, kien li jiffoka fuq il-kumpens u l-mitigazzjoni tal-impatti tad-disturbi tas-suq. Fid-dawl tal-isfidi dejjem akbar li qed jiffaċċja s-settur agrikolu tal-Unjoni, inkluż it-tensjonijiet kummerċjali, l-inċertezza ġeopolitika u ż-żieda fl-impatt indirett tal-kwistjonijiet tas-saħħa tal-annimali fuq il-bilanċ tas-suq, jidher iġġustifikat li r-riżerva terġa’ tiġi ffokata fuq l-għan oriġinali tagħha. Il-kumpensi lill-azjendi agrikoli għall-effetti diretti ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi, bħal dawk li jwasslu għal telf fiżiku tal-pjanti, tal-annimali u tal-prodotti tagħhom, jenħtieġ li jindirizzawhom l-Istati Membri li huma responsabbli għall-iżvilupp ta’ strateġiji sodi ta’ ġestjoni tar-riskju u tal-kriżijiet bl-appoġġ finanzjarju tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, inkluż bl-istrumenti ġodda stabbiliti minn dan ir-Regolament. Il-miżuri li jibbilanċjaw l-impatt negattiv fuq l-azjendi agrikoli ġġenerat minn tfixkil fis-suq, bħal dawk li jaffettwaw il-prezzijiet, il-kostijiet jew il-bejgħ, anki meta jiġi ġġenerat bħala effetti indiretti ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi, jenħtieġ li jkomplu jiġu ffinanzjati mir-riżerva agrikola.
(62)Jenħtieġ li jiġu emendati l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li jistabbilixxu r-regoli dwar il-pagamenti ta’ kull xahar u interim, rispettivament, biex ikunu jqisu t-tħassir b’dan ir-Regolament tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex ikun żgurat li, wara l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament fl-Artikolu 86(2) u fl-Artikolu 119(8) tar-Regolament (UE) 2021/2115, in-nefqa li ssir eliġibbli għall-kontribuzzjoni tal-FAEG minn data tad-dħul fis-seħħ li tiġi qabel id-data tal-approvazzjoni tal-emenda mill-Kummissjoni iżda wara d-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-emenda lill-Kummissjoni, tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni biss wara l-approvazzjoni tal-emenda mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 119(10) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi ddikjarata n-nefqa, li ma tistax tiġi ddikjarata fix-xahar ikkonċernat minħabba approvazzjoni pendenti ta’ emenda, fix-xhur sussegwenti tal-istess sena finanzjarja jew, imqar, fil-kontijiet annwali ta’ dik is-sena finanzjarja li jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik is-sena finanzjarja. Meta tiġi ddeterminata d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ emenda u biex ikun żgurat li kull nefqa li tirriżulta mill-emenda diġà mħallsa lill-benefiċjarji tkun tista’ tiġi ddikjarata fis-sena finanzjarja rispettiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-limiti taż-żmien għall-proċedura tal-approvazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
(63)L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2021/2116 dwar is-sospensjoni tal-pagamenti fir-rigward tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni jeħtieġ jiġi emendat biex iqis it-tħassir b’dan ir-Regolament tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
(64)L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (d) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni trid tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat biex iqis it-tħassir b’dan ir-Regolament tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
(65)L-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li meta n-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u li tikkorrispondi għall-interventi msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2021/2115 ma jkollhiex eżitu korrispondenti kif irrappurtat fir-rapport annwali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni qabel il-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara s-sena baġitarja kkonċernata biex tistabbilixxi l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni (“approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni”). L-esperjenza miksuba bl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-eżerċizzju tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, u bit-tħejjija tal-eżerċizzju tat-tieni sena, turi li l-Istati Membri għandhom piż amministrattiv sproporzjonat fit-tħejjija u fl-għoti tal-informazzjoni meħtieġa għar-rapport annwali tal-prestazzjoni kif ukoll waqt l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni. Biex jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, jenħtieġ li titneħħa l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Ir-rekwiżit li n-nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti trid tkun akkumpanjata minn eżitu korrispondenti, kif stabbilit fl-Artikolu 37(1), il-punt (b)(i) ta’ dak ir-Regolament, hu kopert bil-proċedura tal-konformità msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.
(66)Ir-rekwiżit li n-nefqa trid issir f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli, stabbiliti fl-Artikolu 37(1), il-punt (b)(ii) tar-Regolament (UE) 2021/2116, hu kkontrollat mill-aġenziji tal-pagament, u wara jiġi vverifikat mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni kull sena, u mill-Kummissjoni fil-forma ta’ rieżamijiet tal-opinjonijiet u r-rapporti tal-korp taċ-ċertifikazzjoni u bħala parti mis-segwitu dwar is-sejbiet, kif ukoll tul il-proċeduri tal-konformità msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament. Dawn il-proċeduri jipprovdu wkoll assigurazzjoni li l-eżiti rrealizzati jinkisbu f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Flimkien mar-rieżami biennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115, dawn il-proċeduri jiżguraw ukoll li l-Istati Membri jilħqu t-tappi u l-miri msemmija fl-Artikolu 109(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament, stabbiliti minnhom bħala parti mis-sistemi tal-prestazzjoni tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għalhekk, l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jitħassar.
(67)Jeħtieġ li jinkiseb aktar allinjament tal-istrumenti finanzjarji bejn il-PAK u l-politiki l-oħra b’ġestjoni kondiviża fil-kuntest ta’ irregolaritajiet u korrezzjonijiet finanzjarji, meta l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji juru li ġie ssodisfat sett kumulattiv ta’ azzjonijiet. Għalhekk, l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116 jeħtieġ li jiġi emendat biex tkun żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 103(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
(68)L-azjendi agrikoli rrapportaw kemm-il darba l-pressjoni li jġarrbu meta jkollhom jagħmlu diversi kontrolli matul is-sena. L-Istati Membri diġà għandhom il-possibbiltà li jgħaqqdu diversi kontrolli fi żjara waħda. Biex jitnaqqas in-numru ta’ żjarat fuq il-post għal kull azjenda agrikola u b’hekk jittaffa l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, meta possibbli l-Istati Membri m’għandhomx jagħżlu benefiċjarju li jkun diġà ntgħażel għal verifika fuq il-post f’dik is-sena, ħlief meta ċ-ċirkostanzi jkunu jeżiġu t-tieni kontroll biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan it-tnaqqis m’għandux inaqqas il-livell tal-verifiki. Għal dan il-għan, l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat kif meħtieġ.
(69)L-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat biex titneħħa r-referenza għall-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
(70)Abbażi tal-ewwel snin ta’ implimentazzjoni, jidher li hu żejjed li jsiru verifiki fuq il-post fuq l-interventi li diġà huma mmonitorjati mid-data tas-satelliti Sentinel ta’ Copernicus jew minn data oħra bi mqar valur ekwivalenti, u dawn qed jixħtu piż mhux ġustifikat fuq l-Istati Membri u l-azjendi agrikoli. Għalhekk, għal dawk il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, l-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati jwettqu verifiki fuq il-post, inkluż dawk imwettqa mill-bogħod bl-użu tat-teknoloġija. Għal dan il-għan, l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.
(71)L-esperjenza miksuba turi li l-valutazzjonijiet tal-kwalità, rispettivament, tas-Sistema tal-Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art (LPIS), tal-Applikazzjoni Ġeospazjali (GSA) u tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Erja (AMS) jenħtieġ li jingħaqdu f’waħda. Peress li s-sistemi huma intrinsikament marbutin, hu diffiċli li ssir valutazzjoni tal-kwalità ta’ sistema partikolari li ma tkunx tqis l-impatt fuq il-bqija. Barra minn hekk, meta jgħaqqdu dawn il-valutazzjonijiet tal-kwalità f’waħda, l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jgawdu tnaqqis fl-ammont ta’ xogħol relatat mal-proċeduri tal-ispezzjoni u mal-obbligi tar-rapportar. Barra minn hekk, meta meħtieġ, l-Istati Membri jiksbu l-vantaġġ li jipproponu azzjoni ta’ rimedju waħda li tkun tinkludi t-tliet sistemi kollha (LPIS, GSA u AMS), aktar milli jimplimentaw azzjonijiet separati, u hekk iżidu l-effiċjenza tagħhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġi introdott Artikolu ġdid fir-Regolament (UE) 2021/2116 u r-referenzi rilevanti jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.
(72)L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-kundizzjonalità, inkluż bil-proċeduri tal-konformità, uriet li ċerti kundizzjonijiet huma riġidi bla bżonn u jimponu piż żejjed fuq l-Istati Membri, mingħajr ma neċessarjament itejbu l-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni. Biex tiġi ssimplifikata s-sistema tal-kontroll u jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li tinżamm l-effettività tagħha fil-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw aktar flessibbiltà fit-tfassil tas-sistemi tal-kontroll tagħhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit għal rieżami annwali tas-sistema tal-kontroll, u l-fatturi li jridu jitqiesu fl-analiżi tar-riskju jenħtieġ li jitħallew fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri.
(73)Ir-Regolament (UE) 2024/1468 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li emenda l-Artikoli 83 u 84 tar-Regolament (UE) 2021/2216 biex jitnaqqas il-piż minn fuq l-azjendi agrikoli żgħar u l-amministrazzjonijiet nazzjonali relatati mal-kontrolli u l-penali tal-kundizzjonalità. B’mod speċifiku, dan jeżenta lill-azjendi agrikoli li ż-żona agrikola ddikjara f’konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-azjenda tagħhom ma tkunx taqbeż l-10 ettari, mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-applikazzjoni tal-penali amministrattivi għal nonkonformità mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità. Madankollu, l-applikazzjoni ġeospazjali msemmija fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 tinkludi żoni li mhumiex iż-żona agrikola u hemm restrizzjonijiet tekniċi biex jiġu kkalkolati ż-żoni agrikoli, għax xi elementi u karatteristiċi tal-pajsaġġ jaf ma jkunux imkejla u jaf ivarjaw fid-daqs maż-żmien. Għalhekk, l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq iż-żona eliġibbli għall-pagamenti u l-appoġġ rilevanti għall-kundizzjonalità.
(74)Barra minn hekk, il-benefiċjarji żgħar li mhumiex azjendi agrikoli, bħall-meniġers tal-art, ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-penali. Iżda l-piż amministrattiv marbut mal-kontrolli u mal-applikazzjoni tal-penali għal dawk ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità previsti fir-Regolament (UE) 2021/2116 jista’ jkun ukoll kbir b’mod sproporzjonat għal dawk il-benefiċjarji. Bl-istess mod, peress li ż-żona agrikola ġestita minn dawn il-benefiċjarji hija limitata u l-penali huma ġeneralment baxxi għall-benefiċjarji ż-żgħar, l-applikazzjoni tal-penali tista’ twassal għal piż sproporzjonat fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li anki l-benefiċjarji żgħar li mhumiex azjendi agrikoli jkunu eżentati mill-kontrolli tal-kundizzjonalità u mill-applikazzjoni tal-penali amministrattivi għar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità. Iżda hu importanti li l-PAK tissokta tikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punti (d), (e) u (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115 permezz ta’ rekwiżiti tal-kundizzjonalità, u biex tiżgura l-istabbiltà ta’ dawk ir-rekwiżiti bħala x-xenarju bażi komuni għall-Istati Membri u l-benefiċjarji. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità jenħtieġ li jkomplu japplikaw għall-benefiċjarji kollha elenkati fl-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
(75)L-Artikoli 102 u 103 tar-Regolament (UE) 2021/2116 li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-delega ta’ setgħat biex jiġu adottati atti delegati u l-proċedura tal-kumitat jenħtieġ li jiġu emendati biex iqisu l-emendi ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tar-Regolament (UE) 2021/2116 introdotti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari t-tħassir tal-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament.
(76)Biex tkun żgurata l-koerenza fost id-diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/2116, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat biex jitneħħew ir-referenzi għall-proċedura tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, b’mod partikolari għall-Artikolu 54 u l-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament.
(77)Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.
(78)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali b’rabta mal-emendi għall-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115, introdotti b’dan ir-Regolament, biex ikun żgurat li t-talbiet għall-emendi u n-notifiki tal-modifiki fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ippreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jiġu approvati bil-proċeduri applikabbli waqt is-sottomissjoni ta’ dawk it-talbiet għal emenda jew in-notifiki.
(79)Biex tkun żgurata implimentazzjoni bla skossi tal-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament, u biex b’urġenza jitnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fit-tħejjija tar-rapport annwali tal-prestazzjoni għas-sena finanzjarja 2025, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(80)Billi l-fondi diġà ġew allokati mir-riżerva agrikola tal-2025 għas-setturi affettwati minn avvenimenti klimatiċi negattivi u diżastri naturali kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/441, l-Artikolu 2, il-punt (5) ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mis-sena finanzjarja agrikola 2026, jiġifieri mis-16 ta’ Ottubru 2025 biss.
(81)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta opinjoni fi [...],
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) 2021/2115
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 hu emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“bur permanenti u mergħa permanenti” (flimkien imsejħa “bwar permanenti”) għandhom ikunu art li tintuża għat-tkabbir tal-ħaxix jew ta’ foraġġ erbaċew ieħor b’mod naturali (li jżarra’) jew b’kultivazzjoni (miżrugħa) u li ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-għelejjel tal-azjenda għal ħames snin jew aktar jew, meta l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, għal seba’ snin jew aktar u, meta l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, li ma tkunx inħartet, jew inħadmet, jew ma tkunx reġgħet inżergħet b’tipi differenti ta’ ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, għal ħames snin jew aktar jew għal seba’ snin jew aktar. Tista’ tinkludi speċijiet oħra bħal arbuxxell jew siġar, tajbin għar-ragħa u, meta l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxxell jew siġar li jipproduċu għalf tal-annimali, diment li l-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti.”;
(2)fl-Artikolu 10, it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“B’mod partikolari, l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà, l-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà, l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ u l-iskemi għall-klima, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, u l-pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi b’pagamenti diretti u tal-iżvilupp rurali għandhom jikkwalifikaw skont il-kriterji tal-paragrafi tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO elenkati fl-Anness II għal dawk l-interventi. Għal interventi oħra, il-paragrafi fl-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO indikati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament huma indikattivi, u dawk l-interventi jistgħu minflok jikkonformaw ma’ paragrafu tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO li mhux elenkat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jekk dan ikun speċifikat u spjegat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.”;
(3)L-Artikolu 11 hu emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 4 hu sostitwit b’dan li ġej:
“4. Jekk Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jżid l-eżiti ppjanati tiegħu msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu kif stipulat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu approvat mill-Kummissjoni, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-eżiti ppjanati riveduti f’konformità mal-Artikolu 119(9) qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata.”
(b)fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Kull Stat Membru kkonċernat għandu jippreżenta notifika f’konformità mal-Artikolu 119(9) bil-koeffiċjent tat-tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata.”
(4)L-Artikolu 12 hu emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
“1. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema tal-kundizzjonalità li skontha l-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II, ħlief il-pagamenti msemmija fl-Artikolu 41a, jew pagamenti annwali skont l-Artikoli 70, 71 u 72 ikunu soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni u l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, kif elenkati fl-Anness III, fir-rigward tal-oqsma speċifiċi li ġejjin:
(a) il-klima u l-ambjent, inkluż l-ilma, il-ħamrija u l-bijodiversità tal-ekosistemi;
(b) is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-pjanti;
(c) il-benesseri tal-annimali.”;
(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a. B’deroga mill-paragrafu 1, is-sistema tal-kundizzjonalità m’għandhiex tapplika għall-benefiċjarji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28.”;
(5)fl-Artikolu 13(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“L-azjendi agrikoli li l-azjenda kollha tagħhom tkun iċċertifikata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* għandhom jitqiesu konformi mal-istandards tal-KAAT 1, 3, 4, 5, 6 u 7 elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Meta jistabbilixxu l-istandards tagħhom, l-Istati Membri jistgħu, meta rilevanti, jistabbilixxu l-elementi msemmija fl-Artikolu 109(2)(a)(i) biex ikunu konsistenti mar-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti mil-liġi nazzjonali u ma jmorrux lil hinn minnhom, diment li dawn ir-rekwiżiti obbligatorji nazzjonali eżistenti jkunu konformi mal-istandards tal-KAAT elenkati fl-Anness III.”
*
Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj).”;
(6)fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-Istati Membri għandhom jindikaw fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li, sal-1 ta’ Jannar 2025, l-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II, għajr il-pagamenti annwali msemmija fl-Artikolu 41a, jew pagamenti annwali skont l-Artikoli 70, 71 u 72 iridu ikunu soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jkunux konformi mar-rekwiżiti relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikabbli jew mal-obbligi tal-impjegatur li jirriżultaw mill-atti legali msemmija fl-Anness IV.”;
(7)L-Artikolu 16 hu emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
“1. It-tipi ta’ intervent skont dan il-Kapitolu jistgħu jieħdu l-forma ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati u akkoppjati u ta’ pagamenti ta’ kriżi komplementari.”;
(b)jiżdied il-paragrafu li ġej:
“4. Il-pagamenti ta’ kriżi komplementari għandhom ikunu pagamenti diretti lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi.”
(8)fl-Artikolu 19, it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw din id-dispożizzjoni għandhom japplikawha għall-azjendi agrikoli kollha li jkollhom xi għodda ta’ ġestjoni tar-riskju f’sena partikolari.”;
(9)L-Artikolu 28 hu sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 28
Pagamenti għall-azjendi agrikoli żgħar
L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-azjendi agrikoli żgħar, kif iddeterminat mill-Istati Membri, b’somma f’daqqa jew b’ammonti kull ettaru li jissostitwixxu l-pagamenti diretti f’din it-Taqsima u fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-azjendi agrikoli.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li l-pagament lill-azjendi agrikoli żgħar imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jissostitwixxi l-pagamenti diretti li jsiru biex jappoġġaw l-ekoskemi stabbiliti skont l-Artikolu 31.
Il-pagament annwali għal kull bidwi skont l-ewwel subparagrafu m’għandux ikun iżjed minn EUR 2 500.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu somom f’daqqa differenti jew ammonti differenti għal kull ettaru marbuta ma’ limiti massimi differenti tal-erja.”;
(10)L-Artikolu 31 hu emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 5 hu emendat kif ġej:
(1)(i) it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Għall-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta l-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi obbligatorji korrispondenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, jista’ jingħata appoġġ għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.”;
(b)(ii) jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mir-rekwiżit stabbilit fil-Kapitolu I, it-Taqsima 2, l-istandard tal-KAAT 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) ta’ dan it-Titolu.”;
(c)il-paragrafu 7 hu emendat kif ġej:
(i) it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-pagamenti mogħtija f’konformità mal-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu għall-impenji dwar il-benesseri tal-annimali, l-impenji li jiġġieldu r-reżistenza għall-antimikrobiċi, l-impenji għall-prattiki agrikoli jagħmlu l-ġid għall-klima u l-impenji ta’ konverżjoni jew ta’ żamma ta’ prattiki u metodi tal-biedja organika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 jistgħu jieħdu wkoll il-forma ta’ pagament annwali għall-unitajiet tal-bhejjem.”;
(ii) jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-pagamenti mogħtija f’konformità mal-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu, jistgħu, meta xieraq, jieħdu l-forma ta’ pagament annwali għall-kaxxi tan-naħal. Għall-finijiet ta’ din id-deroga, għandha tapplika d-definizzjoni ta’ “kaxxi tan-naħal” stabbilita fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 56, il-punt (b).”;
(11)fit-Titolu III, fil-Kapitolu II, tiżdied it-Taqsima li ġejja:
“Taqsima 4
Pagamenti ta’ kriżi komplementari
Artikolu 41a
Pagamenti ta’ kriżi komplementari lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi b’pagamenti diretti
1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu pagamenti ta’ kriżi komplementari biex jikkumpensaw lill-benefiċjarji ta’ pagamenti diretti skont it-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan il-Kapitolu li huma affettwati minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversvi jew avvenimenti katastrofiċi. Dawk il-pagamenti għandu jkollhom l-għan li jiżguraw il-kontinwità tal-attività agrikola ta’ dawk il-benefiċjarji u għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat f’aktar dettall mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għar-rikonoxximent formali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ġara diżastru naturali, avveniment klimatiku avvers jew avveniment katastrofiku, kif definit mill-Istat Membru, u li dawn l-avvenimenti, jew il-miżuri adottati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031 biex tiġi eradikata jew ikkontrollata marda tal-pjanti jew tal-pesti, jew il-miżuri adottati biex jiġi kkontrollat, evitat jew eliminat mard tal-annimali li hu elenkat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882*, jew il-miżuri adottati rigward mard emerġenti f’konformità mal-Artikolu 6(3) u mal-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) 2016/429 ikkawżaw b’mod dirett ħsara li twassal għal qerda ta’ mqar 30% tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perjodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin abbażi tal-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, mingħajr l-inqas entrata u l-ogħla entrata. It-telf għandu jiġi kkalkolat fil-livell ta’ azjenda, fil-livell ta’ attività tal-azjenda fis-settur ikkonċernat jew b’rabta maż-żona speċifika kkonċernata.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ skont dan l-Artikolu jkun immirat għall-aktar azjendi agrikoli milquta minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi, billi jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà abbażi tal-evidenza disponibbli.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rati tal-appoġġ applikabbli għall-kumpens f’każ ta’ telf fil-produzzjoni. Dawk ir-rati għandhom ikunu akbar għall-azjendi agrikoli koperti b’polza tal-assigurazzjoni jew b’għodda oħra ta’ ġestjoni tar-riskju. L-indiċijiet jistgħu jintużaw għall-kalkolu tat-telf fil-produzzjoni.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkofinanzjaw il-pagamenti b’finanzjament nazzjonali addizzjonali sa 200% f’konformità mal-Artikolu 115(5) u mal-Artikolu 146.
6. Meta jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma’ dawk ibbażati fuq l-Artikolu 78a u li jkun evitat il-kumpens żejjed permezz ta’ kombinament tal-intervent skont dan l-Artikolu ma’ strumenti ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew ma’ poloz tal-assigurazzjoni privati oħra.
7. B’deroga mill-Artikolu 111, l-ewwel subparagrafu, il-punti (h) u (i) ta’ dak is-subparagrafu m’għandhomx japplikaw għall-appoġġ b’dan it-tip ta’ intervent.
*
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI:
http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj
).”;
(12)L-Artikolu 48 hu sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 48
Ippjanar u rapportar fil-livell tal-programm operazzjonali
L-Artikolu 7(1), il-punt (a), l-Artikolu 102, l-Artikolu 111, il-punti (g) u (h), l-Artikolu 112(3), il-punt (b), u l-Artikolu 134 għandhom japplikaw għat-tipi ta’ intervent fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, il-punti (a), (d), (e) u (f), fil-livell tal-programmi operazzjonali, minflok fil-livell ta’ intervent. L-ippjanar u r-rappurtar għal dawk it-tipi ta’ intervent għandhom isiru wkoll fil-livell tal-programmi operazzjonali.”;
(13)fl-Artikolu 52(2), it-tielet subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Dawk il-limiti jistgħu jiżdiedu b’0,5 punti perċentwali, meta l-programm operazzjonali jkun fih intervent wieħed jew aktar marbuta ma’ xi wieħed mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, il-punti (d), (e), (f), (h), (i) jew (j), diment li l-ammont li jaqbeż il-persentaġġ rilevanti stabbilit fl-ewwel subparagrafu jintuża biss biex tiġi ffinanzjata n-nefqa mġarrba bl-implimentazzjoni ta’ dawn l-interventi. Fil-każ tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inkluż l-assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, dawk l-interventi jistgħu jiġu implimentati mill-assoċjazzjoni f’isem il-membri tagħha.”;
(14)L-Artikolu 69 hu emendat kif ġej:
(a)il-punt (e) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(e) l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda, il-bidu ta’ negozju rurali u l-iżvilupp tan-negozju ta’ azjendi agrikoli żgħar;”;
(b)jiżdied il-punt li ġej:
“(i) pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi permezz tal-iżvilupp rurali.”;
(15)L-Artikolu 70 hu emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej:
(b)(i) it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Għall-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta l-liġi nazzjonali tkun timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti obbligatorji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, l-appoġġ jista’ jingħata għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.”
(ii) jiżdied is-subparagrafu li ġej:
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istandard tal-KAAT 2 stabbilit skont il-Kapitolu I, tat-Taqsima 2 ta’ dan it-Titolu.”;
(c)il-paragrafu 8 hu sostitwit b’dan li ġej:
“8. Meta l-appoġġ skont dan l-Artikolu jingħata għall-impenji agroambjentali klimatiċi jew għall-impenji ta’ konverżjoni jew ta’ żamma ta’ prattiki u metodi tal-biedja organika kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/848, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament għal kull ettaru jew, meta xieraq, għal kull kaxxa tan-naħal, kif definit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 56, il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament. Għal impenji oħra, l-Istati Membri jistgħu japplikaw unitajiet oħra minflok ettari. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu bħala somma f’daqqa.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-appoġġ għall-impenji agroambjentali klimatiċi ta’ ġid għall-klima, u għall-impenji ta’ konverżjoni jew ta’ żamma ta’ prattiki u metodi tal-biedja organika kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/848, jista’ jieħu l-forma ta’ pagament għall-unitajiet tal-bhejjem.”;
(16)fl-Artikolu 72(5), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fil-kalkolu jinkludu l-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-konformità mal-istandard 2 tal-KAAT stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu.”;
(17)fl-Artikolu 73, il-paragrafu 5 hu sostitwit b’dan li ġej:
5. Meta l-liġi tal-Unjoni twassal għall-impożizzjoni ta’ rekwiżiti ġodda fuq l-azjendi agrikoli, jista’ jingħata appoġġ biex l-investimenti jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 36 xahar mid-data meta jsiru obbligatorji għall-azjenda.
Għall-bdiewa żgħażagħ li jistabbilixxu għall-ewwel darba f’azjenda agrikola, bħala l-kap tal-azjenda, appoġġ għall-investimenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni jistgħu jingħataw għal massimu ta’ 36 xahar mid-data tal-istabbiliment, jew sakemm jitlestew l-azzjonijiet definiti fil-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 75(3).”;
(18)L-Artikolu 75 hu emendat kif ġej:
(a)it-titolu hu sostitwit b’dan li ġej:
“L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda, u l-bidu ta’ negozji rurali jew l-iżvilupp tan-negozju tal-azjendi agrikoli żgħar”;
(b)il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u għall-ftuħ ta’ negozji rurali, inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda, u għall-iżvilupp tan-negozju tal-azjendi agrikoli żgħar skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat f’aktar dettall fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex jikkontribwixxu biex jintlaħqu wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).”;
(c)fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:
“(d) l-iżvilupp tan-negozju tal-azjendi agrikoli żgħar, kif iddeterminat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 73(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (b).”;
(d)il-paragrafu 4 hu sostitwit b’dan li ġej:
“4. L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ fil-forma ta’ somom f’daqqa jew strumenti finanzjarji, jew kombinament tat-tnejn. L-appoġġ għandu jkun limitat għal:
(a) l-ammont massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 100 000 għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c);
(b) l-ammont massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 50 000 għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d).
L-appoġġ jista’ jiġi divrenzjat f’konformità mal-kriterji oġġettivi.”;
(19)fl-Artikolu 76(5), l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata biss biex jiġi kopert it-telf li jaqbeż il-limitu ta’ mqar 20% tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi fil-perjodu preċedenti ta’ tliet snin, jew medja ta’ tliet snin abbażi tal-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, mingħajr l-inqas entrata u l-ogħla entrata. L-għodod ta’ ġestjoni tar-riskju tal-produzzjoni settorjali għandhom jikkalkulaw it-telf fil-livell ta’ azjenda, fil-livell ta’ attività tal-azjenda fis-settur ikkonċernat, jew b’rabta maż-żona speċifika assigurata.
Għall-għelejjel permanenti u f’każijiet ġustifikati oħra li għalihom il-metodi tal-kalkolu msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunux xierqa, l-Istati Membri jistgħu jivvalutaw it-telf abbażi tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi tul perjodu li ma jaqbiżx it-tmien snin, mingħajr l-inqas entrata u l-ogħla entrata.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw valutazzjoni alternattiva xierqa għall-kalkolu tat-telf tal-bdiewa żgħażagħ u tal-bdiewa ġodda.”;
(20)fit-Titolu III, fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 1, jiżdied l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 78a
Pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi permezz tal-iżvilupp rurali
1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli attivi li jintlaqtu minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi. Dawk il-pagamenti għandu jkunu maħsuba biex jiżguraw il-kontinwità tal-attività agrikola ta’ dawk l-azjendi agrikoli u jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat f’aktar dettall mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għar-rikonoxximent formali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ġara diżastru naturali, avveniment klimatiku avvers jew avveniment katastrofiku, kif definit mill-Istat Membru, u li dawn l-avvenimenti, jew il-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 biex tiġi eradikata jew ikkontrollata marda tal-pjanti jew tal-pesti, jew il-miżuri adottati biex jiġi evitat jew eradikat il-mard tal-annimali elenkat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882, jew il-miżuri adottati rigward mard emerġenti f’konformità mal-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) 2016/429 ikkawżaw b’mod dirett ħsara li twassal għall-qerda ta’ 30% tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perjodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin abbażi tal-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, mingħajr l-inqas entrata u l-ogħla entrata. It-telf għandu jiġi kkalkolat jew fil-livell ta’ azjenda, fil-livell ta’ attività tal-azjenda fis-settur ikkonċernat jew b’rabta maż-żona speċifika kkonċernata.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ skont dan l-Artikolu jkun immirat għall-aktar azjendi agrikoli milquta minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi, billi jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà abbażi tal-evidenza disponibbli.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rati tal-appoġġ applikabbli għall-kumpens f’każ ta’ telf fil-produzzjoni. Dawk ir-rati għandhom ikunu akbar għall-azjendi agrikoli koperti b’polza tal-assigurazzjoni jew b’għodda oħra ta’ ġestjoni tar-riskju. L-indiċijiet jistgħu jintużaw għall-kalkolu tat-telf fil-produzzjoni.
5. Meta jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma’ dawk ibbażati fuq l-Artikolu 41a u li jkun evitat il-kumpens żejjed permezz ta’ kombinament tal-intervent skont dan l-Artikolu ma’ strumenti ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew ma’ poloz tal-assigurazzjoni privati oħra.
6. B’deroga mill-Artikolu 111, l-ewwel subparagrafu, il-punti (h) u (i) ta’ dak is-subparagrafu m’għandhomx japplikaw għall-appoġġ f’dan it-tip ta’ intervent.”;
(21)fl-Artikolu 79(1), l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Wara konsultazzjoni mal-kumitat tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 124 (“il-kumitat tal-monitoraġġ”), l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali meta rilevanti, jew il-korpi intermedji maħtura għandhom jistabbilixxu kriterji tal-għażla għall-interventi relatati mat-tipi ta’ intervent li ġejjin: l-investimenti, l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda, il-ftuħ ta’ negozju rurali u l-iżvilupp tan-negozju tal-azjendi agrikoli żgħar, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni. Dawk il-kriterji tal-għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji, u l-immirar tal-appoġġ skont l-għan tal-interventi.”;
(22)L-Artikolu 80 hu emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Meta jingħata appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “strument finanzjarju”, “prodott finanzjarju”, “riċevitur finali”, “fond ta’ parteċipazzjoni”, “fond speċifiku”, “effett ta’ ingranaġġ”, “proporzjon multiplikatur”, “kostijiet ta’ ġestjoni” u “tariffi ta’ ġestjoni” kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, Kapitolu II, Taqsima II, il-punt II tal-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament.”;
(b)fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Għall-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, l-ammont totali ta’ appoġġ għall-kapital operatorju pprovdut lil riċevitur finali m’għandux jaqbeż għotja grossa ekwivalenti ta’ EUR 300 000 tul xi perjodu ta’ tliet snin.”;
(c)fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) għandha tkun eliġibbli fir-rigward tal-investimenti li jagħmlu r-riċevituri finali fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji. Meta dawn l-investimenti jkollhom l-appoġġ ta’ strumenti finanzjarji, u appoġġ tal-programm fil-forma ta’ għotja kif imsemmi fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-VAT m’għandhiex tkun eliġibbli għall-parti tal-kost tal-investiment li tikkorrispondi għall-appoġġ tal-programm fil-forma ta’ għotja, sakemm il-VAT għall-kost tal-investiment ma tkunx mhux rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT.”;
(23)L-Artikolu 81 hu emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-proposta tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118 jew fit-talba għall-emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 119, ammont sa 3% tal-allokazzjoni inizjali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK li jrid jingħadda lil InvestEU, u jingħata permezz tal-garanzija tal-UE jew tal-istrument finanzjarju ta’ InvestEU msemmi fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) 2021/523 u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jagħti ġustifikazzjoni għall-użu ta’ InvestEU u l-kontribut tiegħu biex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament u magħżula skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK.”;
(b)il-paragrafu 3 hu sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża biex tingħata l-parti tal-garanzija tal-UE jew il-finanzjament tal-istrument finanzjarju ta’ InvestEU skont il-kompartiment tal-Istat Membru u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU, malli jiġi konkluż il-ftehim tal-kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 10(3) jew l-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (UE) 2021/523. L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull ftehim tal-kontribuzzjoni jistgħu jsiru mill-Kummissjoni f’pagamenti akkont annwali tul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2027.”;
(c)fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Meta ftehim tal-kontribuzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) jew fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (UE) 2021/523 għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu allokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ma jkunx ġie konkluż wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova dak il-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 118 ta’ dan ir-Regolament, l-ammont korrispondenti għandu jiġi riallokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK wara l-approvazzjoni ta’ talba għal emenda mill-Istat Membru li tiġi ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament.”;
(d)il-paragrafi 5, 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“5. Meta ftehim ta’ garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, jew fl-Artikolu 10a(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/523 ma jkunx ġie konkluż fi żmien 12-il xahar mill-approvazzjoni tal-ftehim tal-kontribuzzjoni, il-ftehim tal-kontribuzzjoni għandu jiġi tterminat jew jiġġedded bi ftehim reċiproku.
Meta l-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru f’InvestEU titwaqqaf, l-ammonti kkonċernati mħallsa fil-fond tal-proviżjonament komuni bħala proviżjonament jew allokati bl-istrument finanzjarju ta’ investEU għandhom jiġu rkuprati bħala dħul assenjat intern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu biex juża l-ammonti rkuprati u l-ammonti allokati għal snin kalendarji futuri f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
It-terminazzjoni jew l-emendar tal-ftehim tal-kontribuzzjoni għandhom jiġu konklużi simultanjament mal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emendar rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2026.
6. Meta ftehim ta’ garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tielet subparagrafu, jew fl-Artikolu 10a(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/523 ma jkunx ġie implimentat kif xieraq fil-perjodu maqbul fil-ftehim tal-kontribuzzjoni, iżda ma jkunux għaddew erba’ snin mill-iffirmar tal-ftehim ta’ garanzija, il-ftehim tal-kontribuzzjoni għandu jiġi emendat. L-Istat Membru jista’ jitlob li l-ammonti kkontribwiti għall-garanzija tal-UE jew għall-istrument finanzjarju ta’ InvestEU skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u impenjati fil-ftehim ta’ garanzija iżda li ma jkoprux xi self sottostanti, investimenti tal-ekwità jew strumenti oħra ta’ riskju jiġu ttrattati f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
7. Ir-riżorsi ġġenerati minn jew attribwibbli għall-ammonti kkontribwiti għall-garanzija tal-UE f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (a), tar-Regolament (EU) 2021/523 u għandhom jintużaw għall-appoġġ skont l-istess objettiv jew objettivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji. Ir-riżorsi ġġenerati minn jew attribwibbli għall-ammonti kkontribwiti għall-istrument finanzjarju ta’ InvestEU f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru f’konformità mal-ftehim tal-kontribuzzjoni u għandhom jintużaw għall-appoġġ skont l-istess objettiv jew objettivi fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.”;
(24)fl-Artikolu 83(2), wara l-punt (b), jiżdied il-punt li ġej:
“(ba) f’konformità mal-metodi tal-kalkolu stabbiliti skont l-Artikolu 54, l-Artikolu 55 u l-Artikolu 56(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/1060;”;
(25)fl-Artikolu 86, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“2. In-nefqa li ssir eliġibbli wara emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEG mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 119(8), iżda mhux qabel id-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tat-talba għall-emenda jew qabel id-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tan-notifika msemmija fl-Artikolu 119(9).”;
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista’ jipprevedi li, f’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi, l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG b’rabta ma’ emendi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK relatati mal-interventi msemmija fl-Artikolu 41a tista’ tibda mid-data meta jiġri l-avveniment.
3. In-nefqa li ssir eliġibbli wara emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-emenda lill-Kummissjoni, jew mid-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 119(9).
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista’ jipprevedi li, fil-każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi jew bidla sinifikanti u għal għarrieda fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR b’rabta ma’ emendi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tibda mid-data meta jiġri l-avveniment.”
(26)fit-Titolu IV, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 96a
Allokazzjonijiet finanzjarji massimi għall-pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi
1. Għal kull Stat Membru, l-ammont massimu li jista’ jiġi riżervat għall-pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi msemmija fl-Artikoli 41a u 78a għandu jkun limitat għall-ammonti annwali stabbiliti fl-Anness XV, it-Tabella 1.
Għas-snin kalendarji 2025 u 2026, in-nefqa annwali totali għall-pagamenti ta’ kriżi komplementari msemmija fl-Artikolu 41a m’għandhiex taqbeż l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal dan it-tip ta’ intervent għas-sena kalendarja rilevanti, kif stabbilita mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom f’konformità mal-Artikolu 112(2), il-punt (a), u approvata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
In-nefqa totali tal-FAEŻR għall-pagamenti ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 78a m’għandhiex taqbeż is-somma tal-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal dan it-tip ta’ intervent għas-snin finanzjarji 2026 u 2027, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom f’konformità mal-Artikolu 112(2), il-punt (a), u approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jipprovdix appoġġ għall-pagamenti ta’ kriżi f’konformità mal-Artikolu 78a, l-ammont annwali massimu li jista’ jiġi riżervat minn dan l-Istat Membru għall-pagamenti ta’ kriżi komplementari msemmija fl-Artikolu 41a għandu jkun limitat għall-ammonti annwali stabbiliti fl-Anness XV, it-Tabella 2.
Għas-snin kalendarji 2025 u 2026, in-nefqa annwali totali għall-pagamenti ta’ kriżi komplementari kif imsemmija fl-Artikolu 41a m’għandhiex taqbeż l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal dan it-tip ta’ intervent għas-sena kalendarja rilevanti, kif stabbilita mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom f’konformità mal-Artikolu 112(2), il-punt (a), u approvata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.”;
(27)fl-Artikolu 111, it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għall-interventi skont it-tip ta’ intervent għall-pagamenti ta’ kriżi komplementari lill-azjendi agrikoli b’pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 41a, it-tip ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmi fl-Artikolu 55(1), il-punti (a) u (c) sa (g), l-interventi skont it-tip ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 58(1), il-punti (h) sa (k), l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għal skemi tal-kwalità skont it-tip ta’intervent għall-kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 77, u l-interventi skont it-tip ta’ intervent għall-pagamenti ta’ kriżi lill-azjendi agrikoli tal-iżvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 78a.”;
(28)fl-Artikolu 115(5), il-punt (a) huma sostitwit b’dan li ġej:
“(a) deskrizzjoni qasira tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-interventi tal-iżvilupp rurali stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu IV, u għall-interventi tal-pagamenti ta’ kriżi komplementari lill-azjendi agrikoli stabbiliti fl-Artikolu 41a, li jingħataw fl-ambitu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-ammonti ta’ kull intervent u indikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;”;
(29)L-Artikolu 119 hu sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 119
Emendi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK
1. L-Istati Membri jistgħu jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom billi jippreżentaw talbiet għal emenda strateġika lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 jew billi jinnotifikaw l-emenda lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.
2. L-Istati Membri għandhom jissottomettu talbiet lill-Kummissjoni għal emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-emendi strateġiċi għandhom ikunu l-emendi li ġejjin tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK:
(a) emendi li jintroduċu interventi ġodda jew li jħassru interventi mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;
(b) emendi li jwasslu għal bidliet fit-tappi jew fil-miri skont l-indikaturi tar-riżultati li huma mmarkati b’“PR” fl-Anness I;
(c) emendi relatati mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7), l-Artikoli 92 sa 98 jew l-Artikolu 103(1) u (5);
(d) emendi fil-pjanijiet fil-mira u finanzjarji tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 112, inkluż emendi fil-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal InvestEU msemmija fl-Artikolu 81, emendi fil-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull tip ta’ intervent għall-perjodu kollu kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, jew emendi relatati mar-rati tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 91.
It-talbiet għal emendi strateġiċi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom ikunu debitament iġġustifikati u għandhom b’mod partikolari juru l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-kisba tal-objettivi speċifiċi, stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2). Magħhom għandu jinhemeż il-Pjan emendat, inkluż l-Annessi aġġornati kif xieraq.
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tal-emendi strateġiċi msemmija fil-paragrafu 2 ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu kif ukoll mar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-kontribut effettiv tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi.
4. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda strateġika mitluba għal Pjan Strateġiku tal-PAK diment li l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet sottomessa u l-emenda strateġika tkun kompatibbli ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skonthom.
5. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet fi żmien 30 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni tat-talba għall-emenda msemmija fil-paragrafu 2. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa kollha.
6. L-approvazzjoni ta’ talba għal emenda strateġika ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha ssir fi żmien sa tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tagħha mill-Istat Membru.
7. Talba għal emenda strateġika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tiġi sottomessa darbtejn f’sena kalendarja, soġġetta għal eċċezzjonijiet possibbli kif previst f’dan ir-Regolament jew li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 122. Barra minn hekk, tul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jistgħu jiġu sottomessi sa tliet talbiet oħra għal emenda strateġika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Dan il-paragrafu m’għandux japplika għat-talbiet għall-emendi li jsiru biex jiġu sottomessi l-elementi neqsin tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 118(5).
Talba għal emenda strateġika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-Artikolu 17(5), mal-Artikolu 88(7) jew mal-Artikolu 103(5) m’għandhiex tingħadd mal-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
8. Emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-Artikolu 17(5), mal-Artikolu 88(7) jew mal-Artikolu 103(1) fir-rigward tal-FAEG għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena tal-approvazzjoni tat-talba għall-emenda mill-Kummissjoni u wara l-emenda korrispondenti tal-allokazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 87(2).
Emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-Artikolu 103(1) fir-rigward tal-FAEG għandha tidħol fis-seħħ wara l-approvazzjoni tat-talba għall-emenda strateġika mill-Kummissjoni u wara l-emenda korrispondenti tal-allokazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 89(4).
Talba għal emenda strateġika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-FAEG, għajr l-emendi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tidħol fis-seħħ minn data li tiġi ddeterminata mill-Istat Membru iżda mhux qabel id-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-emenda lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data/i differenti tad-dħul fis-seħħ għal elementi differenti tal-emenda strateġika. Meta l-emenda strateġika tista’ tqiegħed lill-azjendi agrikoli kkonċernati f’pożizzjoni inqas favorevoli milli kienu jgawdu qabel dik l-emenda, l-Istati Membri għandhom iqisu meta jiddeterminaw id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda, il-ħtieġa li l-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra jkollhom żmien biżżejjed biex iqisu l-emenda. Id-data ppjanata tad-dħul fis-seħħ ta’ emenda strateġika relatata mal-FAEG għandha tiġi indikata mill-Istat Membru fit-talba għall-emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.
9. L-Istati Membri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħmlu u japplikaw emendi oħra tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, apparti l-emendi strateġiċi msemmija fil-paragrafu 2. Għandhom jinnotifikaw dawk l-emendi l-oħra lill-Kummissjoni sa meta jibdew japplikawhom u jżiduhom mal-Pjan Strateġiku tal-PAK emendat tagħhom sottomess mat-talba għall-emenda ta’ wara f’konformità mal-paragrafu 2.
Jekk jiġu introdotti emendi fir-rigward tal-istandards tal-KAAT 1 u 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw u jipprovdu ġustifikazzjoni speċifika li tali emendi ma jpoġġux f’riskju l-objettivi ambjentali u klimatiċi relatati, kif xieraq, mal-konservazzjoni tal-bwar permanenti jew mal-protezzjoni tal-mogħdijiet tal-ilma mit-tniġġis.
Meta l-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-emendi notifikati fi żmien 30 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni tan-notifika, l-emendi għandu jkollhom effetti legali mid-data tan-notifika. Il-Kummissjoni għandha toġġezzjona għal emenda notifikata jekk issib li l-emenda ma tkunx kompatibbli ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2021/2116, u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skonthom.
L-emendi notifikati li l-Kummissjoni tkun oġġezzjonat għalihom m’għandux ikollhom effetti legali u l-Istat Membru għandu jħassarhom mill-Pjan Strateġiku tal-PAK emendat tiegħu li jkun issottometta skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. In-nefqa li tirriżulta minn dawk l-emendi m’għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jew mill-FAEG. L-Istat Membru jista’ jippreżenta dawk l-emendi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni f’talba għal emenda strateġika msemmija fil-paragrafu 2. Ir-regoli dwar l-approvazzjonijiet tal-emendi strateġiċi msemmija fil-paragrafi 2 sa 8 u 10 u 11 dwar l-emendi strateġiċi għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-approvazzjoni tal-emendi li l-Kummissjoni tkun oġġezzjonat għalihom f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Artikolu 121 ta’ dan ir-Regolament dwar il-kalkolu tal-limiti taż-żmien għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni għandu japplika mutatis mutandis għall-azzjonijiet skont dan il-paragrafu.
10. Kull emenda strateġika ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tapprovaha l-Kummissjoni b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura tal-kumitat imsemmija fl-Artikolu 153.
11. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 86, l-emendi strateġiċi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.
12. Il-korrezzjonijiet ta’ natura klerikali jew ta’ żbalji ovvji jew ta’ natura purament editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-politika u l-intervent m’għandhomx jitqiesu bħala talba għall-emenda jew notifika skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn il-korrezzjonijiet.”
(30)L-Artikolu 120 jitħassar;
(31)Fl-Artikolu 122, il-punt (a) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(a) proċeduri u limiti taż-żmien għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-emenda u tan-notifiki tal-emendi;”;
(32)fl-Artikolu 124(4), il-punt (d) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(d) kwalunkwe proposta mill-awtorità maniġerjali għal emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK u, fir-rigward ta’ proposta għal emenda ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-FAEG, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda proposta mill-awtorità maniġerjali f’konformità mal-Artikolu 119(8).”;
(33)L-Artikolu 134 hu emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 3 hu sostitwit b’dan li ġej:
“3. Biex ikun ammissibbli, ir-rapport annwali tal-prestazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha mitluba fil-paragrafi 4, 5, 7 u 10. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 15-il jum tax-xogħol mis-sottomissjoni tar-rapport annwali tal-prestazzjoni dwar jekk ikunx ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies ammissibbli.”;
(b)il-paragrafu 5 hu sostitwit b’dan li ġej:
“5. L-informazzjoni kwantitattiva msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi:
(a) l-eżiti rrealizzati miksuba sa tmiem is-sena finanzjarja preċedenti;
(b) in-nefqa ddikjarata fil-kontijiet annwali u rilevanti għall-eżiti msemmija fil-punt (a), qabel l-applikazzjoni ta’ xi piena jew tnaqqis ieħor, u għall-FAEŻR, titqies ir-riallokazzjoni ta’ fondi kkanċellati jew irkuprati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116;
(c) il-proporzjon bejn in-nefqa grossa msemmija fil-punt (b) u l-eżiti rrealizzati rilevanti msemmija fil-punt (a) (“ammont unitarju realizzat”);
(d) ir-riżultati u d-distanza għat-tappi korrispondenti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 109(1), il-punt (a).
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), għandha tiġi diżaggregata skont l-ammont unitarju kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 111, il-punt (h). Għall-indikaturi tal-output li huma mmarkati fl-Anness I kif użati biss għall-monitoraġġ, għandha tiġi inkluża biss l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu.”;
(c)il-paragrafu 6 jitħassar;
(d)fil-paragrafu 7, il-punt (b) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(b) kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b’mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mit-tappi, filwaqt li jingħataw il-ġustifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 135 jew, meta xieraq, jingħataw ir-raġunijiet u, meta rilevanti, jiġu deskritti l-miżuri meħuda;”;
(e)il-paragrafi 8 u 9 jitħassru;
(f)fil-paragrafu 10, jitħassar it-tieni subparagrafu;
(g)il-paragrafu 13 hu sostitwit b’dan li ġej:
“13. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapporti annwali tal-prestazzjoni ammissibbli, fi żmien xahar mill-jum meta l-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-ammissibbiltà tagħhom. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet sa dik l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu aċċettati. L-Artikolu 121 dwar il-kalkolu tal-limiti taż-żmien għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni għandu japplika mutatis mutandis.”;
(34) fl-Artikolu 146, l-ewwel paragrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“L-appoġġ mogħti mill-Istati Membri fir-rigward tal-operazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE li jkun maħsub biex jipprovdi finanzjament addizzjonali għall-interventi tal-żvilupp rurali stabbiliti fit-Titolu III, Kapitolu IV, ta’ dan ir-Regolament u għall-interventi tal-pagamenti ta’ kriżi komplementari lill-azjendi agrikoli stabbiliti fl-Artikolu 41a ta’ dan ir-Regolament li lilhom jingħata appoġġ tal-Unjoni f’xi ħin tul il-perjodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, jista’ jsir biss jekk ikun konformi ma’ dan ir-Regolament u jkun inkluż fl-Anness V tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK approvati mill-Kummissjoni.”;
(35)L-Artikolu 159 jitħassar;
(36)L-Annessi I, II u III huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
(37)It-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness XV.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/2116
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 hu emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 9(3), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(b) ir-rapport annwali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 li juri li n-nefqa tkun saret f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament;”;
(2)fl-Artikolu 10(1), il-punt (b) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(b) biex il-Kummissjoni tingħata r-rapport annwali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115;”;
(3)fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(c) jekk ir-rappurtar tal-prestazzjoni b’rabta mal-indikaturi tal-outputs għall-finijiet tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li juru konformità mal-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, ikunx korrett jew le;”;
(4)fit-Titolu II, jiżdied il-Kapitolu li ġej:
“Kapitolu III
Governanza tad-data u interoperabbiltà tal-PAK
Artikolu 13a
Awtorità inkarigata mill-governanza tad-data skont il-PAK
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità waħda responsabbli għat-teħid jew il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet biex tinkiseb u tinżamm l-interoperabbiltà nazzjonali u transfruntiera bejn is-sistemi tal-informazzjoni użati għall-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK għall-ġid tal-azjendi agrikoli u benefiċjarji oħra tal-PAK. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità li s-sistemi tal-informazzjoni jinteraġixxu ma’ xulxin billi jikkondividu d-data bil-komunikazzjoni elettronika.
2. L-awtorità maħtura għandu jkollha b’mod partikolari l-kompiti li ġejjin:
(a) it-tfassil u l-preżentazzjoni ta’ Pjan Direzzjonali fil-livell tal-Istat Membru lill-Kummissjoni biex tinkiseb u tinżamm l-interoperabbiltà (minn hawn ’il quddiem il-“Pjan Direzzjonali”);
(b) il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni jew, kif deċiż mill-Istat Membru, l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali b’mod effiċjenti, effettiv u fil-ħin;
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtorità sa mhux aktar tard minn [….] [OPOCE please isert date; within three months from the entry into force of this Regulation].
3. Il-Pjan Direzzjonali għandu jinkludi b’mod partikolari l-elementi li ġejjin:
(a) valutazzjoni tal-istat attwali tal-interoperabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1, kif ukoll valutazzjoni tas-sistemi tal-identifikazzjoni diġitali u tal-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data użati bħalissa;
(b) l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet biex tinkiseb u tinżamm l-interoperabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1, u t-tfassil ta’ miżuri li jindirizzawhom, kif ukoll l-iskeda bit-tappi u l-miri għall-implimentazzjoni tagħhom;
(c) l-identifikazzjoni ta’ sinerġiji possibbli ma’ inizjattivi oħra tal-interoperabbiltà tal-UE u nazzjonali.
Sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jibbażaw il-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet u t-tfassil tal-miżuri fuq il-prinċipju li d-data tinġabar darba biss u terġa’ tintuża.
4. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-Pjan Direzzjonali msemmi fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni sas-16 ta’ Settembru 2026.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet Direzzjonali tal-Istati Membri u tikkomunika l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-Pjanijiet Direzzjonali lill-Istati Membri sas-16 ta’ Novembru 2026. L-Istati Membri għandhom iqisu bis-sħiħ l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jippreżentaw verżjoni riveduta tal-Pjan Direzzjonali lill-Kummissjoni sas-16 ta’ Diċembru 2026.
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw emendi, jekk ikun hemm, tal-Pjanijiet Direzzjonali tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emendi tal-Pjan Direzzjonali u għandha tikkomunika l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-emendi lill-Istati Membri fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom iqisu bis-sħiħ l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni.
5. Id-definizzjoni msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (c) ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tapplika għal dan l-Artikolu.”;
(5)fl-Artikolu 16(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Ir-riżerva m’għandhiex tintuża għall-miżuri li jagħtu appoġġ lill-azjendi agrikoli milquta minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi. Iżda r-riżerva tista’ tintuża għall-miżuri li jindirizzaw id-disturb tas-suq ikkawżat minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi jew avvenimenti katastrofiċi, inkluż għall-miżuri adottati skont l-Artikoli 219 u 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”;
(6)fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
“1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53 u 55, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar għan-nefqa li l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jkunu għamlu tul ix-xahar ta’ referenza.”;
(7)Fl-Artikolu 21(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Madankollu, jekk in-nefqa msemmija fl-Artikolu 86(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 ma tkunx tista’ tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fix-xahar ikkonċernat minħabba l-approvazzjoni pendenti mill-Kummissjoni ta’ emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 119(10) ta’ dak ir-Regolament, dik in-nefqa tista’ tiġi ddikjarata fix-xhur sussegwenti tal-istess sena finanzjarja jew, sa mhux aktar tard, fil-kontijiet annwali ta’ dik is-sena finanzjarja li jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 90(1), il-punt (c)(iii), ta’ dan ir-Regolament.”;
(8)fl-Artikolu 32, il-paragrafu 8 hu sostitwit b’dan li ġej:
“8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53 u 55, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim fi żmien 45 jum minn meta tiġi rreġistrata dikjarazzjoni tan-nefqa li tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.”;
(9)L-Artikolu 40 hu emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 jitħassar;
(b)il-paragrafu 4 hu sostitwit b’dan li ġej:
“4. L-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 103(2).
Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan u għandha tagħti l-opportunità lill-Istat Membru biex jissottometti l-kummenti tiegħu fi żmien mhux inqas minn 30 jum.”;
(10)fl-Artikolu 45(1), il-punt (a) huma sostitwit b’dan li ġej:
“(a) fir-rigward tan-nefqa skont il-FAEG u skont il-FAEŻR, is-somom skont l-Artikoli 38 u 55 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 applikabbli f’konformità mal-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament u, fir-rigward tan-nefqa skont il-FAEG, is-somom skont l-Artikoli 53 u 56 ta’ dan ir-Regolament li jridu jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħax fuqhom;”;
(11)fl-Artikolu 53(1), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 55.”;
(12)L-Artikolu 54 jitħassar;
(13)fl-Artikolu 57, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3. Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji għandhom jirrimborżaw lill-Istati Membri l-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwati minn irregolaritajiet, flimkien mal-imgħax u kull gwadann ieħor iġġenerat minn dawn il-kontribuzzjonijiet.
B’deroga mill-paragrafu 1, il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji m’għandhomx jirrimborżaw lill-Istati Membri l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, diment li dawk il-korpi juru li għal irregolarità partikolari, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:
(a) l-irregolaritajiet ġraw fil-livell ta’ riċevitur finali jew, fil-każ ta’ fond ta’ parteċipazzjoni, fil-livell ta’ korpi li jimplimentaw fondi speċifiċi jew riċevituri finali;
(b) il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jkunu wettqu l-obbligi tagħhom, fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwati mill-irregolarità, f’konformità mal-liġi applikabbli u aġixxew bil-grad tal-kura professjonali, bit-trasparenza u bid-diliġenza mistennija minn korp professjonali b’esperjenza fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji; u
(c) l-ammonti affettwati mill-irregolarità ma setgħux jiġu rkuprati minkejja li l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji segwew il-miżuri kuntrattwali u legali applikabbli kollha bid-diliġenza dovuta.”;
(14)fl-Artikolu 60, il-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Meta benefiċjarju jkun intgħażel għal verifika fuq il-post b’rabta ma’ applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għal pagament jew kundizzjonalità skont l-Artikolu 83, l-Istati Membri għandhom jaraw li, sa fejn ikun possibbli u filwaqt li jqisu r-riskji assoċjati, ma jerġgħux jagħżlu lil dak il-benefiċjarju għal kampjun tal-verifika u tal-kontroll sussegwenti f’dik is-sena, ħlief meta ċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu t-tieni kontroll biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tnaqqas il-livell tal-verifiki.”;
(15)fl-Artikolu 67(1), l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jżommu d-data u d-dokumentazzjoni kollha b’rabta mal-eżiti annwali rrappurtati fil-kuntest tar-rapport tal-progress fl-ilħiq tal-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u mmonitorjati f’konformità mal-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2021/2115.”;
(16)fl-Artikolu 68, jitħassar il-paragrafu 3;
(17)fl-Artikolu 69, jitħassar il-paragrafu 6;
(18)fl-Artikolu 70, jitħassar il-paragrafu 2;
(19)jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 70a
Valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema tal-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema tal-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema tal-monitoraġġ tal-erja
Kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tal-elementi msemmija fl-Artikoli 68, 69 u 70 f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni. Meta dik il-valutazzjoni tiżvela nuqqasijiet fis-sistemi, l-Istati Membri għandhom jadottaw azzjonijiet ta’ rimedju xierqa , jew fin-nuqqas ta’ dan, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati Membri jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42.
L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni u, meta xieraq, l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom sal-15 ta’ Frar wara s-sena kalendarja kkonċernata.”;
(20)L-Artikolu 72 hu sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 72
Sistema tal-kontroll u tal-penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema tal-kontroll u tal-penali kif imsemmi fl-Artikolu 66(1), il-punt (e). L-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew il-korpi delegati minnhom, kull sena għandhom iwettqu verifiki amministrattivi b’rabta mal-applikazzjoni għall-għajnuna u t-talbiet għall-pagament biex jivverifikaw il-legalità u r-regolarità f’konformità mal-Artikolu 59(1), il-punt (a). Dawk il-verifiki għandhom jiġu ssupplimentati b’verifiki fuq il-post, li jistgħu jitwettqu mill-bogħod permezz tat-teknoloġija.
Iżda l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jwettqux verifiki fuq il-post meta l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà tal-interventi jiġu mmonitorjati bis-sistema tal-monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 70.”;
(21)fl-Artikolu 74, il-punt (a) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(a) regoli dwar il-valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 70a;”;
(22)L-Artikolu 75 hu sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 75
Setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 68 sa 70a
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabilixxu regoli dwar:
(a) il-forma u l-kontenut ta’, u l-arranġamenti biex dawn li ġejjin jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:
(i) ir-rapporti tal-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistema tal-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba’, tas-sistema tal-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema tal-monitoraġġ tal-erja;
(ii) l-azzjonijiet ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 70a;
(b) karatteristiċi bażiċi ta’, u regoli dwar, is-sistema tal-applikazzjoni għall-għajnuna skont l-Artikolu 69 u s-sistema tal-monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 70, inkluż il-parametri taż-żieda gradwali tal-għadd ta’ interventi bis-sistema tal-monitoraġġ tal-erja.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 103(3).”;
(23)L-Artikolu 83 hu emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, il-punt (a) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(a) il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont it-Titolu III, il-Kapitolu II, tar-Regolament (UE) 2021/2115, ħlief il-pagamenti msemmija fl-Artikolu 41a ta’ dak ir-Regolament;”;
(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a. B’deroga mill-paragrafu 1, is-sistema tal-kontroll għall-kundizzjonalità m’għandhiex tapplika għall-benefiċjarji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115.”;
(c)il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“2. Il-benefiċjarji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu eżentati mill-kontrolli skont is-sistema stabbilita f’konformità ma’ dak il-paragrafu meta ż-żona eliġibbli għall-pagamenti u l-appoġġ imsemmija f’dak il-paragrafu, kif iddikjarat fl-applikazzjoni ġeospazjali msemmija fl-Artikolu 69(1), ma taqbiżx l-10 ettari.
3. L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi tal-kontroll u l-istrutturi amministrattivi eżistenti tagħhom biex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità.
Dawk is-sistemi għandhom ikunu kompatibbli mas-sistemi tal-kontroll imsemmija fil-paragrafu 1.”;
(d)il-paragrafu 4 jitħassar;
(e)il-paragrafu 6 hu emendat kif ġej:
(i) is-sentenza introduttorja hi sostitwita b’dan li ġej:
“6. Biex jikkonformaw mal-obbligi tal-kontroll tagħhom stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri:”;
(ii) il-punt (d) hu sostitwit b’dan li ġej:
“(d) għandhom jistabbilixxu l-kampjun tal-kontroll għall-verifiki fuq il-post imsemmija fil-punt (a) li jridu jsiru kull sena abbażi ta’ analiżi tar-riskju annwali li tkun tinkludi komponent aleatorju u tkopri mqar 1% tal-benefiċjarji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Skont l-Artikolu 60(1), it-tielet subparagrafu, meta Stat Membru ma jagħżilx benefiċjarju għal kampjun tal-verifika jew tal-kontroll, dan għandu jiżgura li r-rata minima tal-kontroll tiġi rispettata;”;
(24)L-Artikolu 84 hu emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a. B’deroga mill-paragrafu 1, is-sistema tal-penali amministrattivi għall-kundizzjonalità m’għandhiex tapplika għall-benefiċjarji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115.”;
(b)il-paragrafu 4 hu sostitwit b’dan li ġej:
“4. Il-benefiċjarji elenkati fl-Artikolu 83(1) għandhom jiġu eżentati mill-penali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta ż-żona eliġibbli għall-pagamenti u l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 83(1), kif iddikjarata fl-applikazzjoni ġeospazjali msemmija fl-Artikolu 69(1), ma taqbiżx l-10 ettari.”;
(25)L-Artikolu 102 hu emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mis-7 ta’ Diċembru 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat fi żmien sa disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi taż-żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal din l-estensjoni fi żmien sa tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”;
(b)il-paragrafu 6 hu sostitwit b’dan li ġej:
“6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 38(2), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 44(4) u (5), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 52(1), l-Artikolu 55(6), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 64(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(2), l-Artikolu 85(7), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 94(5) u (6), l-Artikolu 95(2) u l-Artikolu 105 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
(26) fl-Artikolu 103(1), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:
“Għall-finijiet tal-Artikoli 11, 12, 17, 18, 23, 26, 32, 39 sa 44, 47, 51 to 53, 55, 58, 59, 60, 64, 75, 82, 92, 95 u 100, fejn jidħu kwistjonijiet relatati mal-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, l-interventi f’ċerti setturi, l-interventi tal-iżvilupp rurali u l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, mill-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/2115 u mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament.”
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet u miżuri tranżizzjonali
1. L-approvazzjonijiet tat-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK sottomessi lill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandu jirregolahom l-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif applikabbli fi żmien is-sottomissjoni ta’ dawk it-talbiet.
2. Il-modifiki tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 119(9) tar-Regolament (UE) 2021/2115 iżda mhux approvati mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fit-talba li jmiss għal emenda strateġika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sottomessa skont l-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif emendat b’dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Iżda l-Artikolu 2, il-punt (5) għandu japplika mis-16 ta’ Ottubru 2025 ’il quddiem.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3
1.3.Objettiv(i)3
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12
3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17
3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24
3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25
3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26
3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29
4.Dimensjonijiet diġitali29
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30
4.2.Data30
4.3.Soluzzjonijiet diġitali31
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tas-sistema tal-kundizzjonalità, it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagament dirett, it-tipi ta’ intervent f’ċerti setturi u l-iżvilupp rurali, u r-rapporti annwali tal-prestazzjoni u r-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward tal-governanza tad-data u l-interoperabbiltà, is-sospensjonijiet tal-approvazzjoni tal-pagamenti annwali tal-prestazzjoni, u l-kontrolli u l-penali
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Raggruppament ta’ Programmi 8 – Il-Politika Agrikola u Marittima taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 – Riżorsi Naturali u Ambjent
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
Biex jindirizza l-isfidi li qed isib bħalissa s-settur agrikolu Ewropew, l-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta hu s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u dan jgħin biex jonqos il-piż amministrattiv u tiżdied il-kompetittività.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru
L-inizjattiva għandha l-għan li tissimplifika l-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK biex:
- tirrikonoxxi aħjar is-sitwazzjonijiet diversi tal-azjendi agrikoli,
- l-azjendi agrikoli jiġu mgħammra aħjar bħala intraprendituri,
- tittejjeb il-kompetittività, u
- l-Istati Membri jingħataw aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-Pjanijiet tagħhom.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-inizjattiva għandha tagħmilha aktar faċli lill-azjendi agrikoli biex japplikaw għal u jimplimentaw skemi ta’ appoġġ tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu maħsuba biex iżidu s-sostenibbiltà u l-kompetittività tagħhom billi:
- jiġu evitati obbligi doppji,
- titnaqqas il-pressjoni tal-kontroll billi jitnaqqas l-għadd ta’ żjarat fuq il-post fl-azjendi agrikoli li jeħtieġ iwettqu l-awtoritajiet nazzjonali,
- jissimplifikaw il-proċedura tal-applikazzjoni,
- tiżdied il-flessibbiltà tal-azjendi agrikoli li jimmaniġġjaw l-art tagħhom,
- jippermettu li l-azjendi agrikoli jiġu kkumpensati aħjar għall-kostijiet imġarrba u għall-introjtu mitluf fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ ċerti obbligi,
- iwessgħu u jtejbu l-immirar aħjar tal-opportunitajiet tal-finanzjament għal pereżempju l-azjendi agrikoli li jrabbu n-naħal jew il-bhejjem,
- ikun hemm metodu tal-kalkolu aktar adattat tat-telf ta’ ċerti gruppi ta’ azjendi agrikoli jew żoni bi ħtiġijiet partikolari involuti fil-ġestjoni tar-riskju,
- ikun hemm aktar appoġġ lill-azjendi agrikoli li jġarrbu telf minħabba diżastri naturali jew avvenimenti klimatiċi avversi,
- jestendu il-possibbiltajiet li wieħed japplika għall-appoġġ għall-introjtu b’somma f’daqqa u għall-appoġġ għall-iżvilupp tan-negozju b’somma f’daqqa lill-azjendi agrikoli żgħar,
- jissimplifikaw l-implimentazzjoni tal-investimenti b’aktar użu tal-alternattivi standard tal-kostijiet.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Qed jiġu proposti indikaturi ġodda għal interventi emendati jew ġodda. Lil hinn minn dak, l-indikaturi eżistenti jintużaw biex titkejjel il-prestazzjoni.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
B’segwitu għall-Viżjoni mħabbra fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, l-inizjattiva għandha l-għan li tagħmel emendi li għandhom japplikaw l-Istati Membri u l-azjendi agrikoli mill-2026 ’il quddiem.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
In-natura transfruntiera u dinjija tal-isfidi ewlenin li qed isib is-settur agrikolu tal-UE teħtieġ rispons komuni fil-livell tal-UE, li jiżgura l-funzjonament tas-suq uniku u l-ambjent ekwu diġà stabbiliti mill-Politika Agrikola Komuni. Għaldaqstant, l-inizjattiva temenda l-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-interventi ffinanzjati mill-fondi tal-UE.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-inizjattiva tas-simplifikazzjoni li ttieħdet is-sena l-oħra kisbet iffrankar konsiderevoli fil-piż amministrattiv. Din l-inizjattiva tibni fuq l-esperjenza tal-inizjattiva tas-sena l-oħra. Id-dettalji jinsabu fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni mehmuż mal-proposta.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-inizjattiva hi kompatibbli mal-QFP.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Kwalunkwe nefqa relatata se tibqa’ taħt is-sublimitu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
–
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–
impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tal-liġi pubblika
– lill-korpi rregolati minn liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
– lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru jew mil-liġi tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tal-liġi pubblika jew minn korpi rregolati minn liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
L-inizjattiva tibni fuq ir-regoli eżistenti tal-monitoraġġ u tar-rapportar għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
L-inizjattiva tibni fuq is-sistemi eżistenti tal-ġestjoni u tal-kontroll għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
L-inizjattiva tibni fuq u tissimplifika r-regoli eżistenti tal-monitoraġġ u tar-rapportar għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
L-inizjattiva tibni fuq ir-regoli eżistenti tal-kontroll għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
L-inizjattiva tibni fuq ir-regoli eżistenti maħsuba biex jevitaw il-frodi u l-irregolaritajiet għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
Il-proposta se jkollha impatt baġitarju minħabba l-emenda tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, li se tiffaċilita ż-żieda fl-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal interventi settorjali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.
L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex approvata mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali se tkun limitata għal ċertu persentaġġ (minn 4.1% sa 5.5% skont it-tip ta’ benefiċjarji u l-objettivi segwiti) tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-emenda proposta tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 tinvolvi żieda possibbli f’dawn il-limiti b’0.5 punti perċentwali għall-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Skont l-għażla tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, din tista’ żżid in-nefqa. Billi mill-2026 ’il quddiem, il-programmi operazzjonali se jiġu implimentati kollha skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK u abbażi tal-eżekuzzjoni tas-settur fis-sena finanzjarja 2024 (EUR 1.15 biljun), in-nefqa addizzjonali annwali stmata hi EUR 5.75 miljun (EUR 1.15 biljun x 0.05). Biex ikunu jistgħu jużaw iż-żieda possibbli, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi se jkollhom jemendaw il-programmi operazzjonali tagħhom, u b’hekk l-impatt finanzjarju jaffettwa l-2026 u l-2027. Kwalunkwe nefqa relatata se tibqa’ taħt is-sublimitu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG).
Barra minn hekk, il-proposta għandha impatt baġitarju mhux kwantifikabbli minħabba l-emenda tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116. L-emenda proposta għal dik id-dispożizzjoni teskludi mill-finanzjament bir-riżerva agrikola l-miżuri li jipprovdu appoġġ lill-azjendi agrikoli milquta minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi. Il-proposta ma tbiddilx l-ammont ġenerali tar-riżerva. Iżda d-dispożizzjoni jaf twassal għal nefqa aktar baxxa bir-riżerva, jekk ma tintużax għal miżuri kontra d-disturbi tas-suq (l-Artikolu 219 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013), għal miżuri li jikkonċernaw il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u t-telf tal-kunfidenza tal-konsumatur (l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013), għal miżuri oħra li jsolvu ċerti problemi speċifiċi (l-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) jew għal ftehimiet u deċiżjonijiet tul il-perjodi ta’ żbilanċ sever fis-swieq (l-Artikolu 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) (dan tal-aħħar hu soġġett għal adozzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u d-dħul fis-seħħ (proposta tal-Kummissjoni għal emendar tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (COM(2024) 577 final)). Billi ma jistax jiġi previst minn qabel liema ċirkostanzi eċċezzjonali se jseħħu u li jistgħu jikkwalifikaw għal appoġġ fil-forma ta’ miżuri eċċezzjonali, dan l-impatt baġitarju ma jistax jiġi kkwantifikat. L-emenda proposta jaf, fil-bidu nett, ikollha effett (jekk fil-frattemp ikunu daħlu fis-seħħ l-emendi proposti) mis-16 ta’ Ottubru 2025 ’il quddiem, jiġifieri fis-sena finanzjarja 2026, diment li l-fondi jkunu diġà ġew allokati bir-riżerva tal-2025 lil setturi affettwati minn avvenimenti klimatiċi negattivi u minn diżastri naturali. Kwalunkwe nefqa relatata se tibqa’ taħt is-sublimitu tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG).
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
Minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3
|
08.02.01 Riżerva għall-agrikoltura
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
3
|
08.02.02.01 Is-settur tal-frott u l-ħxejjex
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
3
|
08.02.04.01 Appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà
|
Mhux diff.
|
/LE
|
/LE
|
/LE
|
IVA/LE
|
|
3
|
08.02.04.02 Appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà
|
/Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
3
|
08.02.04.03 Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
3
|
08.02.04.04 Skemi għall-klima u għall-ambjent
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
3
|
08.02.04.05 Appoġġ akkoppjat għall-introjtu
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
3
|
08.02.04.07 Pagamenti ta’ kriżi komplementari
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru
|
|
|
DĠ: <AGRI>
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
08.02.02.01 Is-settur tal-frott u l-ħxejjex
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
0.000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
0.000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
Linja baġitarja
|
(3)
|
|
|
|
|
0.000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ <AGRI>
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <3> tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+6
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+6
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
|
|
Pagamenti
|
0.000
|
0.000
|
5.750
|
5.750
|
11.500
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL 2021-2027
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
|
|
TOTAL
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (bħala FTEs)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linja ta’ appoġġ amministrattiv [XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
Meta titqies is-sitwazzjoni ġenerali ta’ tensjoni fl-Intestatura 7, f’termini kemm ta’ persunal kif ukoll ta’ livell ta’ approprjazzjonijiet, ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu minn persunal tad-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fi ħdan id-DĠ jew servizzi oħra tal-Kummissjoni.
Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):
|
|
Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni
|
Persunal addizzjonali eċċezzjonali*
|
|
|
|
Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka
|
Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA
|
Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal
|
|
|
M/A
|
|
|
Persunal estern (CA, SNEs, INT)
|
|
|
|
|
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
|
|
|
TOTAL
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
0.000
|
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
–
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
–
tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
–
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
–
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Total
|
|
Speċifika l-korp tal-kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–
indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
Il-proposta ma tinkludix rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali, għax it-tneħħija tal-eżerċizzju annwali tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni wasslet għat-tħassir ta’ obbligi tar-rapportar relatati mingħajr rekwiżit ġdid dwar il-flussi tad-data. Iżda din is-simplifikazzjoni mhix riżultat dirett tas-simplifikazzjoni tal-obbligi tar-rapportar bis-saħħa tal-użu tal-għodod diġitali, iżda pjuttost konsegwenza tat-tħassir tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni. Għalkemm it-teknoloġiji diġitali qed jintużaw għall-implimentazzjoni tal-PAK mill-Istati Membri, l-emendi proposti fl-obbligi tar-rapportar mhumiex marbuta ma’ dawk it-teknoloġiji diġitali.
Meta wieħed iqis il-prinċipju Diġitali b’mod Awtomatiku, li jagħti prijorità lill-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali fl-għoti tas-servizzi pubbliċi, ġie introdott Artikolu ġdid fir-Regolament (UE) 2021/2116, l-Artikolu 13a, biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni attwali tal-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK fil-livelli nazzjonali u transfruntieri. Dan l-Artikolu l-ġdid se jkompli jtejjeb id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, filwaqt li jiżgura flussi bla skossi tas-data u l-validità futura tal-politiki. Għalhekk, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju Diġitali b’mod Awtomatiku, li jippromwovi l-użu tat-teknoloġiji diġitali ħalli jitjiebu l-effiċjenza, l-effettività, u l-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi. Se ttejjeb ukoll l-implimentazzjoni futura tal-prinċipju ta’ darba biss. B’mod partikolari, ir-referenza fl-Artikolu 13a propost għas-sistemi tal-identifikazzjoni diġitali użati fl-assi tad-data u fis-sistemi tal-informazzjoni għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK tagħti indikazzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif id-data għandha tinġabar darba u mbagħad tintuża diversi drabi, fis-sistemi b’identifikaturi uniċi fis-seħħ.
|
4.2.Data
|
Mhux applikabbli.
Allinjament mal-Istrateġija Ewropea għad-Data
Mhux applikabbli.
Allinjament mal-prinċipju ta’ darba biss
It-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ darba biss hu wieħed mill-forzi mexxejja wara r-rekwiżiti skont l-Artikolu 13a propost tar-Regolament (UE) 2021/2116. B’mod partikolari, ir-referenza għas-sistemi tal-identifikazzjoni diġitali tagħti indikazzjonijiet konkreti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif jiġbru darba u jużaw diversi drabi data fis-sistemi b’identifikaturi uniċi fis-seħħ.
Spjega kif id-data li għadha kif inħolqot hija traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u tista’ terġa’ tintuża, u tissodisfa standards ta’ kwalità għolja.
Mhux applikabbli, għax l-Artikolu 2(3) fih tipi speċifiċi ta’ data.
|
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
|
Mhux applikabbli, għax ir-rekwiżiti ma jagħtux mandat għal soluzzjoni speċifika. Iżda fil-valutazzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-allinjament mar-Regolament (UE) Nru 910/2014, inkluż fir-rigward tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi.
|
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
|
Mhux applikabbli, għax ir-rekwiżiti ma jagħtux mandat għal soluzzjoni speċifika. Iżda fil-pjan direzzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-aspetti tal-interoperabbiltà, inkluż id-dimensjoni transfruntiera.
|
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali