IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.3.2025
COM(2025) 111 final
2025/0060(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-adozzjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka tar-reattur ta’ fluss għoli f’Petten għall-2024-2027 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Ir-Reattur ta’ Fluss Għoli (minn hawn ’il quddiem: l-HFR, High Flux Reactor) huwa installazzjoni tar-riċerka bbażata f’Petten (in-Netherlands) li jinsab għad-dispożizzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), irrappreżentat mill-Kummissjoni, f’konformità ma’ ftehim konkluż fl-1961 mar-Renju tan-Netherlands għal durata ta’ 99 sena. Skont dan il-ftehim, il-Kummissjoni impenjat ruħha, f’isem il-Komunità, li tibni l-faċilitajiet meħtieġa u li tipprovdi aktar tagħmir sabiex tagħmel “l-aħjar użu” minn dawn il-faċilitajiet (fosthom l-HFR). Sa mill-1967, it-tħaddim tar-reattur ġie fdat mill-JRC tal-Kummissjoni lill-operatur Olandiż Nuclear Research and consultancy Group – NRG skont kuntratt ta’ kooperazzjoni bbażat fuq il-ftehim tas-Sede tal-1961.
L-HFR tmexxa bħala Programm tal-Komunità sal-1971, meta ġie kkonvertit fi programm supplimentari bbażat fuq l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom, li jintegra l-programmi tal-Komunità ffinanzjati mill-baġit tal-Komunità. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-HFR beda jopera fil-qafas ta’ Programmi Supplimentari suċċessivi bil-parteċipazzjoni ta’ konfigurazzjoni varjabbli tal-Istati Membri.
Permezz tal-programm supplimentari ta’ riċerka ffinanzjat minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-HFR jipprovdi fluss tan-newtroni stabbli u affidabbli għal finijiet sperimentali. L-oqsma investigati fil-qafas tal-programmi supplimentari huma: il-materjali nukleari u x-xjenza tal-fjuwils bil-għan li titjieb is-sikurezza tar-reatturi nukleari (kemm il-fissjoni kif ukoll il-fużjoni), l-investigazzjonijiet dwar kemm ir-reattur ikun qed jeqdiem u l-ġestjoni tal-ħajja tiegħu, ir-riċerka dwar iċ-ċikli avvanzati tal-fjuwil u l-ġestjoni tal-iskart. L-HFR iservi wkoll bħala faċilità ta’ taħriġ li tospita l-istudenti tad-dottorat jew tal-postdottorat li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet tar-riċerka tagħhom permezz ta’ programmi nazzjonali jew Ewropej.
L-aħħar Programm Supplimentari ġie adottat fid-29 ta’ Ġunju 2020, u jkopri 4 snin (2020-2023) (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/960/Euratom – ĠU L211/14, 3.7.2020). Il-Programm huwa implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC, Joint Research Centre) għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Il-kontribuzzjoni għall-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-2020-2023 ġie minn żewġ Stati Membri parteċipanti, in-Netherlands u Franza, b’baġit totali ta’ EUR 27 854 000. Dan l-ammont jinkludi l-provvedimenti għall-kontribuzzjonijiet annwali lill-fond għad-dekummissjonar tar-reattur. Il-programm supplimentari ta’ riċerka attwali skada fil-31 ta’ Diċembru 2023.
Ir-reattur jintuża wkoll għall-produzzjoni kummerċjali tal-isotopi radjuattivi (taħt ir-responsabbiltà tal-operatur) li jkopru aktar minn 65 % tal-10 miljun dijanjożi medika kollha mwettqa kull sena fl-Ewropa. Huwa sors indispensabbli ta’ provvista għall-kumpaniji radjufarmaċewtiċi Ewropej f’dan il-qasam. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-post fejn qiegħed, il-produzzjoni tar-reattur tiġi diretta b’ħeffa lejn iċ-ċentri mediċi fl-Ewropa. Dan huwa importanti ferm għall-isotopi b’ħajja qasira li qed jintużaw l-aktar bħalissa.
Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tirrigwarda programm ġdid ta’ 4 snin għat-tħaddim tal-HFR (2024-2027) ibbażat fuq il-kontribuzzjonijiet tan-Nuclear Research and consultancy Group – NRG (f’isem in-Netherlands) u tal-Commissariat à l’énergie atomique et aux énergies alternatives – CEA (f’isem Franza). Il-kontribuzzjoni għall-programm supplimentari ta’ riċerka għall-2024-2027 se tkun ta’ EUR 26,815 miljun fil-perjodu ta’ 4 snin, dment li l-HFR jibqa’ jitħaddem u ssirlu manutenzjoni b’mod regolari. Dan l-ammont ikun jinkludi l-provvedimenti għall-kontribuzzjonijiet annwali lill-fond għad-dekummissjonar tar-reattur. Jekk matul il-perjodu 2024-2027, l-operatur NRG joħroġ notifika uffiċjali ta’ waqfien definittiv lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza qabel id-dikjarazzjoni ta’ stat ta’ konservazzjoni sikura, il-pagamenti pendenti kif ukoll is-sejħiet għal fondi mill-Kummissjoni se jiġu sospiżi.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
Fil-laqgħa li kellu fis-27 ta’ Ġunju 1996, il-Kunsill iddikjara li abbażi ta’ finanzjament adegwat, l-HFR jista’ jagħti kontribuzzjoni għat-twettiq ta’ programmi tal-Komunità, kemm fil-kuntest tal-Programmi ta’ Qafas kif ukoll ’il barra minnu.
•Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
•Proporzjonalità
•Għażla tal-istrument
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Fost l-Istati Membri li ġew ikkonsultati minħabba l-attivitajiet tar-riċerka tagħhom fil-qasam nukleari, żewġ Stati Membri (in-Netherlands u Franza) qablu li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-HFR.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Fid-dikjarazzjoni finanzjarja tiegħu dan il-programm supplimentari ġdid juri l-kontribuzzjoni li għandha tingħata miż-żewġ Stati Membri parteċipanti, jiġifieri n-Netherlands u Franza. Il-kontribuzzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri għall-perjodu 2024-2027 jammontaw għal EUR 26,815 miljun. Dawn l-ammonti flimkien mal-livell mistenni ta’ introjtu kummerċjali jiżguraw baġit suffiċjenti tat-tħaddim sabiex jibbilanċja l-kostijiet imbassra tar-reattur matul il-perjodu 2024-2027. Wieħed għandu jinnota li l-baġit jinkludi l-provvedimenti għad-dekummissjonar tar-reattur, kif ukoll il-kostijiet marbuta mal-appoġġ ġenerali għall-HFR, għall-utilitajiet, għall-assigurazzjonijiet u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat.
Il-Kummissjoni tikkonferma d-dikjarazzjoni mniżżla fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1996, li fiha ddikjarat li “abbażi ta’ finanzjament adegwat, l-HFR jista’ jagħti kontribuzzjoni għat-twettiq ta’ programmi tal-Komunità, kemm fil-kuntest tal-Programmi ta’ Qafas kif ukoll ’il barra minnu. Din il-parteċipazzjoni se sseħħ fuq bażi kompetittiva jew inkella permezz tas-servizzi ta’ irradjazzjoni lill-Istituti tal-JRC waqt l-implimentazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.” Dan ifisser li l-Kummissjoni mhix se tikkontribwixxi għall-kost operazzjonali tal-HFR b’fondi mill-baġit istituzzjonali tagħha, inkluż kwalunkwe kost għall-manutenzjoni jew għat-tiswija tar-reattur.
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni tal-programm. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
2025/0060 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-adozzjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka tar-reattur ta’ fluss għoli f’Petten għall-2024-2027 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,
Billi:
(1)Ir-reattur ta’ fluss għoli f’Petten (“HFR”) kien riżorsa importanti għar-riċerka tal-Komunità dwar ix-xjenzi u l-ittestjar tal-materjali, il-mediċina nukleari u r-riċerka dwar is-sikurezza tar-reattur fil-qasam tal-enerġija nukleari.
(2)It-tħaddim tal-HFR ġie appoġġat minn serje ta’ programmi supplimentari ta’ riċerka. L-aħħar programm supplimentari ta’ riċerka, stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2020/960 għal terminu ta’4 snin, skada fil-31 ta’ Diċembru 2023.
(3)Minħabba l-importanza kontinwa tiegħu bħala infrastruttura insostitwibbli għar-riċerka tal-Komunità fl-oqsma tat-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari, tas-saħħa (inkluż l-iżvilupp ta’ isotopi mediċi għar-riċerka medika), tal-fużjoni nukleari, tar-riċerka fundamentali, tat-taħriġ u tal-ġestjoni tal-iskart (inkluż il-possibbiltà li tiġi studjata l-imġiba tas-sikurezza tal-fjuwils nukleari għas-sistemi tar-reatturi li huma ta’ interess għall-Ewropa), jenħtieġ li l-HFR ikompli jingħatalu appoġġ permezz ta’ programm supplimentari ta’ riċerka sal-aħħar tal-2027.
(4)Minħabba l-interess speċjali tagħhom fil-kapaċitajiet tal-irradjazzjoni tal-HFR, in-Nuclear Research and consultancy Group V.O.F (“NRG”) u l-Commissariat à l’énergie atomique et aux énergies alternatives (“CEA”), bħala aġenti implimentattivi għan-Netherlands u għal Franza, rispettivament, qablu li jiffinanzjaw il-programm supplimentari ta’ riċerka tal-HFR għall-2024-2027 kollu permezz ta’ kontribuzzjonijiet magħmula lill-baġit ġenerali tal-Unjoni permezz ta’ dħul assenjat estern.
(5)Dawk il-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jservu biex jiffinanzjaw it-tħaddim tal-HFR sabiex jiġi appoġġat programm ta’ riċerka u t-tħaddim u l-manutenzjoni regolari tal-HFR. Il-ħruġ ta’ notifika uffiċjali ta’ waqfien definittiv mill-operatur NRG lill-awtorità regolatorja nazzjonali Olandiża qabel id-dikjarazzjoni ta’ stat ta’ konservazzjoni sikura jenħtieġ li jwassal għas-sospensjoni tal-pagamenti pendenti u ta’ kwalunkwe sejħa għal fondi mill-Kummissjoni.
(6)Sabiex tiġi żgurata kontinwità bejn il-programmi supplementari ta’ riċerka u t-tħaddim bla xkiel tal-programm supplementari ta’ riċerka tal-HFR għall-2024-2027, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
(7)Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka ta l-opinjoni tiegħu minn qabel skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-programm supplimentari ta’ riċerka dwar it-tħaddim tar-Reattur ta’ Fluss Għoli f’Petten (“HFR”) (“il-programm”), li l-objettivi tiegħu huma stabbiliti fl-Anness I, huwa adottat għal perjodu ta’ 4 snin, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2024.
Artikolu 2
Il-kostijiet għat-twettiq tal-programm, li huma stmati għal EUR 26 815 000, għandhom jiġu kompletament iffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet minn Franza u min-Netherlands, permezz tal-Commissariat à l’énergie atomique et aux énergies alternatives (CEA) u tan-Nuclear Research and consultancy Group V.O.F (NRG), rispettivament. It-tqassim ta’ dan l-ammont huwa stabbilit fl-Anness II. Din il-kontribuzzjoni għandha titqies bħala dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 3
1.Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-programm. Għal dan il-għan, hija għandha tirrikorri għas-servizzi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.
2.Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka infurmat bl-implimentazzjoni tal-programm.
Artikolu 4
Fil-każ li l-NRG jinnotifika uffiċjalment lill-awtorità regolatorja nazzjonali Olandiża bil-waqfien definittiv tal-HFR, qabel id-dikjarazzjoni ta’ stat ta’ konservazzjoni sikura, l-obbligi min-naħa ta’ Franza u tan-Netherlands, permezz tas-CEA u tal-NRG, rispettivament, li jagħmlu pagamenti ulterjuri għandhom jiġu sospiżi, kif ukoll kwalunkwe sejħa għal fondi mill-Kummissjoni skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill wara t-tmiem tal-programm għall-2024-2027.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Għandu tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Il-programm supplimentari ta’ riċerka tar-Reattur ta’ Fluss Għoli għall-2024-2027 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Titolu 01: Riċerka u Innovazzjoni
Kapitlu 01 20: Proġetti pilota, azzjonijiet preparatorji, prerogattivi u azzjonijiet oħra
Artikolu 01 20 03: Azzjonijiet oħra
Partita 01 20 03 05: Tħaddim tar-reattur ta’ fluss għoli (HFR) – Programm supplimentari ta’ riċerka tal-HFR
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
⌧ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Ir-Reattur ta’ Fluss Għoli (HFR) għandu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-produzzjoni ta’ isotopi radjuattivi mediċi, fl-oqsma tar-riċerka relatati mas-sikurezza tal-impjanti nukleari li qed jeqdiemu u l-estensjoni tal-ħajja tagħhom, it-titjib tas-sikurezza tal-fjuwil, il-ġestjoni sikura tal-iskart nukleari kif ukoll it-taħriġ.
Barra minn hekk, ir-riċerka fundamentali tuża raġġi tan-newtroni sabiex tistudja l-istruttura tal-materjali. Din l-attività qiegħda dejjem tiżviluppa u tikkontribwixxi għall-fehim tal-mekkaniżmi ta’ degradazzjoni u għat-taffija tagħhom, u b’hekk tgħin biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-impjanti eżistenti. Fil-qafas tal-fużjoni termonukleari, qed jiġu implimentati diversi proġetti biex jiġu ttestjati materjali strutturali u ta’ riġenerazzjoni għar-reatturi tal-fużjoni tal-ġejjieni.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku
L-objettiv ewlieni tal-Programm Supplimentari ta’ Riċerka tal-HFR huwa t-tħaddim sikur u affidabbli tal-HFR. Din l-attività tinvolvi l-użu normali tal-installazzjoni għal perjodu massimu ta’ tħaddim, u l-forniment ta’ fluss tan-newtroni għall-esperimenti u għall-produzzjoni tal-isotopi mediċi.
1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Id-data u r-riżultati sperimentali dwar l-irradjazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini bħal: is-sikurezza tar-reatturi nukleari, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ isotopi radjuattivi għall-użu mediku u għar-riċerka, ir-riċerka dwar il-materjali tar-reattur tal-fużjoni, ir-riċerka nukleari fundamentali u t-taħriġ, il-kwistjonijiet dwar il-ġestjoni tal-iskart u l-fjuwils nukleari għal ġenerazzjoni ġdida aktar sikura ta’ sistemi tar-reatturi.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
L-obbligi tal-Kummissjoni jikkonsistu fil-ġestjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka u konsegwentement fir-rapportar dwar l-istat tekniku tat-tħaddim tar-reattur, l-użu xjentifiku tiegħu, u s-sitwazzjoni baġitarja tiegħu. Il-JRC se jħejji rapport finali u dan se jkopri s-suġġetti li ġejjin:
– ir-rapportar tekniku li jipprovdi d-data dwar it-tħaddim tal-HFR;
– id-deskrizzjoni sommarja tal-kisbiet xjentifiċi ewlenin;
– l-istat tal-attivitajiet tal-manutenzjoni u tat-tiswija;
– l-istat tal-baġit f’dak li jirrigwarda l-introjtu mill-Istati Membri u l-użu tal-baġit tal-programm supplimentari ta’ riċerka (inkluż il-provvedimenti għad-dekummissjonar, il-kostijiet tal-ġestjoni, il-pagament lill-operatur, eċċ.).
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-HFR jimmira li jappoġġa l-attivitajiet tar-riċerka u tal-iżvilupp tal-Istati Membri parteċipanti fl-oqsma ta’: is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u taċ-ċiklu tal-fjuwil, il-ġestjoni tal-iskart, il-fużjoni termonukleari, ir-riċerka fundamentali u l-kapaċitajiet tat-taħriġ.
L-HFR jibqa’ attiv biex itejjeb is-sikurezza tar-reatturi. Il-koordinazzjoni tal-isforzi, it-tixrid tar-riżultati u l-appoġġ għall-armonizzazzjoni jitwettqu permezz ta’ networks Ewropej.
L-HFR għandu wkoll l-għan li jipprovdi isotopi radjuattivi mediċi.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Il-valur miżjud tal-attivitajiet tar-riċerka tal-HFR huwa marbut mal-effetti transfruntiera, mal-ekonomiji tal-iskala, u mal-kontribut għat-tnaqqis tal-investimenti nazzjonali fir-riċerka.
Ir-reattur jintuża wkoll għall-produzzjoni kummerċjali tal-isotopi radjuattivi għal aktar minn 65 % tal-10 miljun dijanjożi medika mwettqa kull sena fl-Ewropa. Huwa faċilità importanti ħafna għas-settur mediku Ewropew (l-isptarijiet, il-kliniki, it-tobba...) għaliex l-isotopi radjuattivi jintużaw f’diversi oqsma mediċi iżda l-aktar għad-dijanjożi, għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-kanċer. Ftit li xejn hemm alternattivi, għaliex jipproduċi l-isotopi b’ħajja qasira li l-aktar li qed jintużaw bħalissa. Minħabba li jinsab fl-Ewropa, il-produzzjoni tar-reattur tiġi diretta b’ħeffa lejn iċ-ċentri mediċi fl-Ewropa.
L-intervent fil-livell Ewropew huwa ġustifikat ukoll minħabba l-għadd limitat ta’ reatturi tar-riċerka nukleari disponibbli fl-UE.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-provvista attwali tat-Teknezju (Tc-99m) għal finijiet mediċi tiddependi minn għadd baxx mhux sostenibbli ta’ reatturi tal-produzzjoni, fosthom l-HFR. Peress li dawn ir-reatturi nbnew fil-ħamsinijiet u fis-sittinijiet, issa qed joqorbu t-tmiem tal-ħajja tagħhom; liema fattur iwassal għal ħtieġa dejjem akbar għal waqfien ippjanat għall-manutenzjoni u għal frekwenza dejjem tikber ta’ interruzzjonijiet mhux ippjanati fil-produzzjoni. F’nofs Mejju tal-2009, ir-Reattur Kanadiż NRU (produttur tal-isotopi mediċi) waqaf jaħdem u baqa’ magħluq għall-kumplament tal-2009, u dan ta bidu għal skarsezza globali kontinwa ta’ isotopi mediċi. Fl-2010, l-HFR twaqqaf biex issir tiswija fil-pajpijiet fil-qiegħ tar-reattur (Bottom Plug Liner). Fl-2015, ir-reattur tar-riċerka Osiris fi Franza twaqqaf definittivament. Dawn l-avvenimenti fixklu l-provvista tal-isotopi mediċi. Aktar reċentement, fl-2023, diversi avvenimenti sinifikanti affettwaw ukoll il-provvista b’mod negattiv: id-dewmien tar-ritorn fis-servizz tar-reattur tar-riċerka MARIA fil-Polonja, id-dewmien tal-ftuħ mill-ġdid tal-HFR minħabba t-tiswijiet, u d-dewmien fit-tħaddim tar-reattur tar-riċerka SAFARI fl-Afrika t’Isfel b’segwitu għal manutenzjoni ppjanata.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn
Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka propost se jindirizza sfidi xjentifiċi u teknoloġiċi differenti relatati mas-sikurezza tat-teknoloġiji nukleari. Dan se jkollu attivitajiet marbuta mill-qrib mal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom ta’ Orizzont Ewropa (2021-2025) kif ukoll mal-estensjoni tiegħu (2026-2027).
Id-dekummissjonar eventwali tal-HFR, bħala installazzjoni tar-riċerka nukleari tal-JRC huwa indirizzat fir-Regolament (Euratom) 2021/100 li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Il-Programm Supplimentari jittratta esklużivament it-tħaddim sikur tar-reattur, u ma jolqotx u ma jintlaqatx la mil-lat tal-kamp ta’ applikazzjoni u lanqas tal-baġit bir-Regolament tal-Kunsill imsemmi hawn fuq.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni għar-riallokazzjoni
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
⌧ durata limitata
⌧
fis-seħħ mill-01/01/2024 sal-31/12/2027
⌧
impatt finanzjarju mill-2024 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2024 sal-2028 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
◻ durata mhux limitata
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
⌧ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
⌧ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);
◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
◻ lill-korpi tad-dritt pubbliku;
◻ lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Jekk jiġi indikat iżjed minn metodu ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
L-HFR huwa proprjetà tal-Kummissjoni f’konformità mal-ftehim tal-25 ta’ Lulju 1961 bejn l-Euratom u n-Netherlands (kera ta’ 99 sena). It-tħaddim tal-HFR jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tal-liċenzja tat-tħaddim NRG (NL) li tippermetti tħaddim/sfruttament ibbażat fuq sistema legali indipendenti u sostenibbli. Il-programm supplimentari ta’ riċerka, ġestit mill-JRC, jipprovdi introjtu żejjed iddedikat għar-riċerka għall-Istati Membri li qed jiffinanzjawh.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
L-obbligi tal-Kummissjoni jikkonsistu fil-ġestjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka u konsegwentement fir-rapportar annwali dwar:
(i) l-istat tekniku tat-tħaddim tar-reattur,
(ii) l-użu xjentifiku tiegħu,
(iii) is-sitwazzjoni baġitarja tiegħu fir-rigward tal-introjtu finanzjarju mill-Istati Membri u
(iv) il-pagamenti li saru.
Il-programm huwa inkluż fiċ-ċiklu ta’ ppjanar tal-JRC u fil-Pjan Annwali tal-Ġestjoni. Minħabba f’hekk, il-monitoraġġ tal-objettivi msemmija se jkun inkluż fir-Rapport Annwali dwar l-Attività tal-JRC.
Barra minn hekk, il-JRC se jħejji rapport finali. Dan se jkun iddedikat għall-ġestjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka, u se jkopri s-suġġetti li ġejjin:
– ir-rapportar tekniku li jipprovdi d-data dwar it-tħaddim tal-HFR;
– id-deskrizzjoni sommarja tal-kisbiet xjentifiċi ewlenin;
– l-istat tal-attivitajiet tal-manutenzjoni;
– l-istat tal-baġit fir-rigward tal-introjtu mill-Istati Membri u l-użu tal-baġit tal-programm supplimentari ta’ riċerka (inkluż il-provvedimenti għad-dekummissjonar, il-kostijiet tal-ġestjoni, eċċ.).
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Dan il-programm huwa kontinwazzjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka preċedenti. It-tħejjija tiegħu kienet is-suġġett ta’ valutazzjoni interna mill-Istati Membri parteċipanti li evalwaw ir-riskji biex jipparteċipaw fih.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-rapportar se jkun iddedikat għall-ġestjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka, u se jkopri l-kwistjonijiet tekniċi, xjentifiċi u baġitarji (inkluż il-provvedimenti għad-dekummissjonar, eċċ.).
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
L-awditjar u l-kontroll intern tar-rapportar imsemmi hawn fuq se jitwettqu mill-uffiċjali tal-JRC, u se jkopru kemm l-aspett tekniku kif ukoll dak baġitarju.
Il-leġiżlazzjoni se tiżgura li jkunu jistgħu jitwettqu l-awditi u l-kontrolli fuq il-post mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, billi jintużaw id-dispożizzjonijiet standard rakkomandati mill-OLAF.
L-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-JRC ġiet aġġornata fl-2022 sabiex tikkontribwixxi għall-aġġornament tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi biex titqies l-aktar metodoloġija reċenti tal-OLAF.
Il-kontroll taċ-ċirkulazzjoni tal-materjali fissili hu kopert mill-Euratom u mill-IAEA.
3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
mill-pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
1a
|
Artikolu 01 20 03 – Azzjonijiet oħra
Partita 01 20 03 05 – Tħaddim tar-reattur ta’ fluss għoli (HFR) – Programm supplimentari tal-HFR
|
AD
|
LE
|
LE
|
LE
|
IVA
|
Linji baġitarji ġodda mitluba mhux applikabbli
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
mill-pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
⌧
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
◻
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
1a
|
Kompetittività għat-Tkabbir u għall-Impjiegi
|
|
DĠ: JRC
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Sena
>-2027
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja 01 20 03 05
|
Impenji
|
(1a)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
p.m.
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
p.m.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ JRC
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
.
|
p.m.
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
p.m.
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
p.m.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 1a
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
p.m.
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
Jekk aktar minn intestatura operazzjonali waħda tkun affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq: mhux applikabbli
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Meta timtela din it-taqsima għandha tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox għandha tiġi introdotta fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet tal-konsultazzjoni interservizz.
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
DĠ: <…….>
|
|
• Riżorsi umani
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
|
|
|
mhux applikabbli
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
|
|
|
mhux applikabbli
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
|
|
|
mhux applikabbli
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
|
|
|
mhux applikabbli
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
|
p.m.
|
|
|
Pagamenti
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
|
p.m.
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
Tħaddim sikur u affidabbli tal-HFR
|
|
– Output
|
Jiem ta’ tħaddim bil-qawwa kollha
|
mhux applikabbli
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
1 000
|
p.m.
|
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
1 000
|
p.m.
|
|
TOTALI
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
250
|
p.m.
|
1 000
|
p.m.
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
⌧
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
◻
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi Umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi Umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
⌧
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
◻
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
|
• Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 ss
|
– fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT – Ricerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02/12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
L-unika ħidma li se jwettaq il-JRC hija l-ġestjoni tal-Programm Supplimentari. Din issir permezz tal-mezzi li huma kompletament iffinanzjati minn dħul assenjat li ġej mill-Programm Supplimentari ta’ Riċerka.
|
|
Persunal estern
|
Mhux applikabbli
|
3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
◻
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
◻
tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP.
◻
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
◻
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
⌧
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
Total
|
|
In-Netherlands
|
5,440
|
6,925
|
6,925
|
6,925
|
|
|
|
26,215
|
|
Franza
|
0,150
|
0,150
|
0,150
|
0,150
|
|
|
|
0,600
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
5,590
|
7,075
|
7,075
|
7,075
|
|
|
|
26,815
|
Impatt stmat fuq id-dħul
◻
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
⌧
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
◻
fuq ir-riżorsi proprji
⌧fuq dħul ieħor
indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa ⌧
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
|
Partita 6221
|
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
Kummenti oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
Il-programm supplimentari ta’ riċerka huwa ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet li ġejjin mill-Istati Membri parteċipanti, ikkalkulati abbażi tal-baġit fil-perjodu 2024-2027.