Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025PC0131

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu biex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier

COM/2025/131 final

Brussell, 25.3.2025

COM(2025) 131 final

2018/0198(COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

li tikkonċerna

l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu biex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier


2018/0198 (COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea


li tikkonċerna

l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu biex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier

1.Sfond

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2018) 373 final – 2018/0198 COD)

id-29 ta' Mejju 2018

Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari:

l-14 ta’ Frar 2019

Data li fiha ntbagħtet il-proposta emendata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2023) 790 final – 2018/0198 COD)

il-12 ta’ Diċembru 2023

Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

l-24 ta’ April 2024

Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

is-17 ta’ April 2024

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill

[l-24 ta’ Marzu 2025]

2.Objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni

Fit-12 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni adottat emenda għall-proposta tagħha għal regolament dwar mekkaniżmu biex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier (COM(2023) 790 li temenda COM(2018) 373). B’dik l-emenda, il-Kummissjoni tat lir-regolament propost it-titolu l-ġdid “Faċilitazzjoni ta’ Soluzzjonijiet Transfruntiera”. Il-proposta emendata għal regolament għandha l-għan li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-ostakli u tħaffef l-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntiera li jaffettwaw direttament lin-nies li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, u b’hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-funzjonament tas-suq uniku u trawwem il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE.

Biex tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet għall-ostakli legali u amministrattivi li jirriżultaw mil-liġi jew mill-prattika nazzjonali li potenzjalment jimminaw l-interazzjoni transfruntiera u l-iżvilupp ta’ reġjuni transfruntiera, il-Kummissjoni qed tipproponi qafas legali li japplika għall-Istati Membri kollha. B’dan il-mod, il-Kummissjoni tfittex li tikkomplementa fil-livell tal-UE l-istrumenti eżistenti li jappoġġjaw il-kooperazzjoni territorjali, jiġifieri l-programmi Interreg u r-raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali.

Dak il-qafas legali propost jieħu l-forma ta’ proċedura standard li tobbliga lil kull Stat Membru jistabbilixxi mill-inqas punt ta’ koordinazzjoni transfruntier wieħed bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-partijiet ikkonċernati lokali (“inizjaturi”) li jirrikjedu analiżi tal-kawżi – u l-mezzi biex jissolvew – ostaklu potenzjali għal interazzjoni transfruntiera fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE. Dik il-proċedura tiġi skattata permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq minn inizjaturi li juru interess leġittimu f’servizz pubbliku transfruntier jew f’ċerti oġġetti ta’ infrastruttura. Barra minn hekk, ladarba l-ostaklu jkun ġie vvalutat u identifikat mill-punt ta’ koordinazzjoni transfruntier jew minn awtorità kompetenti, il-proposta emendata tipprevedi proċedura komuni stabbilita minn qabel (l-Għodda ta’ Faċilitazzjoni Transfruntiera) biex l-Istati Membri jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni tagħha. Din l-għodda hija kompletament fakultattiva u ma tieħux post mekkaniżmi oħra ta’ kooperazzjoni tal-UE jew internazzjonali.

Barra minn hekk, il-proposta tippermetti lill-Kummissjoni tibbenefika minn għarfien espert aktar komprensiv dwar l-ostakli transfruntiera fl-UE u tirrikjedi li l-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri billi: (i) tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tagħhom biex jimplimentaw ir-Regolament; (ii) tistabbilixxi reġistru pubbliku tal-fajls; (iii) tinkoraġixxi skambji ta’ esperjenza; u (iv) tippromwovi l-kondiviżjoni tal-għarfien miksub permezz tal-inizjattiva “soluzzjonijiet b”.

3.Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill

Fit-28 ta’ Jannar 2025, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku. Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tirrifletti bis-sħiħ dan il-qbil, li jagħmel għadd ta’ bidliet għall-proposta emendata tal-Kummissjoni.

·Il-Ftehim jintroduċi t-titolu l-ġdid, “Regolament dwar strument għall-iżvilupp u t-tkabbir tar-Reġjuni tal-Fruntiera (BRIDGEforEU)”.

·Il-ftehim jipprevedi li jiġu stabbiliti punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera fuq bażi volontarja f’kull Stat Membru. L-Istati Membri li jagħżlu li ma jistabbilixxux mill-inqas punt ta’ koordinazzjoni wieħed, u l-Istati Membri li jeħtieġu ż-żmien biex jistabbilixxu punt ta’ koordinazzjoni, iridu jaħtru awtorità rilevanti. Dik l-awtorità tista’ tiġi kkuntattjata minn punti ta’ koordinazzjoni fi Stati Membri ġirien u tista’ tittratta fajls transfruntiera.

·Il-ftehim jeskludi persuni fiżiċi mid-definizzjoni ta’ inizjaturi biex jitnaqqas l-għadd ta’ fajls transfruntiera li jistgħu jiġu ppreżentati minn inizjaturi lill-punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera.

·Il-ftehim jeżenta lill-Istati Membri insulari milli jkollhom jaħtru awtorità rilevanti.

·Il-ftehim jintroduċi l-użu volontarju ta’ qafas ta’ koordinazzjoni simili għar-reġjuni tal-fruntiera tal-UE biex jikkooperaw ma’ pajjiżi kandidati jew assoċjati.

·Il-ftehim ineħħi r-rekwiżit li jiġu stabbiliti reġistri pubbliċi nazzjonali ta’ fajls transfruntiera f’kull Stat Membru. Minflok, se jinżamm reġistru uniku fil-livell tal-UE, u se tingħata d-data li l-Istati Membri jridu jibagħtu. Anness ġdid jiċċara l-informazzjoni strutturata li għandha tiġi pprovduta.

·Il-ftehim inaqqas il-frekwenza li biha d-data u l-informazzjoni jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni minn erba’ darbiet fis-sena għal darba fis-sena. L-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar għall-Istati Membri b’punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera jew mingħajrhom.

·Il-ftehim jiċċara: (i) li mhux se jkun hemm impatt fuq id-dritt tal-Istati Membri li jużaw proċeduri eżistenti jew ftehimiet internazzjonali biex isolvu ostakli transfruntiera, jew li joħolqu proċeduri jew ftehimiet ġodda bħal dawn; (ii) il-lista tal-kompiti tal-punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera; (iii) it-trasferimenti possibbli ta’ fajls bejn il-punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera; (iv) l-ambitu tar-rimedju legali; (v) is-sorsi possibbli ta’ appoġġ finanzjarju tal-UE; u (vi) l-iskadenzi applikabbli għat-tweġiba lill-inizjaturi.

Il-Kummissjoni tappoġġa l-ftehim milħuq.

Bil-proposta li jiġu stabbiliti punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera f’kull Stat Membru, il-proposta emendata tal-Kummissjoni kellha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera billi tippromwovi l-ħolqien ta’ network effettiv għall-kondiviżjoni tal-għarfien, il-bini tal-kapaċità u l-iżgurar tat-trattament indaqs tal-inizjaturi fl-Istati Membri kollha.

Madankollu, l-approċċ volontarju joħloq effett konsegwenzjali qawwi permezz ta’ introduzzjoni gradwali, anki fl-Istati Membri u fir-reġjuni mingħajr punt ta’ koordinazzjoni transfruntier iżda b’awtorità rilevanti. Il-ftehim se jżid ukoll il-viżibbiltà tal-fajls transfruntiera u se jippermetti lill-Kummissjoni tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-Istati Membri, anki permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien.

L-anness ta’ din il-komunikazzjoni jipproponi dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva li tirrifletti l-impatt fuq ir-riżorsi tal-Kummissjoni tal-istabbiliment ta’ reġistru madwar l-Unjoni kollha ta’ fajls transfruntiera, mingħajr ma l-Istati Membri jintalbu jistabbilixxu reġistri pubbliċi nazzjonali għal tali fajls.

4.Konklużjoni

Għall-Kummissjoni, il-pożizzjoni tal-Kunsill hija aċċettabbli. Din tirrifletti l-objettivi tal-proposta emendata tal-Kummissjoni u se tiffaċilita l-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ ostakli transfruntiera li jirriżultaw minn standards tekniċi, proċeduri amministrattivi u liġijiet diverġenti. L-indirizzar ta’ dawn l-ostakli li jfixklu l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura transfruntiera jew proġetti ta’ servizzi pubbliċi se: (i) jtejjeb il-funzjonament tas-suq uniku tal-UE; (ii) jappoġġa l-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntiera tal-UE; u (iii) jagħti lin-nies u lin-negozji aċċess aħjar għas-servizzi u l-opportunitajiet ekonomiċi.

Top

Brussell, 25.3.2025

COM(2025) 131 final

ANNESS

għall-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu biex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier

Dikjarazzjoni leġiżlattiva, finanzjarja u diġitali


ANNESS

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3

1.3.Objettiv(i)3

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni4

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi5

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet8

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA9

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i9

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet10

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali10

3.2.1,1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat10

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)13

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi14

3.2.3.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat14

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani14

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat14

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali15

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali16

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi16

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul17

4.DIMENSJONIJIET DIĠITALI18

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali18

4.2.Data19

4.3.Soluzzjonijiet diġitali21

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà21

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali22

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar strument għar-reġjuni tal-fruntiera għall-iżvilupp u t-tkabbir (BRIDGEforEU)

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Il-politika ta’ koeżjoni

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

Ir-Regolament BRIDGEforEU jistabbilixxi qafas biex jgħin fl-identifikazzjoni u fis-soluzzjoni ta’ ostakli transfruntiera li jfixklu l-istabbiliment u l-funzjonament ta’: (i) kwalunkwe oġġett tal-infrastruttura meħtieġ għal attivitajiet transfruntieri pubbliċi jew privati; jew (ii) kwalunkwe servizz pubbliku transfruntier li jiġi pprovdut f’reġjun transfruntier partikolari u li jrawwem il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali f’dak ir-reġjun transfruntier.

B’mod partikolari, ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri joħolqu punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera (cross-border coordination points, CBCPs). L-entitajiet tar-reġjuni tal-fruntiera li huma affettwati mill-ostakli jistgħu jibagħtu fajls dwar dawk l-ostakli lis-CBCPs għall-valutazzjoni u għall-implimentazzjoni possibbli ta’ soluzzjoni.

L-Artikolu 13 tar-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni se twettaq kompiti ta’ koordinazzjoni. Din id-dikjarazzjoni leġiżlattiva, finanzjarja u diġitali hija direttament relatata mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-kompiti.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1

L-istabbiliment u ż-żamma ta’ reġistru pubbliku uniku tal-UE ta’ fajls transfruntiera.

Objettiv speċifiku Nru 2

Il-pubblikazzjoni u ż-żamma ta’ lista aġġornata tas-CBCPs nazzjonali u reġjonali kollha.

Objettiv speċifiku Nru 3

Il-promozzjoni tal-iskambju ta’ esperjenza bejn l-Istati Membri u, b’mod partikolari, bejn is-CBCPs, filwaqt li tingħata spinta lill-kapaċità istituzzjonali li l-Istati Membri jeħtieġu biex jimplimentaw dan ir-Regolament b’mod effiċjenti.

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Huwa mistenni li l-adozzjoni tar-Regolament se twassal biex is-CBCPs jiġu stabbiliti f’diversi Stati Membri (li wħud minnhom se jkollhom aktar minn punt wieħed). Dawn is-CBCPs se jikkooperaw fil-livell nazzjonali mal-awtoritajiet kompetenti biex jinstabu soluzzjonijiet għall-ostakli fil-fruntieri.

It-twaqqif tas-CBCPs se jgħin lill-partijiet ikkonċernati fir-reġjuni tal-fruntiera biex ikollhom l-opportunità li jsibu soluzzjonijiet għall-ostakli eżistenti. Dan, min-naħa tiegħu, se jżid il-kapaċità tagħhom għal interazzjonijiet transfruntiera mar-reġjuni ġirien tagħhom, u b’hekk jissaħħaħ is-suq uniku.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Għall-Objettiv Speċifiku Nru 1

Indikatur 1.1: Il-ħolqien ta’ reġistru pubbliku tal-UE ta’ fajls transfruntiera – skjerament sa Diċembru 2025; l-ittestjar u l-pubblikazzjoni finali sa Ġunju 2026.

Indikatur 1.2: Iż-żmien massimu bejn meta l-Istati Membri jibagħtu informazzjoni dwar fajls ġodda u meta dawk il-fajls isiru disponibbli għall-pubbliku – 60 jum (dan l-indikatur japplika biss wara l-pubblikazzjoni tar-reġistru).

Għall-Objettiv Speċifiku Nru 2

Indikatur 2.1: Pubblikazzjoni tal-lista tal-UE tas-CBCPs sa Diċembru 2025.

Indikatur 2.2: Żmien massimu bejn meta l-Istati Membri jibagħtu informazzjoni dwar is-CBCPs u meta dawk is-CBCPs jidhru fil-lista pubblika – 60 jum (dan l-indikatur japplika biss wara l-ewwel pubblikazzjoni tal-lista)

Għall-Objettiv Speċifiku Nru 3

Indikatur 3.1: Għadd ta’ laqgħat li għalihom huma mistiedna s-CBCPs kollha fuq il-lista: mill-inqas waħda fis-sena

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 1

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strument għar-reġjuni tal-fruntiera għall-iżvilupp u t-tkabbir (BRIDGEforEU) se jelenka sett ta’ kompiti ta’ koordinazzjoni li l-Kummissjoni għandha twettaq.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante): skont COM(2017) 534 u COM(2021) 393, l-eżistenza ta’ ostakli fil-fruntieri tfixkel l-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntiera. L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iżvilupp ta’ dawk ir-reġjuni.

Is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew wettaq l-istudju ta’ Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew, li fih ivvaluta d-data minn bejn l-2014 u l-2019. L-istudju sab li t-tneħħija tal-ostakli tkun ta’ benefiċċju sinifikanti għar-reġjuni tal-fruntiera NUTS 3 u għall-ekonomija kollha tal-UE. B’mod aktar preċiż, it-tneħħija totali tal-ostakli legali u amministrattivi twassal għal benefiċċju totali tal-Valur Miżjud Gross (VMG) ta’ madwar EUR 457 biljun (li jirrappreżenta 3,8 % tal-GVA totali tal-UE fl-2019). It-tneħħija ta’ 20 % tal-ostakli għar-reġjuni tal-fruntiera kollha tirriżulta f’benefiċċju tal-VMG totali ta’ EUR 123 biljun (li jirrappreżenta madwar 1 % tal-VMG totali tal-UE fl-2019), kif ukoll benefiċċju totali tal-impjiegi ta’ 1 miljun impjieg (li jirrappreżenta madwar 0,5 % tal-impjiegi totali fil-livell tal-UE).

Valur miżjud tal-UE mistenni (ex post): l-implimentazzjoni tar-Regolament u l-istabbiliment ta’ CBCPs li jiffunzjonaw bis-sħiħ se jippermettu li xi wħud minn dawk l-ostakli fil-fruntieri jiġu solvuti. Skont COM(2021) 393, ir-reġjuni tal-fruntiera huma laboratorji ħajjin għall-integrazzjoni Ewropea. Għalhekk, is-soluzzjoni tal-ostakli fil-fruntieri se tagħmel il-fruntieri aktar permeabbli għan-nies li jgħixu f’dawk ir-reġjuni u tippermettilhom jesperjenzaw bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq uniku.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-inizjattiva “soluzzjonijiet b” uriet fuq bażi ta’ każ b’każ kif l-ostakli fil-fruntieri jfixklu l-ħajja ta’ kuljum fir-reġjuni tal-fruntiera, u kif dawk l-ostakli jistgħu jiġu solvuti bil-qafas legali xieraq.

B’kont meħud tal-proposta tal-Kummissjoni ta’ Mejju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu biex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier 2 , l-analiżi tal-każijiet indirizzati mill-inizjattiva “soluzzjonijiet b” turi li mill-inqas terz tal-ostakli jistgħu jiġu solvuti b’tali għodda legali tal-UE.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-implimentazzjoni tar-Regolament BRIDGEforEU se tgħin biex il-programmi Interreg jiġu implimentati b’mod aktar effiċjenti.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-proposta emendata tal-Kummissjoni ta’ Diċembru 2023 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu biex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier 3 ipprevediet li jiġi stabbilit reġistru ta’ fajls transfruntiera f’kull Stat Membru.

Matul in-negozjati dwar il-proposta leġiżlattiva, il-koleġiżlaturi qablu dwar emenda li tipprevedi l-istabbiliment ta’ reġistru uniku tal-fajls tal-UE. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda alternattiva għall-istabbiliment tar-reġistru mill-Kummissjoni.


1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn Diċembru 2025 sa Ġunju 2026,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 4

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

lill-korpi tad-dritt pubbliku

lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

Kummenti

Implimentazzjoni mill-Kummissjoni:

   - tar-reġistru tal-fajls transfruntiera (skjerament sa Diċembru 2025, il-produzzjoni sa Ġunju 2026);

   - tal-lista tas-CBCPs (pubblikazzjoni sa Diċembru 2025)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

L-Istati Membri huma obbligati jipprovdu informazzjoni dwar fajls transfruntiera mill-inqas darba fis-sena, u jipprovdu informazzjoni dwar l-istabbiliment (jew it-tibdil) tas-CBCPs xahrejn wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti (l-Artikolu 4(4) tar-Regolament BRIDGEforUE).

Il-Kummissjoni se timmonitorja kontinwament dawk l-obbligi u l-funzjonament korrett tar-reġistru tal-fajls u tal-lista tas-CBCPs.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tippermetti li jiġu żviluppati sinerġiji ma’ għodod oħra li diġà jeżistu fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ma ġie identifikat l-ebda riskju speċifiku fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-reġistru.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

Ma hemm l-ebda spiża sinifikanti assoċjata speċifikament mat-twettiq tal-kontrolli.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Ir-riskji ta’ frodi u irregolaritajiet huma minimizzati minħabba li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni u, għalhekk, l-ebda parti terza ma hija involuta.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff 5 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 6

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 7

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

H2a

05.0202 FEŻR – Assistenza teknika operazzjonali

Diff./

LE

LE

LE

LE

H7

20.010201 Rimunerazzjoni u gratifiki – kwartieri u uffiċċji ta’ rappreżentanza

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

H2a

DĠ: <REGIO.>

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 05.020200 

Impenji

(1b)

0,4 

0,1 

0,1 

0,600

Pagamenti

(2b)

0,2 

0,3 

0,1 

0,600

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 8

Linja baġitarja

(3)

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ <REGIO.>

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,400

0,100

0,100

0,600

Pagamenti

=2a+2b+3

0,000

0,200

0,300

0,100

0,600

================================================================================================

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,000

0,400

0,100

0,100

0,600

Pagamenti

(5)

0,000

0,400

0,100

0,100

0,600

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <2a>

Impenji

=4+6

0,000

0,400

0,100

0,100

0,600

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

0,200

0,300

0,100

0,600

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,000

0,400

0,100

0,100

0,600

Pagamenti

(5)

0,000

0,200

0,300

0,100

0,600

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 6

Impenji

=4+6

0,000

0,400

0,100

0,100

0,600

tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0,000

0,200

0,300

0,100

0,600



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 9

DĠ: <REGIO.>

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

 Riżorsi umani

0,000

0,051

0,101

0,188

0,340

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL TAD-DĠ <REGIO>

Approprjazzjonijiet

0,000

0,051

0,101

0,188

0,340

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,051

0,101

0,188

0,340

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,000

0,451

0,201

0,288

0,940

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,000

0,251

0,401

0,288

0,940

=================================================================================================

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 10

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 11

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2…

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,051

0,101

0,188

0,340

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,051

0,101

0,188

0,340

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,000

0,051

0,101

0,188

0,340

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent) 12

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0,0

0

1

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0,5

1

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Amministrazzjoni Linja ta’ appoġġ
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0,5

1

1

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali *

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

1 mill-2027

mhux applikabbli

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

0,5 għall-2025 u 1 għall-2026

Meta titqies is-sitwazzjoni ġenerali ta’ tensjoni fl-Intestatura 7, f’termini kemm ta’ persunal kif ukoll ta’ livell ta’ approprjazzjonijiet, ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu minn persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fi ħdan id-DĠ jew servizzi oħra tal-Kummissjoni.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

L-uffiċjali u l-persunal temporanju se jimplimentaw l-obbligi tal-Kummissjoni stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament BRIDGEforEU, li huma:

(a)    l-istabbiliment u ż-żamma ta’ reġistru pubbliku uniku tal-UE ta’ fajls transfruntiera;

(b)    il-kollaborazzjoni mas-CBCPs;

(c)    li jgħinu fit-titjib tal-kapaċità istituzzjonali fl-Istati Membri meħtieġa biex    jimplimentaw dan ir-Regolament b’mod effiċjenti;

(d)    li jippromwovu l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-Istati Membri u b’mod partikolari    bejn il-punti ta’ koordinazzjoni transfruntieri;

(e)    il-pubblikazzjoni u ż-żamma ta’ lista aġġornata ta’ punti ta’ koordinazzjoni transfruntiera nazzjonali u reġjonali kollha.    coordination points.

Persunal estern

Membru estern tal-persunal (1 FTE) se jgħin lill-Kummissjoni tibda taħdem fuq l-aktar kompiti urġenti stabbiliti hawn fuq bejn nofs l-2025 u tmiem l-2026, sakemm ikun qed jistenna li jinħoloq il-post ta’ persunal uffiċjali jew temporanju.

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.

B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.

L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/L-inizjattiva:

tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

L-implimentazzjoni tal-proposta se tkun koperta mill-ammonti disponibbli għall-assistenza teknika (deskritti fit-Taqsima 3.2.1.1)

tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

   tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

mhux applikabbli

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

   indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 13

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Artikolu …………

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

mhux applikabbli

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

mhux applikabbli

4.DIMENSJONIJIET DIĠITALI

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

If the policy initiative is assessed as having no requirement of digital relevance, provide an explanation as to why digital means are not used.

mhux applikabbli

Otherwise, please list the requirements of digital relevance in the table below:

Referenza għar-rekwiżit

Deskrizzjoni ta’ rekwiżit

Attur affettwat jew ikkonċernat mir-rekwiżit

Proċessi ta’ Livell Għoli

Kategorija

L-Artikolu 4(4)

(flimkien mal-Art. 5a(1))

Viżibbiltà tas-CBCPs meta l-Istati Membri jagħżlu li jistabbilixxuhom

L-Istati Membri se jippubblikaw u jżommu d-dettalji ta’ kuntatt tas-CBCPs u l-informazzjoni dwar il-kompiti fuq is-siti web eżistenti.

L-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar is-CBCPs eżistenti u l- “awtoritajiet rilevanti”.

Stati Membri

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni

Data

L-Artikolu 12(1.e)

(f’konformità mal-Art.4.(4); 5(3.e))

Il-lista tal-Kummissjoni tas-CBCPs

Il-Kummissjoni se tippubblika lista ta’ CBCPs ibbażata fuq l-informazzjoni li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżit imsemmi hawn fuq.

Il-Kummissjoni

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni

Data; soluzzjonijiet diġitali

L-Artikolu 12(1.a)

(f’konformità mal-Art.5(3.e) u 7(1))

Il-lista tar-reġistru ta’ fajls tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi u żżomm reġistru pubbliku uniku tal-UE ta’ fajls transfruntiera bbażat fuq informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni; Stati Membri b’CBCP wieħed jew aktar

Il-pubblikazzjoni tad-data;

Ġestjoni tad-data

Data;

Soluzzjonijiet diġitali

Rekwiżiti b’rilevanza diġitali potenzjali 14

L-Artikolu 5(1)

(f’konformità mal-Art. 8, 9, 10 u 11)

Informazzjoni għall-inizjaturi

Fi stadji differenti tal-proċess, is-CBCPs se jipprovdu lill-inizjaturi b’aġġornamenti dwar il-fajls tagħhom.

is-CBCPs

Preżentazzjoni tad-data u ġestjoni tal-informazzjoni

Data

L-Artikolu 10(3)

(f’konformità mal-Art.11(2.a) and 11(3))

Skambju transfruntier ta’ informazzjoni

Is-CBCPs se jaqsmu informazzjoni dwar l-ostakli identifikati ma’ CBCPs oħra jew mal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri ġirien.

is-CBCPs

Il-kondiviżjoni transfruntiera tal-informazzjoni; Il-koordinazzjoni tal-proċess; Il-Prevenzjoni duplikata

Data

L-Artikolu 13

Rappurtar wara ħames snin

Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament BRIDGEforEU u tħejji rapport.

Il-Kummissjoni

Il-ġestjoni tad-data u tal-informazzjoni

Data

4.2.Data

High-level description of the data in scope and any related standards/specifications

Tip ta’ data

Referenza/i għar-rekwiżit

Standard u/jew speċifikazzjoni (jekk applikabbli)

Data ta’ identifikazzjoni għas-CBCPs u l-awtoritajiet rilevanti

(eż. l-isem, l-indirizzi, il-kuntatti)

L-Artikolu 4(4) (f’konformità mal-Artikolu 5a(1))

u l-Artikolu 12(1.e) (f’konformità ma l-Artikolu 4(4); l-Artikolu 5(3.e)

L-Anness tar-Regolament BRIDGEforEU jispeċifika l-istruttura tad-data

Data dwar il-fajls transfruntiera

(prinċipalment deskritturi tat-test għal kull fajl u s-sitwazzjoni attwali tiegħu, anke kodiċijiet NUTS biex jiġu identifikati żoni ġeografiċi)

L-Artikolu 12(1.a)

(f’konformità mal-Artikoli 5(3.e) u 7(1))

L-Anness tar-Regolament BRIDGEforEU jispeċifika l-istruttura tad-data

Allinjament mal-Istrateġija Ewropea għad-Data

Spjega kif ir-rekwiżit(i) huwa/huma allinjat(i) mal-Istrateġija Ewropea għad-Data

Ir-rekwiżiti huma ġeneralment allinjati mal-istrateġija Ewropea għad-data peress li jippromwovu t-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. Huma jappoġġaw il-ħolqien ta’ flussi tad-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u b’hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet usa’ tal-ħolqien ta’ spazji tad-data interkonnessi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi. Ir-rekwiżiti jippromwovu wkoll il-kondiviżjoni orizzontali tad-data fost l-amministrazzjonijiet pubbliċi, li hija fokus ewlieni tal-istrateġija Ewropea għad-data.

Allinjament mal-prinċipju ta’ darba biss

Spjega kif ġie kkunsidrat il-prinċipju ta’ darba biss u kif ġiet esplorata l-possibbiltà li tintuża mill-ġdid id-data eżistenti

Il-“fajls transfruntiera” speċifikati fl-Artikoli 6 u 7 huma s-sors ewlieni tad-data. Dawk il-fajls jinħolqu minn inizjatur u jiġu ppreżentati darba biss lis-CBCP korrispondenti, li mbagħad ikun jista’ jikkondividi dik id-data ma’ CBCP fi Stat Membru ġar u mal-Kummissjoni. Dan għalhekk jiżgura li l-inizjatur jissottometti l-informazzjoni darba biss u li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni.

Wara li s-CBCP jivvaluta l-fajl transfruntier, se jikkondividi l-informazzjoni rilevanti mas-CBCP jew mal-awtorità rilevanti fl-Istat Membru ġar. Is-CBCPs se jippruvaw jevitaw proċeduri paralleli għall-istess ostaklu transfruntier.

Spjega kif id-data maħluqa ġdida hija traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli, u tissodisfa standards ta’ kwalità għolja

Mhux speċifikat

Il-Flussi tad-data

Tip ta’ data

Referenza/i għar-rekwiżit(i)

Attur li jipprovdi d-data

Attur li jirċievi d-data

Skattatur għall-iskambju tad-data

Frekwenza (jekk ikun applikabbli)

Data ta’ identifikazzjoni għas-CBCPs u l-awtoritajiet rilevanti

L-Artikolu 4(4)

(flimkien mal-Artikoli 5a(1)) u 12(1.e)

(f’konformità mal-Artikoli 4(4) u 5(3.e))

L-Istati Membri (jiġifieri s-CBCPs)

Il-Kummissjoni

Xahrejn wara d-deċiżjoni li jiġi stabbilit CBCP

mhux applikabbli

Data ta’ identifikazzjoni għal fajls transfruntiera u s-sitwazzjoni attwali tagħhom

L-Artikolu 12(1.a)

(f’konformità mal-Artikoli 5(3.e) u 7(1))

L-Istati Membri (jiġifieri s-CBCPs)

Il-Kummissjoni

Tnax-il xahar wara t-twaqqif ta’ CBCP

Kull sena

Data dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ kull fajl transfruntier

L-Artikolu 5(1)

(f’konformità mal-Artikoli 8, 9, 10 u 11)

is-CBCPs

L-inizjaturi

Data tal-preżentazzjoni tal-fajl mill-inizjatur

mhux applikabbli

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

Għal kull soluzzjoni diġitali, jekk jogħġbok ipprovdi r-referenza għar-rekwiżit(i) ta’ rilevanza diġitali li jikkonċernawha, deskrizzjoni tal-funzjonalità awtorizzata tas-soluzzjoni diġitali, il-korp li se jkun responsabbli għaliha, u aspetti rilevanti oħra bħall-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà. Fl-aħħar nett, spjega jekk is-soluzzjoni diġitali għandhiex l-għan li tagħmel użu mit-teknoloġiji tal-IA.

Soluzzjoni diġitali

Referenza/i għar-rekwiżit(i)

Funzjonalitajiet obbligatorji ewlenin

Korp responsabbli

Kif tiġi koperta l-aċċessibbiltà?

Kif jiġi kkunsidrat l-użu mill-ġdid?

L-użu tat-teknoloġiji tal-IA (jekk applikabbli)

Reġistru tal-UE tal-fajls u lista tas-CBCPs

L-Artikolu 12

Reġistru pubbliku ta’ fajls transfruntiera;

lista pubblika tas-CBCPs

Il-Kummissjoni

Mhux definit

Mhux definit

mhux applikabbli

For each digital solution, explain how the digital solution complies with the requirements and obligations of the EU cybersecurity framework, and other applicable digital policies and legislative enactments (such as eIDAS, Single Digital Gateway, etc.).

Reġistru tal-UE tal-fajls u lista tas-CBCPs

Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli)

Spjegazzjoni dwar kif tallinja

Att dwar l-IA

Mhux rilevanti

Qafas taċ-ċibersigurtà tal-UE

Ir-rekwiżiti tas-sigurtà jikkonformaw mal-politika tas-sigurtà tal-Kummissjoni.

eIDAS

Peress li l-Kummissjoni hija responsabbli għas-soluzzjoni, tista’ tallinja ruħha mal-eIDAS fl-istadju tal-implimentazzjoni tar-reġistru permezz tal-użu mill-ġdid tal-komponent tal-EU login.

Gateway Diġitali Unika u IMI

L-użu mill-ġdid potenzjali tal-SDG se jiġi vvalutat aktar.

Oħrajn

mhux applikabbli

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

Describe the digital public service(s) affected by the requirements

Servizz pubbliku diġitali jew kategorija ta’ servizzi pubbliċi diġitali

Deskrizzjoni

Referenza/i għar-rekwiżit(i)

Soluzzjoni(jiet) oħra ta’ interoperabbiltà

Operazzjonijiet fuq ir-reġistru ta’ fajls transfruntiera u lista ta’ CBCPs

Skambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar ir-riżoluzzjoni ta’ ostakli transfruntiera

L-Artikolu 5, l-Artikolu 12

Valutazzjoni tal-potenzjal ta’ Your Europe

Operazzjonijiet fuq ir-reġistru ta’ fajls transfruntiera u lista ta’ CBCPs

Valutazzjoni

Miżuri

Ostakli potenzjali rimanenti

Ivvaluta l-allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti.
Jekk jogħġbok elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati

Jenħtieġ li jiġu esplorati sinerġiji mal-Att dwar Ewropa Interoperabbli u r-rwol tal-Bord għal Ewropa Interoperabbli, billi l-Bord jiġi involut f’diskussjonijiet dwar il-kompiti ta’ koordinazzjoni.

Ivvaluta l-miżuri organizzattivi għat-twassil tas-servizzi pubbliċi diġitali transfruntiera bla xkiel

Jekk jogħġbok elenka l-miżuri ta’ governanza previsti

L-Artikolu 12(1)(a) (d) (e)

Il-kompitu ta’ koordinazzjoni assenjat lill-Kummissjoni jista’ jkompli jgħin lis-CBCPs jidentifikaw fajls paralleli li jindirizzaw ostakli simili u jipproponu soluzzjonijiet għalihom.

Valutazzjoni tal-miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data

Jekk jogħġbok elenka dawn il-miżuri

Anness għar-Regolament BRIDGEforEU

Fl-istadju tal-implimentazzjoni tar-reġistru, ir-rekwiżiti tiegħu jistgħu jindirizzaw aspetti semantiċi tal-interoperabbiltà:

-xi formati jistgħu jiġu definiti (eż. formati tad-data);

-l-użu mill-ġdid tad-data ta’ referenza eżistenti jew tal-ispeċifikazzjonijiet eżistenti jista’ jitrawwem (eż. lista ta’ korpi pubbliċi).

Ivvaluta l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards tekniċi miftuħa maqbula b’mod konġunt

Jekk jogħġbok elenka dawn il-miżuri

L-Artikolu 12(1)(e)

Fl-istadju tal-implimentazzjoni tar-reġistru, ir-rekwiżiti tiegħu jistgħu jindirizzaw aspetti tekniċi tal-interoperabbiltà, bħal: (i) kopertura ta’ data ta’ kwalità tajba li tinftiehem mill-magni; (ii) soluzzjonijiet b’sors miftuħ; u (iii) il-bidu għal interazzjonijiet bejn magna u oħra.

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

Deskrizzjoni tal-miżura

Referenza/i għar-rekwiżit(i)

Ir-rwol tal-Kummissjoni

(jekk applikabbli)

Atturi li għandhom jiġu involuti

(jekk applikabbli)

Kronoloġija mistennija

(jekk applikabbli)

Kollaborazzjoni mas-CBCPs u l-promozzjoni tal-iskambju tal-esperjenza

L-Artikolu 12(1)

Komunikazzjoni mas-CBCPs

is-CBCPs

mhux applikabbli

(1)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(2)    COM(2018) 373 final.
(3)    COM(2023) 790 final.
(4)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
(5)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(6)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(7)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(8)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(9)    Sabiex jiġu kkalkulati l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom jintużaw iċ-ċifri relatati mal-kostijiet medji annwali, disponibbli fuq il-paġna web rilevanti tal-BUDGpedia.
(10)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(11)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”.
(12)    Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
(13)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
(14)    Filwaqt li r-rekwiżiti ta’ hawn taħt ma jimponux b’mod espliċitu l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali, dawn jistgħu jibbenefikaw mill-awtomatizzazzjoni u l-identifikazzjoni tagħhom tgħin lill-Kummissjoni fil-kompitu ta’ koordinazzjoni tagħha.
Top