Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025M12217

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.12217 – AURELIUS / LANDIS+GYR EMEA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2025/1346

ĠU C, C/2025/6679, 11.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6679/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6679/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6679

11.12.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12217 – AURELIUS / LANDIS+GYR EMEA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6679)

1.   

Fit-3 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AURELIUS Investment Lux One S.à.r.l. (il-Lussemburgu), li tippartjeni għal Aurelius Group (“AURELIUS”, il-Lussemburgu),

Landis+Gyr Olympus AG (“Landis+Gyr”, l-Iżvizzera).

AURELIUS se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Landis+Gyr kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

AURELIUS hija kumpanija ta’ investiment ta’ ekwità privata u maniġer tal-assi li għandha diversi kumpaniji tal-portafoll attivi fl-industrija, il-kimika, il-bejgħ bl-imnut, is-servizzi tan-negozju, il-media u l-IT u l-catering għal-linji tal-ajru. AURELIUS hija attiva madwar id-dinja,

Landis+Gyr hija fornitur ta’ apparati u soluzzjonijiet ta’ metraġġ intelliġenti madwar l-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika għall-metraġġ tal-elettriku, tal-gass, termali u tal-ilma.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12217 — AURELIUS / LANDIS+GYR EMEA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6679/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top